Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0011

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Jannar 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE li tirrigwarda l-listi tal-laboratorji awtorizzati sabiex jimmaniġġjaw il-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 5559)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 7, 11.1.2003, p. 82–83 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/11(1)/oj

    32003D0011



    Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0082 - 0083


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-10 ta’ Jannar 2003

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE li tirrigwarda l-listi tal-laboratorji awtorizzati sabiex jimmaniġġjaw il-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 5559)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/11/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1989 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari s-subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

    Billi:

    (1) Il-waqfien tat-tilqim ta’ rutina kontra l-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Komunità fis-sena 1991 żied is-suxxettibbiltà tal-merħliet Komunitarju għal din il-marda. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat illi l-laboratorji li jimmaniġġaw il-vajrus jagħmlu dan taħt kondizzjonijiet fis-sigurtà, sabiex jevitaw it-tixrid tal-vajrus li jista’ jipperikola l-merħliet Komunitarji.

    (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE telenka l-laboratorji nazzjonali u kummerċjali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. Din id-Direttiva teħtieġ li dawn il-laboratorji jikkonformaw ma’ l-istandards minimi rrakkommandati mill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja (il-FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (3) Ċerti Stati Membri iddeċidew li ma jissoktawx jimmaniġġjaw il-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, filwaqt li Stati Membri oħra pprovvdew il-garanziji meħtieġa illi l-istandards mitluba minnhom jitħarsu mill-laboratorji li approvaw għal dan il-għan. B’żieda ma’ dan, tbiddlu d-dettalji rigward ċerti laboratorji elenkati fid-Direttiva 85/511/KEE.

    (4) Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-labooratorji elenkata fl-Annessi A u B mad-Direttiva 85/511/KEE.

    (5) Id-Direttiva 85/511/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

    (6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMEN:

    Artikolu 1

    L-Anness A u B mad-Direttiva 85/511/KEE huma mibdula bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    “ANNESS A

    Il-laboratorji kummerċjali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrusijiet ħajjin tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tat-tilqim

    IL-ĠERMANJA | Il-Bayer AG, Köln |

    FRANZA | Il-Merial, SAS, Laboratoire IFFA, Lyon |

    L-OLANDA | Is-CIDC-Leystad, l-Istitut Ċentrali għall-Kontroll ta’ l-Annimali, Leystad |

    IR-RENJU UNIT | Il-Merial, SAS, il-Laboratorju ta’ Pirbright, Pirbright. |

    ANNESS B

    Il-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrusijiet ħajjin tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

    Il-BELĠJU | Iċ-Ċentru tar-Riċerka Veterinarja u Agrokimika, CODA-CERVA-VAR, Uccle |

    ID-DANIMARKA | L-Istutut Veterinarju Daniż, id-Dipartiment tal-Viroloġija, Lindholm |

    IL-ĠERMANJA | Il-Bundesforschungsanstalt für Vajruskrankheiten der Tiere Anstaltsteil TübingenL-Istitut Anstaltsteil Friedrich Loeffler, Insel Riems |

    IL-GREĊJA | Iνστιτούτo Aφθώδους Πυρετού Aγία Παρασκευή Aττικής |

    SPANJA | Il-Laboratorio Central de Sanidad Animal INIA (CSIA-INIA), Valdeolmos, Madrid |

    FRANZA | L-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) il-Laboratoire d'études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyonil-Laboratoire d'études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maison-Alfort |

    L-ITALJA | L-Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna, (l-Istitut Żooprofilattiku Sperimentali tal-Lombardija u l-Emilja Romagna), |

    L-OLANDA | Is-CIDC-Leystad, L-Istitut Ċentrali għall-Kontroll ta' l-Annimali, Leystad |

    L-AWSTRIJA | L-Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling |

    IR-RENJU UNIT | Institute for Animal Health, Pirbright |

    "

    --------------------------------------------------

    Top