EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1496

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/2002 tal-21 Awissu 2002 li jemenda l-Anness I (ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)) u l-Anness II (il-lista ta' qrati kompetenti u awtortajiet) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

ĠU L 225, 22.8.2002, p. 13–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Imħassar b' 32012R1215

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1496/oj

32002R1496



Official Journal L 225 , 22/08/2002 P. 0013 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/2002

tal-21 Awissu 2002

li jemenda l-Anness I (ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)) u l-Anness II (il-lista ta' qrati kompetenti u awtortajiet) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 fuq il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [1], u partikolarment l-Artikoli 3(2), 4(2), 44 u 74 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitħarrku biss fil-qrati ta' Stat Membru ieħor bis-saħħa tar-regoli preskritti fit-taqsimiet 2 u 7 tal-Kapitolu II fuq il-ġurisdizzjoni; skond l-Artikolu 3(2), partikolarment ir-regoli tal-ġurisdizzjoni preskritti fl-Anness I m'għandhomx jgħoddu kontrihom.

(2) Għalhekk, jekk regola msemmija fl-Anness I titħassar fi Stat Membru, il-kontenut tal-lista għandha tkun modifikata kif jixraq.

(3) Għandha tintbagħat applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' esegwibbilità ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru u esegwibbli f'dak l-Istat, fi Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

(4) L-Artikoli 38 et seq.u 57(4) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jippermettu li applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' strument awtentiku tista' tintbagħat lin-nutara bħala l-awtoritajiet kompetenti.

(5) L-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jipprovdi li Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test li jemendaw il-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness I sa IV.

(6) L-Olanda nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda għar-regoli tal-ġurisdizzjoni preskritti fl-Anness I u l-lista tal-qrati u l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness II u l-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda għal-lista tal-qrati kompetenti preskritti fl-Anness II, għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jkunu emendati kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, it-tmien inċiż dwar l-Olanda, għandu jitħassar.

L-Artikolu 2

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, "fil-Ġermanja l-imħallef sedenti tal-kamra tal-"Landgericht"" għandu jinbidel b'li ġej:

"fil-Ġermanja:

(a) l-Imħallef sedenti tal-kamra tal-"Landgericht';"

(b) nutar ("…") f'proċedura tad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' strument awtentiku."

L-Artikolu 3

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, "fl-Olanda, l-Imħallef sedenti ta' kamra tal-"arrondissementsrechtbank"" għandu jinbidel b'li ġej:

"fl-Olanda, il-"voorzieningenrechter van de rechtbank"."

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Awissu 2002.

Għall-Kummissjoni

António Vitorino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top