Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1228

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2002 tat-8 ta' Lulju 2002 li jikkonċerna l-ħruġ tal-liċenzi ta' l-importazzjoni ta' ċertu faqqiegħ priservat u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1218/2002

    ĠU L 179, 9.7.2002, p. 21–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1228/oj

    32002R1228



    Official Journal L 179 , 09/07/2002 P. 0021 - 0021


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2002

    tat-8 ta' Lulju 2002

    li jikkonċerna l-ħruġ tal-liċenzi ta' l-importazzjoni ta' ċertu faqqiegħ priservat u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1218/2002

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 tas-6 ta' Settmebru 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-faqqiegħ priservat [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 453/2002 [2], u b' mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 jgħid li fejn il-kwantitajiet li applikaw għalihom jaqbżu l-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa rata fissa ta' tnaqqis perċentwali u twaqqaf il-ħruġ tal-liċenzi dwar applikazzjonijiet li jiġu wara.

    (2) Il-kwantitajiet li applikaw għalihom fl-1 u t-2 ta' Lulju 2002 taħt l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 għall-prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Sa liema punt il-liċenzi għandhom jinħarġu u għal kemm il-ħruġ tal-liċenzi għall-applikazzjonijiet kollha ta' wara għandu jkun sospiż għandhom għalhekk ikunu stabbiliti.

    (3) Kontroll wera li żbalji ċari li jaffettwaw l-operaturi konċernati kollha saru fir-Regolament (KE) Nru 1218/2002 li jikkonċerna l-ħruġ tal-liċenzi ta' l-importazzjoni għal ċertu faqqiegħ priservat. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar u jitbiddel b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-liċenzi ta' importazzjoi li applikaw għalihom fl-1 u fit-2 ta' Lulju 2002 taħt l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 għall-prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina u mibgħuta lill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2002 għandhom jinħarġu, u jkun fihom il-kliem imniżżel fl-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament, għal 19,23 % tal-kwantità li applikaw għaliha.

    Artikolu 2

    Il-ħruġ tal-liċenzi ta' importazzjoni għall-prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina li applikaw għalihom taħt ir-Regolament (KE) Nru 2125/95 għandhom ikunu sospiżi dwar l-applikazzjonijiet li ntefgħu bejn it-3 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2002 inklużi.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 1218/2002 huwa hawnhekk imħassar.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2002.

    Jibda jgħodd mis-6 ta' Lulju 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    J. M. Silva Rodríguez

    Direttur-Ġenerali ta' l-Agrikoltura

    [1] ĠU L 212, 07.09.1995, p. 16.

    [2] ĠU L 72, 14.03.2002, p. 9.

    --------------------------------------------------

    Top