EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0066

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/66/KE tas-16 ta’ Lulju ta’ l-2002 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ perstiċidi ġewwa u fuq il-frott u l-ħaxix, iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħxejjex rispettivamentTest b’relevanza ŻEE

ĠU L 192, 20.7.2002, p. 47–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/66/oj

32002L0066



Official Journal L 192 , 20/07/2002 P. 0047 - 0053


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/66/KE

tas-16 ta’ Lulju ta’ l-2002

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ perstiċidi ġewwa u fuq il-frott u l-ħaxix, iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħxejjex rispettivament

(Test b’relevanza ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1976 li jirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għall-fdalijiet ta’ perstiċidi fi u fuq frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/82/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju ta’ l-1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għall-fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [3], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju ta’ l-1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għall-fdalijiet ta’ perstiċidi fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [5], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 2002/42/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-ifissar ta’ livelli massimi għall-fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq prodotti ta’ oriġini mill-pjanti, inkluż frott u ħxejjex [6], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE, u b’mod partikolari l-Artikoku 7 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-każ ta’ ċireali u prodotti ta’ oriġini tal-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex, livelli tal-fdalijiet għandhom jirriflettu l-użu tal-kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi meħtieġa biex jakkwistaw protezzjoni effettiva għall-pjanti, applikati b’tali mod li l-ammont ta’ fdalijiet huma kemm baxxi kif ukoll prattikabbli u aċċettati tossikoloġikament, fir-rigward ta’, u b’mod partikolari għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi fit-termini ta’ l-estimi ta' dħul dietetiku tal-konsumaturi. Fil-każ ta’ l-oġġetti ta' l-ikel ta’ l-oriġini ta’ l-annimali, livelli ta’ fdalijiet għandhom jirriflettu l-konsum minn l-annimali ta’ ċereali u prodotti ta’ oriġini tal-pjanti li huma trattati bil-pestiċidi u, meta relevanti, il-konsegwenzi diretti ta’ l-użu ta’ mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta’ fdalijiet tal-Komunità (MRL) jirrappreżentaw il-limitu l-aktar għoli ta’ l-ammonti ta’ dawk il-fdalijiet li jistgħu jkunu misjuba f’komoditajiet meta prassi tajba agrikoli jkunu ġew irrispettati mill-produtturi.

(2) L-MRL għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt reviżjoni u l-livelli jistgħu jkunu mibdula sabiex jittieħed akkont ta' l-informazzjoni u d-dettalji l-ġodda. L-MRL għandhom ikunu ffisati fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika meta ma jkunx hemmx użu awtorizzat.

(3) Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kienu ttieħdu sabiex ma jinkludux is-sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Ġunju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [7], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE [8] għal: lindane (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/801/KE) [9], quintozene (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/816/KE) [10], permethrin (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/817/KE) [11], zineb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/245/KE) [12] u parathion (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/520/KE) [13]. Dawn id-Deċiżjonijiet kellhom provvediment li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li għandhom sustanzi attivi ma għandhomx ikunu awtorizzati aktar għall-użu fil-Komunità. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu miżjuda l-fdalijiet tal-pestiċidi li joriġinaw mill-użu ta’ dawn il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti għall-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE li jippermettu sorveljanza sewwa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u sabiex jipproteġu l-konsumatur. La darba mhux possibbli li jkun hemm diskriminazzjoni fil-monitoraġġ ta’ rutina bejn iż-zineb u d-dithiocarbamates l-oħra, mhux possibbli li jkunu stabbiliti l-MRL għaż-zineb. Sabiex jippermettu l-istennijiet leġittimi biex ikunu mwettqa għall-ħażniet eżistenti tal-pestiċdi li jkunu użati, id-Deċiżjonijiet ta' nuqqas ta' inklużjoni tal-Kummissjoni jippermettu perjodu għal biex jinħlew, u huwa xieraq li l-MRL premissibbli dwar l-idea li l-użu tas-sustanza kkonċernata ma jkunx awtorizzat fil-Komunità, ma għandhomx ikunu applikabbli sa l-aħħar tal-perjodu sa kemm jinħlew li japplika għal dik is-sustanza.

(4) Il-livelli massimi tal-fdalijiet ġew preċedentement iffissati fir-rigward ta’ lindane u parathion għal xi komoditajiet, fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE (kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 82/528/KEE) [14], iżda din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu MRL iktar għolja. Sabiex ikunu stabbiliti l-livelli massimi armonizzati ta’ fdalijiet tal-pestiċidi għall-lindane u l-parathion fi u fuq frott u ħxejjex fil-livell tal-Komunità huwa meħtieġ li jkunu inklużi dawn l-MRL milli fid-Direttiva 90/642/KEE. Aktar minn hekk, l-MRL għandhom ikunu emendati biex jirriflettu l-awtorizzazzjonijiet fil-livell tal-Komunità.

(5) Il-livelli massimi ta’ fdalijiet tal-Komunità u l-livelli rakkomandati mill-Codex Alimentarius huma ffissati u evalwati b'segwiment ta' proċeduri simili. Hemm numru limitat ta’ limiti ta’ fdalijiet massimi ta’ Codex għal-lindane, l-quintozene, il-permethrin u l-parathion. Dawn kienu ġew ikkunsidrati fl-istabbiliment tal-livelli massimi tal-fdalijiet iffissati f’din id-Direttiva. Il-Codex MRL li għandhom ikunu rakkomandati għall-irtirar fil-futur qarib ma kienux ġew meqjusa. Il-Codex MRL għal-lindane 0,1 mg/kg (bajd) u 0,7 mg/kg (laħam tat-tjur) huma EMRL (limiti ta’ fdalijiet estranji) (extraneous residue limits). Dawn l-MRL mhumiex stabbiliti f’livell li jistgħu jirriżultaw mill-użu preżenti tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, imma jieħdu akkont tal-fatt li l-użu ta’ dawn is-sustanzi fil-passat ħallew fdalijiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kontaminati. L-MRL ibbażati fuq il-Codex MRL li kienu ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi, l-ebda riskju ma ġie stabbilit meta jsir użu mill-punti tossikoloġiċi tat-tmiem ibbażati fuq l-istudji disponibbli għall-Kummissjoni. L-ADI għal-lindane hija 0,001 mg/kg bw/ġurnata (JMPR 1997), l-ebda doża ta’ referenza akuta ma hija kkunsidrata bħala meħtieġa, l-ADI għal parathion hija 0,004 mg/kg bw/ġurnata (JMPR 1995), l-ARfD hija 0,01 mg/kg bw/ġurnata (JMPR 1995), l-ADI għal permethrin hija 0,05 mg/kg bw/ġurnata (JMPR 1999), l-ebda ARfD ma hija kkunsidrata bħala meħtieġa, l-ADI għal quintozene hija 0,01 mg/kg bw/ġurnata (JMPR 1995), l-ebda ARfD ma hija kkunsidrata meħtieġa.

(6) Il-Komunità nnotifikat l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti li waslu kienu ġew ikkunsidrati fil-finalizzar tad-Direttiva. L-MRL għal pestiċidi speċifiċi/kumbinazzjonijiet ta’ uċuħ użati fil-pajjiżi terzi jistgħu jkunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni aċċettabbli mibgħuta [15].

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE id-dħul li jirrigward il-lindane u l-parathion għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 2

Fil-lista fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE d-dħul f'dak li jirrigwarda l-fdalijiet tal-pestiċidi segwenti għandhom ikunu miżjuda:

"Fdalijiet ta' pestiċida | livell massimu (mg/kg) |

Lindane | 0,01 ċereali |

Quintozene (is-somma ta' quintozene, u pentachloro-aniline espresss bħala quintozene) | 0,02 ċereali |

Permethrin (is-somma ta' isomers) | 0,05 ċereali |

Parathion | 0,05 ċereali |

Artikolu 3

Dħul fir-rigward tal-fdalijiet tal-pestiċidi segwenti għandhom ikunu miżjuda fil-lista fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

"Fdalijiet ta' pestiċida | Livell massimu (mg/kg) |

Ta' xaħam misjub fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali | Għal ħalib tal-baqar mhux ittrattat u krema intiera tal-ħalib tal-baqar elenkat fl-Anness 1 | Ta' bajd frisk mingħajr qoxra, fil-bajd ta' l-għasafar u isfar tal-bajd elenkati fl-Anness 1 fi ħdan il-kodiċi NM 0407 00 u 0408 (iii) (iv) |

Lindane | Laħam tat-tjur 0,7 Oħrajn 0,02 | 0,001 | 0,1 |

Quintozene | 0,01 | 0,01 | 0,01 |

Parathion | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Artikolu 4

Fil-tabella fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, id-dħul għall-fdailijiet ta’ pestiċidi kif stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva għandhom ikunu miżjuda jew immodifikati.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Novembru 2002 l-aktar tard: Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2002 għal-lindane, quintozene u permethrin u mill-1 ta’ Mejju 2003 għall-parathion.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 16 Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26.

[2] ĠU L 3, 6.1.2001, p. 18.

[3] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37.

[4] ĠU L 134, 22.5.2002, p. 29.

[5] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43.

[6] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71.

[7] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

[8] ĠU L 148, 6.6.2002, p. 19.

[9] ĠU L 324, 21.12.2000, p. 42.

[10] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 112.

[11] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 114.

[12] ĠU L 88, 28.3.2001, p. 19.

[13] ĠU L 187, 10.7.2001, p. 47.

[14] ĠU L 234, 9.8.1982, p. 1.

[15] Noti ta’ gwida dwar it-tolleranzi ta’ l-importazzjoni - Dokument 7169/VI/99 rev. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali | Fdalijiet ta' pestiċidi u livell ta' fdalijiet massimi (mg/kg) |

Lindane | Quintozene (l-għadd ta' | Permethrin | Parathion |

1.Frott, frisk, mqadda jew ngħejjin, ippreservati bil- friża, li ma għandux żieda ta' zokkor: ġewż | 0,01 | 0,02 | 0,05 | 0,05 |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU

Tronġ (grapefruit) | | | | |

Lumi | | | | |

Lumiċell | | | | |

Mandolini (inclużi klementini u ibridi oħrajn) | | | | |

Larinġ | | | | |

Pomelos | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ii)LEWŻ MINN SIĠAR (imqaxxar jew mhux imqaxxar)

Ġewż | | | | |

Lewż | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | |

Ġewż tal-cashew | | | | |

Qastan | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | |

Ġellewż | | | | |

Makadamia | | | | |

Pekans | | | | |

Lewż ta' l-arżnu | | | | |

Pistaċċi | | | | |

Oħrajn | | | | |

(iii)FROTT TAL-POMÈ

Oħrajn | | | | |

Tuffieħ | | | | |

Lanġas | | | | |

Sfarġel | | | | |

(iv)FROTT TA' L-GĦADAM

Oħrajn | | | | |

Berquq | | | | |

Ċirasa | | | | |

Ħawħ (inkluż nektarini u ibridi simili) | | | | |

Għambaqar | | | | |

(v)KUKKU U FROTT ŻGĦIR

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | | |

(b)Frawli (mhux selvaġġ) | | | | |

(c)Frott tal-kannamieli (mhux selvaġġ)

Oħrajn | | | | |

Ċawsli | | | | |

Dewberries | | | | |

Loganberries | | | | |

Lampone | | | | |

(d)Frott żgħir ieħor u kukku (mhux selvaġġ)

Oħrajn | | | | |

Qerqnin (bilberries) | | | | |

Cranberries | | | | |

Passulina (ħamra, sewda, bajda) | | | | |

Gooseberries | | | | |

(e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | | | | |

(vi)MIXXELLANJI

Oħrajn | | | | |

Avokado | | | | |

Banana | | | | |

Tamal | | | | |

Tin | | | | |

Kiwi | | | | |

Kumkwats | | | | |

Litchis | | | | |

Mangoes | | | | |

Żebbuġ | | | | |

Frott tal-pasjoni | | | | |

Ananas | | | | |

Rummien | | | | |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżati jew imqadded | 0,01 | 0,02 | 0,05 | 0,05 |

(i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TUBERI

Oħrajn | | | | |

Pitravi | | | | |

Karrotti | | | | |

Krafes ħoxnin | | | | |

L-għerq tal-mustarda | | | | |

Artiċokk | | | | |

Zfunnarija | | | | |

Għeruq tat-tursin | | | | |

Ravanell abjad | | | | |

Salsafja | | | | |

Patata ħelwa | | | | |

Rapa svediża | | | | |

Nevew | | | | |

Jamm | | | | |

(ii)ĦAXIX TAL-BASLA

Oħrajn | | | | |

Tewm | | | | |

Basal | | | | |

Basal abjad | | | | |

Kurrad | | | | |

(iii)ĦAXIX LI JAGĦMEL IL-FROTT

(a)Solanacea

Oħrajn | | | | |

Tadam | | | | |

Bżar | | | | |

Brunġiel | | | | |

(b)Il-qoxra li tittiekel tal-Cucurbits

Oħrajn | | | | |

Ħjar | | | | |

Ħjar żgħir | | | | |

Qarabali | | | | |

(ċ)Il-qoxra li ma tittikielx tal-Cucurbits

Oħrajn | | | | |

Bettieħ | | | | |

Lbieba tal-qara' | | | | |

Dulliegħ | | | | |

(d)Qamħirrum ħelu | | | | |

(iv)ĦAXIX MIR-RAZZA TAL-KABOĊĊI U N-NEVEW

(a)Ħaxix mir-razza tal-kaboċċi u n-nevew li tagħmel il-fjuri

Oħrajn | | | | |

Brokkoli | | | | |

Pastard | | | | |

(b)Ir-ras tal-ħaxix mir-razza tal-kaboċċi

Oħrajn | | | | |

Brussel sprouts | | | | |

Ir-ras tal-kaboċċa | | | | |

(ċ)Tip tal-kaboċċi mwerqa

Oħrajn | | | | |

Kaboċċa Ċiniża | | | | |

Kale | | | | |

(d)Kohlrab i | | | | |

(v)ĦAXIX BIL-WERAQ U ĦXEJJEX AROMATIĊI FRISKI

(a)Ħassa u simili

Oħrajn | | | | |

Krexxun | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | |

Ħass | | | | |

Scarole (indivja b'weraq wesgħin) | | | | |

(b)Spinaċi u simili

Oħrajn | | | | |

spinaċi | | | | |

Weraq ta' xitla tal-pitravi (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) (chard) | | | | |

(ċ)Ħass ta' l-ilma (Nasturtium officinale) | | | | |

(d)Witloof | | | | |

(e)Ħxejjex aromatiċi

Oħrajn | | | | |

Maxxita | | | | |

Kurrat selvaġġ | | | | |

Tursin | | | | |

Weraq tal-krafes | | | | |

(vi)ĦAXIX TAL-LEGUMI (friski)

Oħrajn | | | | |

Fażola (bil-miżwet) | | | | |

Fażola (bla miżwet) | | | | |

Piżelli (bil-miżwet) | | | | |

Piżelli (bla miżwet) | | | | |

(vii)ĦAXIX BIZ-ZOKK (friski)

Oħrajn | | | | |

Asparagus | | | | |

Cardoons | | | | |

Krafes | | | | |

Bużbież | | | | |

Qaqoċċ | | | | |

Kurrat | | | | |

Rabarbru | | | | |

(viii)FUNGI (FAQQIEGĦ)

(a)faqqiegħ ikkultivat | | | | |

(b)faqqiegħ selvaġġ | | | | |

3.Ħaxix ta' l-imwieżet | 0,01 | 0,02 | 0,05 | 0,05 |

Oħrajn | | | | |

Fażola | | | | |

Għads | | | | |

Piżelli | | | | |

4.Żrieragħ taż-żejt | 0,01 | | 0,05 | 0,05 |

Oħrajn | | | | |

Żejt tal-kittien | | 0,05 | | |

Karawett | | | | |

Żerriegħa tal-pepprin | | | | |

Ġulġliel | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | |

Żeriegħa tar-rapa | | | | |

Fażola tas-sojja | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | 0,02 | | |

5.Patata | 0,01 | 0,02 | 0,05 | 0,05 |

Patata bikrija | | | | |

Patati taż-żergħa | | | | |

6.Te' (weraq u zkuk, niexfa, iffermentati jew oħrajn, ta' Camellia sinensis) | 0,05 | 0,05 | 0,1 | 0,1 |

7.Il-Ħops (niexef), incluż boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,05 | 0,05 | 0,1 | 0,1 |

--------------------------------------------------

Top