This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D2235
Decision No 2235/2002/EC of the European Parliament and of the Council of 3 December 2002 adopting a Community programme to improve the operation of taxation systems in the internal market (Fiscalis programme 2003-2007)
Id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni ta' sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (il-programm Fiscalis 2003-2007)
Id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni ta' sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (il-programm Fiscalis 2003-2007)
ĠU L 341, 17.12.2002, p. 1–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007D1482
Official Journal L 341 , 17/12/2002 P. 0001 - 0005
Id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni ta' sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (il-programm Fiscalis 2003-2007) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Fis-suq intern, l-applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti tal-liġi Komunitarja hi essenzali għall-funzjonament ta' sistemi ta' tassazzjoni, partikolarment għall-protezzjoni ta' interessi finanzjarji nazzjonali u Komunitarji permezz tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħrib mit-taxxa, li tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tnaqqas il-piżijiet fuq amministrazzjonijiet u dawk li jħallsu t-taxxa. Li tintlaħaq din l-applikazzjoni effettiva, uniformi u effiċjenti hi kwistjoni għall-Komunità li taġixxi fi sħubija ma' l-Istati Membri. (2) Id-Deċiżjoni Nru 888/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 1998 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sistemi ta' tassazzjoni indiretta tas-suq intern (programm Fiscalis) [4] għamlet kontribuzzjoni sinnifikattiva biex jintlaħqu dawk l-għanijiet totali għall-perjodu 1998 sa 2002. Hu għalhekk ikkunsidrat mixtieq li l-programm Fiscalis jiġi mkompli għal perjodu ieħor ta' ħames snin. (3) Koperazzjoni effiċjenti, effettiva u estensiva bejn l-Istati Membri tal-preżent u tal-futur u bejniethom u l-Kummissjoni hi importanti għall-funzjonament tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern. (4) L-esperjenza miksuba mill-Kommunità mill-programm Fiscalis uriet li skambji, seminars u eserċizji ta' kontroll multilaterali jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-programm billi jġibu uffiċjali minn amministrazzjonijiet nazzjonali differenti flimkien f'attivitajiet professjonali. Dawk l-attivitajiet għandhom għalhekk jiġu mkomplija, imma estiżi biex ikopru tassi fuq id-dħul, fuq il-kapital u premiums ta' l-assigurazzjoni. (5) L-istabbilixximent u l-funzjonament ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandu rwol vitali fl-infurzar mill-ġdid tas-sistemi ta' tassazzjoni ġol-Komunità. Partikolarment, is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni VAT (VIES), imsejħa fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92 tas-27 ta' Jannar 1992 fuq koperazzjoni amministrattiva fil-qasam ta' tassazzjoni indiretta (VAT) [5], uriet il-valur ta' l-informazzjoni teknoloġika fil-protezzjoni tad-dħul filwaqt illi timminimizza l-piżijiet amministrattivi. (6) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja, hu essenzali li uffiċjali responsabbli għal tassazzjoni jkollhom standard komuni għoli tal-fehma tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri tal-preżent u tal-futur. Standard bħal dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' taħriġ inizjali effettiv u mkompli pprovdut mill-Istati Membri tal-preżent u tal-futur. Azzjoni Komunitarja Supplementarja hi ta' użu għall-koordinazzjoni u l-promozzjoni ta' dan it-taħriġ (7) L-esperjenza miksuba mill-programm Fiscalis indikat li l-iżvilupp u implimentazzjoni kkordinati ta' programm ta' taħriġ komuni jistgħu jiksbu l-għanijiet ta' dan il-programm, partikolarment billi jilħqu standard komuni ta' fehma tal-liġi Komunitarja ogħla. (8) Standard suffiċjenti ta' kompetenza lingwistika mill-parti ta' uffiċjali tat-tassazzjoni ġiet murija essenzali biex tiffaċilita l-koperazzjoni. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom għalhekk jipprovdu t-taħriġ fl-ilsien meħtieġ għall-uffiċjali tagħhom. (9) Minkejja li r-responsabbilità ewlenija biex jintlaħqu dawn l-għanijiet hija tal-pajjiżi li jipparteċipaw, azzjoni Komunitarja supplimentari hi meħtieġa għall-kordinazzjoni ta' dawn l-attivitajiet kif ukoll għall-proviżjoni ta' infrastruttura u l-istimolu meħtieġ. Peress li l-għanijiet tal-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintlħaqu kollha b'mod suffiċjenti mill-pajjiżi li jipparteċipaw u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effett ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Kommunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjietà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-Prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hin minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq dawk l-għanijiet. (10) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, kwadru finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq dixxiplina dwar il-budget u titjib tal-proċedura tal-budget [6], għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura tal-budget ta' kull sena. (11) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eserċizju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7], ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: KAPITOLU I SKOP U GĦANIJIET Artikolu 1 Il-programm Fiscalis 1. Programm ta' azzjoni Komunitarja ta' aktar minn darbtejn fis-sena (Fiscalis 2003-2007), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-programm", hu hawnekk stabbilit għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 biex itejjeb l-operazzjoni tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern. 2. L-attivitajiet tal-programm għandhom jikkonsistu fi: (a) sistemi ta' komunikazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni; (b) kontrolli multilaterali li jinvolvu l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi kandidati li għandhom ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew ma' xulxin jew ma' Stati Membri li jippermetti attività bħal din; (ċ) seminars; (d) skambji; (e) attivitajiet ta' taħriġ; (f) kwalunkwe laqgħat ta' xogħol oħra, zjarat jew attivitajiet simili fil-kuntest ta' l-għanijiet tal-programm kif iddikjarat fl-Artikolu 3 li għandu jiġi deċiż fuq il-bażi ta' kull każ waħdu skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2). Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni: (a) "tassazzjoni" għandha tfisser it-taxxi li ġejjin applikati fil-pajjiżi li jipparteċipaw: (i) taxxa fuq il-valur miżjud; (ii) dazji tas-sisa fuq prodotti tax-xorb u t-tabakk u u żjut minerali; (iii) taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar l-assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta [8]; (iv) taxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta' Marzu 1976 dwar assistenza reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet fir-rigward ta' ċerti ħlassijiet, dazji, taxxi u miżuri oħra [9]; (b) "amministrazzjoni" għandha tfisser l-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi li jipparteċipaw responsabbli għall-amministrazzjoni tat-tassazzjoni; (ċ) "pajjiżi li jipparteċipaw" għandu jfisser l-Istati Membri u l-pajjiżi msejħa fl-Artikolu 4, li effettivament jipparteċipaw fil-programm: (d) "uffiċjal" għandu jfisser uffiċjal ta' l-amministrazzjoni; (e) "skambju" għandu jfisser zjara tax-xogħol organizzata taħt il-programm ta' uffiċjal minn amministrazzjoni f'pajjiż li jipparteċipa ieħor; (f) "kontroll multilaterali" għandu jfisser kontroll ikkoordinat tar-responsabbilità għat-taxxa ta' wieħed jew aktar persuni suġġetti għat-taxxa konnessi. Artikolu 3 Għanijiet 1. L-għan totali tal-programm għandu jkun li jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern billi tiżdied il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi li jipparteċipaw, l-amministarzzjonijiet u uffiċjali tagħhom. 2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm għandhom ikunu: (a) għat-taxxa fuq il-valur miżjud u dazji tas-sisa: (i) li jagħmel possibbli għall-uffiċjali li jilħqu standard komuni għoli ta' fehma tal-liġi Komunitarja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri; (ii) li jassigura koperazzjoni effiċjentti, effettiva u estensiva bejn l-Istati Membri; (iii) li jassigura t-titjib kontinwu ta' proċeduri ta' amministrazzjoni biex jittieħdu in kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta' amministrazzjonijiet u dawk li jħallsu t-taxxi permezz ta' l-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' prattika amministrattiva tajba; (b) għal tassazzjoni diretta: li jipprovdi appoġġ għal skambju ta' informazzjoni fil-qasam ta' assistenza reċiproka u biex iqajjem l-għarfien tal-liġi Komunitarja applikabbli fil-qasam ta' tassazzjoni diretta; (ċ) għal taxi fuq premiums ta' l-assigurazzjoni: li jtejjeb il-koperazzjoni bejn Stati Membri, li jassigura applikazzjoni aqwa tar-regoli li jeżistu; (d) għall-pajjiżi kandidati: li jilħaq il-ħtiġijiet speċjali ta' pajjiżi kandidati ħalli jieħdu l-miżuri meħtieġa għal adeżjoni fil-qasam tal-leġislazzjoni tat-taxxa u kapaċità amministrattiva. 3. Il-pjan ta' azzjoni tal-programm għandu jkun stabbilit kull sena skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2). Artikolu 4 Parteċipazzjoni ta' pajjiżi kandidati Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta': (a) il-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa taċ-Ċentru u fil-Lvant ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehimiet ta' l-Ewropa, fil-protokolli addizjonali għal dawn u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni rispettivi; (b) Ċipru, Malta u t-Turkija, fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali fuq din il-kwistjoni konklużi ma' dawn il-pajjiżi. KAPITOLU II ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM Artikolu 5 Sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni 1. Il-Kummissjoni u l-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw li s-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni jaħdmu sa fejn l-operazzjoni tagħhom hi meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Kommunità: (a) in-network komuni ta' komunikazzjonijiet/l-interface ta' sistemi komuni (CCN/CSI) sa l-estent meħtieġ għall-appoġġ tal-funzjonament tas-sistemi oħra msejħa f'dan il-paragrafu; (b) is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni VAT (VIES) u s-sitemi ta' messaġġi tagħha; (ċ) is-sistema ta' verifikazzjoni tal-moviment tas-sisa; (d) is-sistema ta' avviż kmieni għas-sisa; (e) is-sistema ta' tabelli ta' dazju tas-sisa; (f) kwalunkwe sistemi ġodda oħra ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni nnominati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2), meta l-leġislazzjoni Komunitarja teħtieġ li jiġu introdotti. 2. Il-komponenti tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandhom ikunu l-hardware, software u konnessjonijiet tan-network, li għandhom ikunu konumi lil pajjiżi li jipparteċipaw kollha sabiex tkun assigurata l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tas-sistemi, kemm jekk huma installati fl-uffiċji tal-Kummissjoni (jew sottokuntrattur innominat) jew fl-uffiċji ta' pajjiżi li jipparteċipaw (jew sottokuntrattur innominat). Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti meħtieġa biex tassigura n-natura operazzjonali ta' dawn il-komponenti f'isem il-Komunità. 3. Il-komponenti mhux tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni għandhom jinkludu d-databases nazzjonali li jagħmlu parti ta' dawn is-sistemi, il-konnessjonijiet tan-network bejn il-komponenti tal-Komunità u l-komponenti mhux tal-Komunità u dak is-software u hardware li kull pajjiż li jipparteċipa jikkunsidra bħala xieraq għall-operazzjoni sħiħa ta' dawk is-sistemi matul l-amministrazzjoni tiegħu. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw li l-komponenti mhux tal-Komunità jinżammu operazzjonali u għandhom jassiguraw l-interoperabilità ta' dawn il-komponenti mall-komponenti tal-Komunità. 4. Il-Kummissjoni għandha tikkordina, in koperazzjoni mall-pajjiżi li jipparteċipaw, dawk l-aspetti ta' l-istabbilixximent u l-funzjonament ta' l-elementi tal-Komunità u mhux tal-Komunità tas-sistemi u infrastruttura msejħa fil-paragrafu 1. Artikolu 6 Kontrolli multilaterali Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jagħżlu, minn fost il-kontrolli multilaterali organizzati minnhom, dawk l-ispejjeż ta' liema għandhom jiġu mħallsin mill-Komunità skond l-Artikolu 11. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu dejjem kontroll tar-responsabbilità għat-taxxa fir-rigward ta' taxxa fuq il-valur miżjud u/jew dazji tas-sisa. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jibagħtu rapporti u valutazzjonijiet ta' kull sena fir-rigward ta' dawn il-kontrolli lill-Kummissjoni. Artikolu 7 Seminars Il-Kummissjoni u l-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jorganizzaw flimkien seminars għal uffiċjali mill-amministrazzjonijiet, rappreżentanti tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, esperti oħra. Artikolu 8 Skambji ta' uffiċjali 1. Il-Kummissjoni u pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jorganizzaw skambji ta' uffiċjali. It-tul ta' skambji ma jistgħax ikun iżjed minn xahar. Kull skambju għandu jkun immirat lejn attività professjonali partikolari u għandu jiġi ppreparat b'mod suffiċjenti u sussegwentament ivvalutat mill-uffiċjali u amministrazzjonijiet in kwistjoni. Previst li tiddikjara r-raġunijiet tagħha li għamlet hekk, l-amministrazzjoni li tilqa' tista' tillimita in-numru ta' parteċipanti fl-iskambju jekk il-volum ta' applikazzjonijiet irċevuti tfixkel il-preparazzjoni u operazzjoni xierqa tagħha. 2. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex uffiċjali ta' skambju jkunu jistgħu jilagħbu parti effettiva fl-attivitajiet ta' l-amminstrazzjoni li tilqa'. Għal dan l-iskop, dawn l-uffiċjali għandhom jiġu awtorizzati jwettqu l-kompiti konnessi mad-doveri mogħtija lilhom mill-amministrazzjoni li tilqa' skond is-sistema legali tagħha. 3. Matul l-iskambju, ir-responsabilità ċivili ta' l-uffiċjal ta' skambju fit-twettiq tad-doveri tiegħu għandha tiġi ttrattata fl-istess mod bħal dik ta' uffiċjali ta' l-amministrazzjoni li tilqa'. Uffiċjali ta' skambju għandhom jiġu marbuta mill-istess regoli ta' sigriet professjonali bħal uffiċjali nazzjonali. 4. Pajjiżi li jipparteċipaw jistgħu jirrestrinġu l-iskop ta' dawn l-iskambji għal uffiċjali responsabbli għal taxxa fuq il-valur miżjud u/jew dazji tas-sisa. Artikolu 9 Attivitajiet ta' taħriġ 1. Sabiex jinkoraġġixxu koperazzjoni sstrutturata bejn korpijiet ta' taħriġ nazzjonali u uffiċjali responsabbli għal taħriġ fit-tassazzjoni f'amministrazzjonijiet, pajjiżi li jipparteċipaw għandhom, in koperazzjoni mal-Kummissjoni: (a) jiżviluppaw programmi ta' taħriġ li jeżistu u, fejn meħtieġ, jagħmlu programmi ġodda biex jipprovdu qasam komuni ta' taħriġ għal uffiċjali sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-kapaċitajiet u għarfien professjonali komuni meħtieġa; (b) fejn xieraq, jiftħu l-korsijiet ta' taħriġ fit-tassazzjoni pprovduti minn kull pajjiż li jipparteċipa għal uffiċjali tiegħu għal uffiċjali mill-pajjiżi li jipparteċipaw kollha; (ċ) jiżviluppaw il-mezzi komuni meħtieġa għat-taħriġ fit-tassazzjoni. 2. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jassiguraw ukoll li l-uffiċjali tagħhom jirċievu t-taħriġ inizjali u mkompli meħtieġ biex jakkwistaw il-kapaċitajiet u l-għarfien professjonali komuni skond il-programmi ta' taħriġ komuni u t-taħriġ lingwistiku meħtieġ għal dawk l-uffiċjali biex jilħqu standard suffiċjenti ta' kompetenza lingwistika. KAPITOLU III DISPOSIZZJONIIET FINANZJARJI Artikolu 10 Kwadru finanzjarju Il-kwadru finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 hu hawnhekk stabbilit għal EUR 44 miljun. L-approprjazzjoniet ta' kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget ġol-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Artikolu 11 L-ispejjeż 1. L-ispejjeż meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu maqsuma mill-Komunità u l-pajjiżi li jipparteċipaw skond il-paragrafi 2, 3, 4 u 5. 2. Il-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż li ġejjin: (a) l-ispiża ta' l-iżvilupp, xiri, installazzjoni, manteniment u operazzjoni ta' kuljum tal-komponenti tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni deskritti fl-Artikolu 5; (b) l-ispiża tas-safar u spejjeż ta' sussistenza konnessi ma' kontrolli multilaterali, seminars, skambji ta' uffiċjali u attivitajiet ta' taħriġ; (ċ) l-ispiża fir-rigward ta' l-organizzazzjoni ta' seminars u l-iżvilupp ta' mezzi ta' taħriġ; (d) l-ispiża ta' studji ta' stima li għandhom jiġu mwettqin minn terzi partijiet fuq l-impatt tal-programm, filwaqt li tkun iggarantita n-natura kunfidenzali tad-data; (e) l-ispiża ta' attivitajiet oħra msejħa fl-Artikolu 1(2)(f). 3. Il-Kummissjoni għandha, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli lill-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [10], tistabbilixxi r-regoli konnessi mall-ħlas ta' spejjeż u għandha tikkomunikohom lill-pajjiżi li jipparteċipaw. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tal-budget tal-programm skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2). 5. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom iħallsu l-ispejjeż li ġejjin: (a) l-ispiża ta' l-iżvilupp, xiri, installazzjoni, manteniment u operazzjoni ta' kuljum tal-komponenti mhux tal-Komunità tas-sistemi ta' komunikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni deskritti fl-Artikolu 5; (b) l-ispejjeż fir-rigward ta' taħriġ inizjali u mkompli, inkluż it-taħriġ lingwistiku, ta' l-uffiċjali tagħhom. Artikolu 12 Kontroll finanzjarju Deċiżjonijiet ta' finanzjament tal-Komunità u kwalunkwe ftehimiet jew kuntratti li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu suġġetti għal kontroll finanzjarju skond il-liġi Komunitarja fuq il-kontroll finanzjarju u tal-budget. IL-KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET OĦRA Artikolu 13 Implimentazzjoni Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1(2)(f), l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(1)(f) u l-Artikolu 11(4) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 14(2). Artikolu 14 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-"Kumitat Fiscalis". 2. Fejn referenza hi magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jkunu kkusidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regola ta' proċedura tiegħu. Artikolu 15 Sussegwiment u valutazzjoni 1. Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kumitat imsejjaħ fl-Artikolu 14(1) rapport ta' sussegwiment li jiddikjara l-progress ta' l-attivitajiet kollha tal-programm fit-termini ta' l-implimentazzjoni u riżultati fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni ta' kull sena. Dan ir-rapport għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew. L-amministrazzjonijiet għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa kollha biex rapporti ta' sussegwiment jiġu magħmula b'mod effiċjenti kemm hu possibbli. 2. Valutazzjonijiet tal-programm ta' nofs it-terminu u finali għandhom jiġu mwettqa taħt ir-responsabiltà tal-Kummissjoni bl-użu tar-rapporti ta' sussegwiment u r-rapporti magħmula mill-pajjiżi li jipparteċipaw. L-effettività u l-effiċjenza tal-programm għandhom jiġu vvalutati fit-termini ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-valutazzjonijiet għandhom jiġu mmexxija bl-użu tar-rapporti msejħa fil-paragrafu 3 kif ġej: - Il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jħares lejn ir-riżultati inizjali u l-impatt ta' l-attivitajiet tal-programm. Għandha wkoll tagħmel stima ta' l-użu ta' l-għotja ta' fondi u l-progress ta' sussegwiment u implimentazzjoni, - il-valutazzjoni finali għandha tagħmel stima ta' l-effettività u effiċjenza ta' l-attivitajiet tal-programm. 3. Il-pajjiżi li jipparteċipaw għandhom jibagħtu l-Kummissjoni: (a) sal-31 ta' Marzu 2005, rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm; (b) sal-31 ta' Marzu 2008, rapport ta' valutazzjoni finali fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm. 4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: (a) sat-30 ta' Ġunju 2005, rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm u komunikazzjoni fuq kemm hu mixtieq li l-programm jitkompla, flimkien, fejn rilevanti, ma' proposta xierqa; (b) sat-30 ta' Ġunju 2008, rapport ta' valutazzjoni fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-programm. Ir-rapporti msejħa f'(a) u (b) għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għall-informazzjoni tagħhom. 5. Ir-rapporti ta' valutazzjoni msejħa fil-paragrafu 4 għandhom jiġu bbażati prinċipalment fuq ir-rapporti msejħa fil-paragrafu 3, u fuq ir-rapporti ta' sussegwiment imsejħa fil-paragrafu 1. Artikolu 16 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 17 Indirizzati Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Diċembru 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 361. [2] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 81. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2002 (ĠU C 228 E, tal-25.9.2002, p. 34) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 126, tat-28.4.1998, p. 1. [5] ĠU L 24, ta' l-1.2.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 792/2002 (ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 1). [6] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994. [9] ĠU L 73, tad-19.3.1976, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/44/KE (ĠU L 175, tat-28.6.2001, p. 17). [10] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1. --------------------------------------------------