EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0747

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 tà Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiku reveduti għall-premjazzjoni tà eko-tikketta Komunitarja għall-bozzoz tà l-elettriku u li tammendi d-Deċiżjoni 1999/568/KE (notifikat bid-dokument numru K(2002) 3310)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/06/2011; Imħassar b' 32011D0331

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/747/oj

32002D0747

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 tà Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiku reveduti għall-premjazzjoni tà eko-tikketta Komunitarja għall-bozzoz tà l-elettriku u li tammendi d-Deċiżjoni 1999/568/KE (notifikat bid-dokument numru K(2002) 3310)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 242 , 10/09/2002 P. 0044 - 0049
CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172
SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 167 - 172


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 tà Settembru 2002

li tistabbilixxi kriterji ekoloġiku reveduti għall-premjazzjoni tà eko-tikketta Komunitarja għall-bozzoz tà l-elettriku u li tammendi d-Deċiżjoni 1999/568/KE

(notifikat bid-dokument numru K(2002) 3310)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/747/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ premjazzjoni b’tikketta "eco" Komunitarja(1), u b’mod partikolari għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 [1] tiegħu,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolament (KE) No 1980/2000 l-Eko-tikketta Komunitarja tista tiġi mgħottija lill-prodotti li jippossjedu karatteristici li tgħinhom jikkontribwixxu għal l-iżviluppi fir-rigward ta’ l-aspetti importanti ta’ l-ambjent.

(2) Ir-Regolament (KE) No 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji eko-tikketta speċifiki għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi tal-prodotti.

(3) Jipprovdi ukoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l eko-tiketta, kif ukoll l-istima u l-verifika tal-kondizzjonijiet meħtiega/mitluba li jirrelataw ma’ din il-kriterja, għandha issir fil-ħin/żmien dovut qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterja speċifikata għal kull grupp ta’ prodotti. Din ir-reviżjoni għandha tirriżulta għall-proposta għat-titwil/tiġbid, ritirar jew reviżjoni.

(4) Xieraq li nirrevedu l-kriterji ekoloġiki li ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/568/KE tas-27 tà Lulju 1999 li tistabbilixxi il-kriterji ekoloġiki ghall-premjazzjoni ta’ l-eko-tikketta Komunitarja tal-bozoz ta’ l-elettriku [2] ħalli b’dan il-mod jirriflettu l-iżviluppi mqiegħdha fis-suq. Fl-istess ħin/perjodu ta’ validità ta’ din id-Deċiżjoni u d-definizzjoni tal-grupp tal-prodott għandha tiġi modifikata.

(5) Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni għandha tiġi adottata biex tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiki speċifiki għal dan il grupp ta’ prodotti, li jkun validu għall-perjodu ta’ erbà snin.

(6) Huwa xieraq li, għall-perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xhar, kemm il-kriterji l-ġodda li ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/568/KE għandhom ikunu validi/jgħoddu/jeżistu fl-istess ħin, sabiex kumpaniji li gew premjati jew li applikaw għall-premju ta’ eko-tiketta għall-prodotti tagħhom ikollhom biżżejjed żmien/ħin biex jadattaw dawk il-prodotti sabiex jikkonformaw/iħarsu il-kriterji l-ġodda.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma ibbażżati fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppati mill-Bord ta’ Eko-tikkettjar ta’ l-Unjoni Ewropea stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) No 1980/2000.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat maħtur permeżż ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) No 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sabiex tingħata/tiġi ippremjata/mgħotija eko-tikketta Komunitarja taħt ir-Regolament (KE) No 1980/2000, bożża ta’ l-elettriku għandha taqa’/tiġi ikklassifikata fil-grupp ta’ prodotti "bozoz ta’ l-elettriku" kif stabbilit fl-Artikolu 2, u għandu jħares il-kriterji ekoloġiki kif stabiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-grupp ta’ prodotti "bozoz ta’ l-elettriku" jinkludi:

"bozoz ta’ l-elettriku "single-ended"": il-bozoz ta l-elettriku kollha li jipprovdu dawl għall-ħtigijiet ġenerali u li huma mwaħħlin "single-ended", b’ bajjunetta, bi skrun jew bil-labra. Il-bozoz ta’ l-elettriku jistgħu jiġu imqabda mall-provvista (jew fornitura) publika ta’ l-elettriku/tad-dawl.

"bozoz ta’ l-elettriku "double-ended"": il-bozoz ta’ l-elettriku kollha li jipprovdu servizz ta’ dawl b’mod in ġenerali u li jistghu jiġu mwaħħlin miż-żewġ naħat. Din tinkludi, b’oġġettiv prinċipali, tubi lineari florexxenti. Il-bozoz ta’ l-elettriku jistgħu jiġu imqabda mall-provvista (jew fornitura) publika ta’ l-elettriku/tad-dawl.

2. It-tip ta’ bozoz li ġejjin mhumiex inklużi f’dan il-grupp ta’ prodotti: bozoz florexxenti kumpatti li għandhom saborra manjetika, lampi tal-proġettazzjoni, dawl fotografiku, tubi solarji.

Artikolu 3

Għall-raġunijiet amministrattivi n-numru in kodiċi assenjat lil dan il-grupp ta’ prodotti ħa jkun "008".

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad- Deċiżjoni Nru 1999/568/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 3

Id-definizzjoni għal dan il-grupp ta’ prodotti u l-kriterju speċifiku ekoloġiku għall-grupp ta’ prodotti ħa jkun validu sal-31 ta’ Awissu 2003."

Artikolu 5

Din id-Deċizjoni ħa taplika/tgħodd mill-1 ta’ Settembru 2002 sal-31 ta’ Awissu 2005. Jekk sal-31 ta’ Awissu 2005 il-kriterji riveduti ma jkunux ġew addottati, din id-Deċiżjoni tibqa’ tgħodd sal-31 ta’ Awissu 2006.

Il-produtturi ta’ prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti "bozoz ta’ l-elettriku" li diġà ġew premjati b’eko-tiketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistgħu ikomplu jużaw din it-tiketta sal-31 ta’ Awissu 2003.

Produtturi ta’ prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti "bozoz ta’ l-elettriku" li diġà applikaw għall-għotja/premjazzjoni ta’ eko-tiketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistghu jiġu mgħotija l-eko-tiketta taħt il-kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/568/KE. F’dawn il-każijiet it-tikketta tista tiġi użata sal-31 ta’ Awissu 2003.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel,

fid-9 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 216, ta’ l-14.8.1999, p. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS

QAFAS

L-għan tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari biex jippromwovu:

- ir-riduzjoni tad-danni ambjentali u r-riskji relatati ma’ l-uzu ta’ l-enerġija (riskaldament globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis ta’ reżorsi li jistgħu/jerġgħu jiġġeddu) billi tnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija,

- ir-riduzjoni tad-danni ambjentali jew ir-riskji relatati ma’ l-użu tar-reżorsi fil-manifattura/fabbrikar kif ukoll fit-tratament/rimi ta’ bozza ta’ l-elettriku billi iżżidilha t-tul medju ta’ ħajja,

- ir-riduzjoni tad-danni ambjentali jew ir-riskji relatati ma’ l-użu tal-merkurju billi tnaqqas l-emissjonijiet totali tal-merkurju waqt it-tul tal-ħajja ta’ bozza ta’ l-elettriku.

Il-kriterji jinkoraġġixxu ukoll l-implimentazzjoni ta’ l-aħjar prattika (l-użu ottimali ta’ l-ambjent) u jkabbar il-valur ta’ l-għarfien ambjentali tal-konsumatur. Il-kriterji huma mqiegħda fuq livelli li jipromwovu l-itikkettjar tal-bozoz ta’ l-elettriku li huma ffabrikati/prodotti b’impatt ambjentali baxx.

Stima u verifikazzjoni ta’ kondizzjonijiet meħtieġa.

L-istima speċifika u l-verifikazzjoni tal-kondizzjonijiet meħtiega huma indikati ma’ kull kriterju. It-testijiet għandhom isiru minn laboratorji bi kreditu/kredibilità xierqa jew laboratorji li jissodisfaw il-ħtigijiet ġenerali kif espressi fl-i standard EN ISO 17025 u li huma kompetenti sabiex jagħmlu it-testijiet relevanti.

Meta hemm il-ħtieġa li l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti ta’ testijiet ta’ l-analiżi jew xiehda (jew prova) oħra lill-organu kompetenti li ħa jagħmel stima ta’ l-applikazzjoni sabiex turi l-qbil mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tieghu u/jew il fornitur(i) tagħhom, eċċetera, kif inhu xieraq. L-organu kompetenti li qed jagħmel stima ta’ l-applikazzjoni jista’ jagħmel il-verifikazzjonijiet indipendenti.

Huwa rakkomandat li l-korpi/organi kompetenti jieħdu akkont ta’ l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-ambjent, bħall-EMAS jew l-ISO14001, meta qed jagħmlu stima ta’ l-applikazzjonijiet u jimmoniterjaw il-ħarsien tal-kriterji (Nota: Mhuwiex meħtieg li jimplementaw dan it-tip ta’ skemi ta’ amministrazzjoni).

KRITERJA

1. L-effiċenza ta’ l-enerġija, tul ta’ ħajja, il-manteniment tal-lumen u l-kontenut tal-merkurju.

Bozoz ta’ l-elettriku "single-ended" għandhom jaqblu mall-kondizzjonijiet li ġejjin:

| "Single-ended" b’saborra integrali (lampi kumpatti florexxenti) | "Single-ended" mingħajr saborra integrali (lampi b’bażi ta’ labra) |

L-effiċenza ta’ l-enerġija | Klassi A | Klassi A jew B |

Tul ta’ ħajja | il-fuq minn 10000 siegħa | il-fuq minn 10000 siegħa |

Il-manteniment tal-lumen | il-fuq minn 70 % ghal 10000 siegħa | il-fuq minn 80 % għal 9000 siegħa |

Kontenut medju tal-merkurju | massimu ta’ 4,0 mg | massimu ta’ 4,0 mg |

Bozoz "double-ended" iridu jaqblu mall-kondizzjonijie li ġejin:

| "double-ended" ħajja normali | "Double-ended", ħajja twila |

L-effiċenza ta’ l-enerġija | Klassi A | Klassi A |

Tul ta’ ħajja | il-fuq minn 12500 siegħa | il-fuq minn 20000 siegħa |

Manteniment tal-lumen | il-fuq minn 90 % għal 12500 siegħa | il-fuq minn 90 % għal 20000 siegħa |

Kontenut medju tal-merkurju | massimu ta’ 5,0 mg | massimu ta’ 8,0 mg |

Nota:

L-effiċenza ta’ l-enerġija huwa kif definit fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta’ Jannar 1998 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE għar-rigward ta’ l-itikkettjar ta’ l-enerġija ghall-lampi tad-dar [1].

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi prova tar-rapport li jgħid li l-effiċenza ta’ l-enerġija, it-tul ta’ ħajja u l-manteniment tal-lumen tal-bozza ta’ l-elettriku kienu determinati billi intużat il-proċedura tal-prova msemmijja fl-EN 50285. Ir-rapport irid jiddikjara l-effiċenza ta’ l-enerġija, it-tul ta’ ħajja u l-manteniment tal-lumen tal-bozzoz ta’ l-elettriku. Jekk il-prova xierqa tat-tul ta’ ħajja għadha ma tlestietx, il-pjan operazzjonali tat-tul ta’ ħajja kif iddikjarat fuq il-pakett huwa aċċettabli sakemm joħroġ ir-riżultat tal-prova. Madankollu, ir-riżultat tal-prova irid jingħata fi żmien 12-il xhar mid-data ta’ l-applikazzjoni għal l-eko-tiketta.

L-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ prova fejn jiddikjara li l-kontenut tal-merkurju gie mkejjel bl-użu tal-metodu deskritt hawn taħt. Ir-rapport għandu jiddikjara il-kontenut medju ta’ merkurju, ikkalkulat mill-analiżi ta’ għaxar lampi, imbagħad tħassar l-ogħla u lanqas valuri qabel ma tikkakkula l-medja aritmetika tal-bqija tat-tmien valuri.

Il-mezz ta’ prova għall-kontenut ta’ merkurju huwa dan li ġej. L-ewwel t-tubu tal-lampa elettrika hi separata mill-lastku ta’ madwarha u l-eletronika assoċjata magħha. Il-wajer taċ-ċomb assoċjati miegħu huma maqtugħin viċin kemm jista’ jkun tas-siġil tal-ħġieġ. It-tubu tal-lampa huwa meħud ġo armarju tad-dħaħen u huwa maqtugħ f’biċċiet. Il-biċċiet huma mqegħda ġo flixkun bl-għatu bi skrun tal-lastku robust tad-daqs xieraq li miegħu hemm

miżjud ballun/sfera tal-porċellana ta’ pulzir u 25ml ta’ aċidu nitriku kkonċentrat u ta’ purita għolja (70 %). Il-flixkun hu ssiġilat u mħallat għal ftit minuti biex tnaqqas it-tubu tal-lampa għad-daqs fin tal-partiċelli, hu minn ħin għall-ieħor il-plug/tapp jinħall sabiex tellimina l-possibilita’ li jkun hemm build-up tal-pressjoni. Għal 30 minuta l-kontenuti tal-flixkun jitħallew jirreaġixxu matul liema ħin il-kontenuti tal flixkun huma mħaltin minn ħin għall-ieħor. Il-kontenut tal-flixkun huwa mbagħad infiltrat minn ġo filtru tal-karta reżiżtenti għall-aċidu u miġbur ġo flixkun ta’ 100ml li għandu arranġament/klassifikazzjoni fi gradi skond l-ammont volumetriku. Potassju dikromatiku huwa miżjud għal ġol-flixkun sabiex il-konċentrazzjoni finali hi 1000 ppm meta imqabbel mal-kromju. Il-flixkun għandhu imbagħad jintela’ b’ilma pur. L-i standards huma mqablin fuq skema ta’ konċentrat sa 200 ppm ta’ merkurju. Is-soluzzjonijiet huma analiżati bl-użu ta’ assorbiment atomiku tan-nar b’ "wavelength" ta’ 253,7 nm bil-korrezjoni ta’ l-isfond mixgħul. Mir-rizultati miksuba u l-għerf tal-volum tal-likwidu, il-kontenut oriġinali tal-merkurju tal-bozza ta’ l-elettriku jista’ jiġi maħdum/ikkalkulat. L-organi kompetenti jistgħu jifthemu sabiex jsiru adattamenti għad-dettalji tal-metodu ta’ prova jekk huma meħtiega għar-raġunijiet tekniċi, u dawn għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti.

2. Ixgħel/itfi

Għall-bozoz floroxxenti kumpatti (compact fluorescent lamps) (CFLs), in-numru ta’ ċikli li wieħed jixgħel u/jitfi irid ikun aktar minn 20000.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant irid jipprovdi rapport ta’ prova li jgħid li n-numru li wieħed xegħel/tefa’ ghall-CFL ġie determinat billi ntuża prova rapida ta’ ciklu (0,5 minuta mixgħul, 4,5 minuti mitfi) u l-metodi ta’ prova ghat-tul ta’ ħajja referiti fl-EN 50285. Ir-rapport irid jiddikjara n-numru ta’ ċikli titfi/tixgħel milħuqin meta 50 % taċ-CFLs ittestjati laħqu r-rekwiżiti għat-tul ta’ ħajja tal-lampa kif referiti fl-EN 50285.

3. Indiċi ta’ l-interpretazzjoni

L-indiċi tal-kulur tal-bozza ta’ l-elettriku (Ra) irid ikun ikbar minn 80.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant irid jipprovdi rapport li jgħid/jipprova li l-indiċI tal-kulur tal-bozza ġie dterminat bl-użu tal-proċedura referita ġo CIE-standard/publication 29/2. Ir-rapport irid jiddikjara l-indiċI tal-kulur tal-bozza ta’ l-elttriku.

4. Iżżomm lura l-fjamma

(a) Partijiet tal-lastku li jiżnu l-fuq minn 5 g ma jridx jkun fihom il-

"flame retardants"

li ġejjin:

Isem | SAK Numru |

Decabromodiphenyl | 13654-09-6 |

Etere Monobromodiphenyl | 101-55-3 |

Etere Dibromodiphenyl | 2050-47-7 |

EtereTribromodiphenyl | 49690-94-0 |

Etere Tetrabromodiphenyl | 40088-47-9 |

Etere Pentabromodiphenyl | 32534-81-9 |

Etere Hexabromodiphenyl | 36483-60-0 |

Etere Heptabromodiphenyl | 68928-80-3 |

Etere Octabromodiphenyl | 32536-52-0 |

Etere Nonabromodiphenyl | 63936-56-1 |

Etere Decabromodiphenyl | 1163-19-5 |

Chloroparaffins bit-tul ta’ katina 10-13 C atomi, kontenut tal-kloru > 50 % bil-peżati | 85535-84-8 |

(b) Partijiet tal-lastiku li jiżnu l-fuq minn 5 g ma jistgħux jikkonsistu minn sostanzi "flame retardant" jew preparazzjonijiet li jikkonsistu minn sostanzi li jiġu assenjati fiż-żmien ta’ applikazzjoni tal-fażijiet tar-riskju li ġejjin (jew tagħqid minn dawn):

R45 (jista’ jirriżulta f’kankru)

R46 (jista’ jikkawża danni ġenetiċi eredtarji)

R50 (tossiċi hafna għal l-organiżmi tal-baħar)

R51 (tossiċi għal l-organizmi akwatiċi/tal-baħar)

R52 (ta’ dannu għal l-organiżmi akwatiċi/tal-baħar)

R53 (jistgħu jikkawżaw effetti avversarji fuq medda twila ta’ żmien ġo l-ambjent akwatiku)

R60 (jista’ ifixkel il-fertilita’)

R61 (jista’ jikkawża dannu lill-tarbija li għadha ma twelditx)

kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrativi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippaketjar u l-ittikkettjar ta’ sostanzi perikolużi [2] u l-ammendi ta’ wara.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant irid jiddikjara l-ħarsien tal-prodott ma’ dawn il-rekwiżiti.

5. Pakketti/Kontenituri

Plastika laminata jew komposta m’għandhomx jintużaw.

Għall-bozoz ta’ l-elettriku "single-ended", il-pakett tal-kartun irid jkun fih minimu ta’ 65 % materjal riċiklat (piz).

Għall-bozoz ta’ l-elettriku "double-ended", il-pakett tal-kartun irid jkun fih minimu ta’ 80 % materjal riċiklat (piz).

Stima u verifikazzjoni: L-applikant irid jiddikjara l-ħarsien tal-prodott ma’ dawn il-rekwiżiti.

6. Istruzzjonijiet għal l-utent

Il-prodott irid jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għal l-utent li jipprovdi kunsill fuq l-użu favur l-ambjent. B’mod partikolari:

(a) Informazzjoni (simbolu bl-istampi jew xort’ oħra) fuq il-pakketti irid juri il-kondizzjonijiet xierqa biex tarmiħ, kif ukoll ir-rekwiziti tar-regolamenti.

(b) Għall-bozoz ta’ l-elettriku "single-ended": iridu jiġu ttikkettjati, u d-daqs relattiv u l-forma tal-bozza ta’ l-elettriku kkomparat ma lampa konvenzjonali inkandexxenti iridu ikunu indikati fuq il-pakkett.

(ċ) Għall-bozoz ta’ l-elettriku"double-ended": informazzjoni fuq il-pakkett irid jindika li l-prestazzjoni ambjentali tal-bozza ta’ l-elettriku jitjieb meta jiġi użat flimkien ma tagħmir ikkontrolat eletronikament b`frekwenza għolja.

(d) Il-pakkett tal-prodott irid jindika li iktar informazzjoni fuq l-eko-tikketta jista’ jinsab fuq l-indirizz tal-website: http://europa.eu.int/ecolabel.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandhu jiddikjara l-ħarsien tal-prodott ma dawn il-kondizzjonijiet meħtiega, u irid/għandu jipprovdi kopja ta’ l-ippakketjar lill-awtorita’/korp kompetenti li ħa jagħmel stima ta’ l-applikazzjoni.

7. Informazzjoni li għandha tidher fuq l-eko-tikketta

Kaxxa 2 ta’ l-eko tikketta irid jinkludi l-materjal stampat li ġejjin:

"Eerġija b’effiċenza għolja

Tul ta’ ħajja twila"

Jekk il-bozza ta’ l-elettriku ma fhiex merkurju, Kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta tista tindika li l-bozza ta’ l-elettriku ma fhiex merkurju.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant jrid jidikjara l-ħarsien tal-prodott ma’ din il-kondizzjoni meħtieġa, u irid jipprovdi kopja ta’ l-eko tikketta kif tidher fuq il-pakett u/jew il-prodott lill-korp kompetenti li ħa tagħmel stima ta’ l-applikazzjoni.

[1] ĠU L 71, ta’ l-10.3.1998, p. 1.

[2] ĠU C 196 of tas-16.8.1967, p. 1.

--------------------------------------------------

Top