Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0623

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2002 li tistabilixxi noti ta’ gwida biex jissupplimentaw l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (notifikata permezz tad-dokument numru K(2002) 2715)(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 200, 30.7.2002, p. 22–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/11/2018; Imħassar b' 32018D1790

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/623/oj

    32002D0623



    Official Journal L 200 , 30/07/2002 P. 0022 - 0033


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-24 ta’ Lulju 2002

    li tistabilixxi noti ta’ gwida biex jissupplimentaw l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

    (notifikata permezz tad-dokument numru K(2002) 2715)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/623/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [1], u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Anness II tagħha,

    Billi:

    (1) Permezz tad-Direttiva 2001/18/KE, l-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom jassiguraw li l-effetti potenzjalment ħżiena fuq is-saħħa umana u l-ambjent, li jistgħu jseħħu direttament jew indirettament permezz tat-trasferiment tal-ġeni mill-organiżmi ġenetikament modifikati (minn hawn ’il quddiem GMOs) lejn organiżmi oħrajn, huma studjati b’eżattezza fuq il-bażi ta’ każ b’każ bi qbil ma’ l-Anness ta’ dik id-Direttiva.

    (2) Permezz ta’ l-Artikolu 6(2)(b) u l-Artikolu 13(2)(b) tad-Direttiva 2001/18/KE, in-notifiki għar-rilaxx jew għat-tqegħid fis-suq ta’ GMOs għandhom jinkludu studju dwar ir-riskju ambjentali u l-konklużjonijiet dwar l-impatt potenzjali fuq l-ambjent bir-rilaxx jew bit-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-GMOs bi qbil ma’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    (3) L-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE għandu jkun supplimentat b’noti li jipprovdu gwida dettaljata dwar l-għan, l-elementi, il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija ta’ l-istudji dwar ir-riskju ambjentali rriferiti f’dak l-Anness.

    (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/18/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    In-noti ta’ gwida stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu użati bħala suppliment għall-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fl-24 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    NOTI TA’ GWIDA DWAR L-OBJETTIV, L-ELEMENTI, IL-PRINĊIPJI ĠENERALI U L-METODOLOĠIJA TA’ L-ISTUDJU TAR-RISKJU AMBJENTALI RIFERITI FL-ANNESS II TAD-DIRETTIVA 2001/18/KE

    1. INTRODUZZJONI

    Studju tar-riskju ambjentali (ERA) huwa definit fl-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2001/18/KE bħala "l-valwazzjoni tar-riskji għas-saħħa umana u għall-ambjent, sew jekk direttament jew indirettament, immedjati jew imdewma, li r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ l-GMO jistgħu jimponu". Bħala waħda mill-obbligazzjonijiet ġenerali permezz tad-Direttiva, l-Artikolu 4(3) jeħtieġ lill-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, biex jassiguraw li l-effetti potenzjalment kuntrarji fuq is-saħħa umana u l-ambjent, li jistgħu jseħħu partikolarment direttament jew indirettament, huma studjati b’eżattezza fuq il-bazi ta’ każ-b’każ billi jittieħed kont ta’ l-impatt ambjentali skond in-natura ta’ l-organiżmu introdott u l-ambjent ta’ fejn ikun daħal. ERA hija mwettqa bi qbil ma’ l-Anness II tad-Direttiva, u huwa wkoll riferit fil-Partijiet B u Ċ tagħha. L-Anness II jiddeskrivi f’termini ġenerali l-objettivi li għandhom ikunu milħuqa, l-elementi li għandhom ikunu meqjusa u l-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija li għandha tkun segwita biex tkun imwettqa l-ERA, billi jittieħed akkont ta’ l-impatt fuq is-saħħa umana u l-ambjent skond in-natura ta’ l-organiżmu introdott u l-ambjent ta’ fejn ikun daħal.

    In-notifikaturi għandhom jippreżentaw notifika li tinkludi ERA għar-rilaxx intenzjonat permezz ta’ l-Artikolu 6(2) jew għat-tqegħid fis-suq permezz ta’ l-Artikolu 13(2).

    Din in-nota ta’ gwida tissupplimenta l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE u telenka l-objettivi u l-prinċipji kif ukoll il-metodoloġija għall-ERA, sabiex tgħin lin-notifikaturi, biex jiffaċilitaw it-twettieq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ERA komprensiva u xierqa permezz tad-Direttiva 2001/18/KE u biex jagħmlu l-proċess ta’ l-ERA trasparenti għall-pubbliku ġenerali.

    Is-sitt passi fl-ERA huma stabbiliti fil-Kapitolu 4.2.

    2. L-OBJETTIV

    Bi qbil ma’ l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, l-objettiv ta’ ERA huwa, fuq il-bażi ta’ kaz-b’każ, li jidentifika u jagħmel valutazzjoni ta’ l-effetti potenzjalment kuntrarji ta’ l-GMO, jew direttament u indirettament, immedjati jew imdewma, fuq is-saħħa umana u l-ambjent li r-rilaxx intenzjonat tiegħu jew it-tqegħid fis-suq ta’ l-GMO jista’ jkollu. L-ERA għandu jkun imwettaq bl-għan li jidentifika jekk ikunx hemm ħtieġa għal amministazzjoni ta’ riskju u jekk dan ikun il-każ, il-metodi l-aktar xierqa li għandhom ikunu użati [1].

    L-ERA għalhekk ikopri r-rilaxx intenzjonat (il-Parti B) u t-tqegħid fis-suq (il-Parti Ċ) kif riferit fid-Direttiva 2001/18/KE. It-tqegħid fis-suq ta’ spiss, imma mhux neċessarjament, jinkludi r-rilaxx intenzjonat fl-ambjent, imma huwa dejjem l-introduzzjoni intenzjonata fis-suq (per eżempju, prodotti agrikoli li jkun fihom jew jikkonsistu minn GMO, solament għall-użu fl-ikel, fl-għalf u fl-ipproċessar). F’dawn il-każi wkoll, ERA għandha tkun inkluża fil-proċess tan-notifika. Ġeneralment jista’ jkun hemm differenza bejn ERA għar-rilaxx intenzjonat u dak għat-tqegħid fis-suq, minħabba, per eżempju, id-differenzi fl-informazzjoni eżistenti, fis-skala taż-żmien u fiż-żona.

    B’żieda, dawn in-noti ta’ gwida jkopru l-GMO kollha, inklużi l-mikro-organiżmi, il-pjanti u l-annimali. Għalkemm f’dak li jikkonċerna l-GMO kważi kollha rilaxxati deliberament jew imqiegħda fis-suq huma pjanti ta’ ġeneri aktar għolja, dan jista’ jinbidel fil-futur.

    L-ERA għandha sservi bħala bażi għall-identifikazzjoni tal-ħtieġa ta’ amministrazzjoni tar-riskju u, jekk dan ikun hekk, il-metodi l-aktar xierqa li għandhom ikunu użati, għal monitoraġġ iffokat (ara l-Kapitoli 3).

    L-istudju ġenerali ta’ każ-b’każ ikopri l-GMO ikkonċernati (studju ta’ GMO-bi-GMO) u l-ambjent li fih (fihom) l-GMO għandu jkun irrilaxxat (per eżempju, studju ta’ sit-b’sit u studju ta’ reġjun-b’reġjun, jekk applikabbli).

    Żviluppi futuri fil-modifiki ġeneriċi jistgħu jagħmlu li jkun neċesarju li jkun adottat l-Annes II u dawn in-noti ta’ gwida għall-progress tekniku. Aktar differenzazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni għal tipi differenti ta’ GMO, bħal ma huma l-organiżmi ċellulari, il-ħut jew l-insetti, jew għall-użu partikolari ta’ GMO, bħal ma huwa l-iżvilupp ta’ vaċċini, jista’ jkun possibli la darba jkun hemm esperjenza biż-żejjed man-notifiki għar-rilaxx ta’ GMO partikolari fil-Komunità (l-Anness III, ir-raba’ paragrafu, u l-Kapitolu 6).

    Studju tar-riskju ta’ l-użu ta’ ġeni bħala marka tar-reżistenza antibijotika huwa suġġett ferm speċifiku u aktar gwida fuq dan il-punt hija rakkomandata.

    "Kategoriji ta’ l-effett" differenti ta’ GMO fuq is-saħħa umana u l-ambjent huma deskritti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Fl-interessi ta’ l-interpretazzjoni komuni, id-definizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva ta’ dawn it-termini li ġejjin huma llustrati kif ġej:

    - "effetti diretti" jirreferu għall-effetti primarji fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent li huma r-riżultat ta’ l-GMO infushom u li ma jseħħux permezz ta’ katina każwali ta’ avveniment (per eżempju, l-effett dirett tal-Bitossina fuq l-organiżmi mmirati, jew l-effett patoġeniku ta’ mikro-organiżmi ġenetikament immodifikati fuq is-saħħa umana),

    - "effetti indiretti" jirreferu għall-effetti fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent li jseħħu permezz ta’ katina każwali ta’ avvenimenti, permezz ta’ mekkaniżmi bħal ma huma l-interazzjonijiet ma’ l-organiżmi oħrajn, it-trasferiment tal-materjal ġenetiku, jew il-kambjamenti fl-użu jew fl-amministrazzjoni; osservazzjonijiet ta’ l-effetti indiretti pjuttost li jkunu mdewma (per eżempju, meta jkun hemm it-tnaqqis tal-popolazzajoni ta’ insetti bħala mira jew l-effetti ta’ insetti fuq il-popolazzjoni ta’ insetti oħrajn, jew meta l-iżvilupp ta’ reżistenza multipla jew ta’ effetti sistematiċi jkunu jeħtieġu studju dwar l-interazzjoni f’termini twali; b’dana kollu, xi effetti indiretti bħal ma huwa t-tnaqqis fl-użu ta’ pestiċidi jista’ jkun immedjat),

    - "effetti immedjati" jirreferu għall-effetti fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent li jkunu osservati matul perijodu tar-rilaxx ta’ l-GMO. L-effetti immedjati jistgħu jkunu diretti jew indiretti (per eżempju, il-mewt ta’ l-insetti li jkunu jieklu fuq pjanti transinġenti li jkollhom traċċi ta’ reżistenza għall-insetti, jew l-induzzjoni ta’ allerġiji f’umani suxxettibbli minħabba li jkunu ġew esposti għal GMO partikolari),

    - "effetti mdewma" tirreferi għall-effetti fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent, li forsi ma jkunux osservati matul il-perijodu tar-rilaxx ta’ l-GMO imma li jsiru apparenti bħala effett dirett jew indirett, jew fi stadju aktar tard jew fit-tmiem tar-rilaxx (per eżempju, l-istabbiliment jew l-imġieba invażiva ta’ GMO wara diversi ġenerazzjonijiet li jiġu wara r-rilaxx intenzjonat, li jkun ferm importanti jekk l-GMO ikollu ħajja twila, per eżempju, speċi ta’ siġar ġenetikament modifikati; jew ibridi jew b’relazzjoni mill-qrib ma’ pjanti transinġenti li jsiru invażivi fl-ekosistema naturali).

    L-effetti mdewma, partikolarment, jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu ddeteminati, speċjalment jekk isiru apparenti f’termini fit-tul. Miżuri xierqa bħal ma huwa l-monitoraġġ (ara hawn taħt) jistgħu jgħinu fis-sejbien ta’ dawn l-effetti.

    3. PRINĊIPJI ĠENERALI

    Bi qbil mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ERA għandu jkun ibbażat fuq dawn il-prinċipji ġenerali kif ġej:

    - Karatteristiċi identifikabbli ta’ l-GMO u l-użu tiegħu li jkollu l-potenzjal li joħloq effetti ħżiena għandu jkun imqabbel ma’ dawk preżentati mill-organiżmu mhux-modifikat li minnu jkun ġie akkwistat u l-użu tiegħu taħt sitwazzjonijiet korrispondenti.

    Linja bażika ta’ l-ambjent riċevitur, inklużi l-organiżmi tiegħu u l-interazzjonijiet tagħhom u l-varjazzjonijiet magħrufa tagħhom, għandhom ikunu ddeterminati qabel ma xi karatteristiċi (ta’ ħsara) ta’ l-GMO jistgħu jkunu identifikati. Il-linja bażika sservi bħala punt ta’ referenza li magħha kambjamenti futuri jistgħu jkunu mqabbla. Per eżempju, fil-każ ta’ pjanti veġetazzjonalment propagati, l-analiżi komparattiva għandha tinkludi l-ispeċi parenti użati biex jiġġeneraw il-linji transġeniċi. Fil-każ ta’ pjanti li jirriproduċu sesswalment, il-komparaturi għandhom jinkludu l-linji isoġenetiċi xierqa. Jekk il-pjanti huma żviluppati bl-użu ta’ fertilizzazzjoni-warranija, huwa importanti li f’każi bħal dawk, testijiet ta’ l-ekwivalenza jagħmlu użu tal-kontrolli l-aktar xierqa u mhux sempliċement jistrieħu fuq it-tqabbil mal-materjal parenti oriġinali.

    Jekk l-informazzjoni eżistenti ma tkunx suffiċjenti, linja bażika għandha tkun iddefinita fuq referenzi oħrajn li jippermettu t-tqabbil. Il-linja bażika għandha tiddependi għal ċertu limitu konsiderevoli fuq l-ambjent riċevitur, inklużi l-fatturi biotiċi u abiotiċi (per eżempju, l-abitat naturali preservati, l-għelieqi tal-biedja jew l-art ikkontaminata) jew ġemgħa ta’ ambjenti differenti.

    - L-ERA għandu jitwettaq b’manjera xjentifikament soda u trasparenti, ibbażata fuq informazzjoni xjentifika u teknika.

    L-valwazzjoni ta’ l-effetti potenzjalment ta’ ħsara għandha tkun bażata fuq informazzjoni xjentifika u teknika u metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni, il-ġbir u l-interpretazzjoni ta’ l-informazzjoni relevanti. Informazzjoni, kejl u testijiet għandhom ikunu kjarament deskritti. B’żieda, l-użu ta’ proċeduri ta’ modellar xjentifikament sod jista’ jipprovdi l-informazzjoni nieqsa utili għall-ERA.

    L-ERA għandu jieħu akkont ta’ l-inċertezzi fil-livelli varji. Riżultati xjentifikament mhux ċerti normalment minn ħames karatteristiċi tal-metodu xjentifiku: il-varjabbiltà magħżula, il-kejl li għandu jsir, il-kampjuni miġbura, il-mudelli użati u r-relazzjonijiet każwali li jkunu utilizzati. Inċertezza xjentifika tista’ wkoll toriġina minn kontroversja fuq informazzjoni eżistenti jew in-nuqqas ta’ xi informazzjoni relevanti. L-inċertezza tista’ wkoll tkun irrelatata ma’ elementi kwalitattivi jew kwantitattivi ta’ l-analiżi. Il-livell tat-tagħrif jew ta’ l-informazzjoni bħala linja bażika huwa rifless bil-livel ta’ l-inċertezza, li għandha tkun provduta min-notifikatur (studju ta’ l-inċertezza, inkluża n-nuqqas ta’ informazzjoni, qasma fit-tagħrif, devjazzjoni standard, komplessità, eċċ.) meta mqabbla ma’ inċertezzi xjentifiċi fil-prattika kurrenti.

    L-ERA tista’, mhux dejjem, tirriżulta minn tweġibiet definittivi għall-mistoqsijiet kollha kif meqjusa minħabba n-nuqqas ta’ l-informazzjoni. Għall-effetti potenzjali ta’ terminu fit-tul, partikolarment, l-informazzjoni disponibbli tista’ tkun ferm baxxa. F’dawn il-każijiet partikolari, amministrazzjoni xierqa tar-riskju (salvagwardji) għandha tkun meqjusa bi qbil mal-prinċipju ta’ prekwazjoni sabiex ikunu pprevenuti l-effetti ħżiena fuq is-saħħa umana u ta’ l-ambjent.

    Bħala prinċipju ġenerali, l-ERA għandu jinkludi r-riżultati ta’ riċerka adekwata fir-riskji potenzjali involuti fir-rilaxx intenzjonat jew fit-tqegħid fis-suq ta’ GMO, flimkien ma’ xi esperjenza komparabbli kjarament dokumentata.

    L-użu tar-resqien ta’ pass-b’pass (i.e. il-passi kollha jibdew bl-esperimenti fl-użu tas-sistema miġbura permezz tar-rilaxx intenzjonat sat-tqegħid fis-suq) jista’ jkun utili. L-informazzjoni minn kull pass għandha tkun miġbura kmieni kemm jista’ jkun possibbli matul il-proċedura. Kondizzjonijiet ambjentali simulati f’sistema miġbura jagħtu riżultati tar-relevanza tar-rilaxx intenzjonat (per eżempju, l-imġieba ta’ mikro-organiżmi tista’ tkun simulata fil-mikrokosmi, jew sa ċerti limiti l-imġieba tal-pjanti tista’ tkun simulata fis-serer).

    Għal GMO imqiegħda fis-suq, l-informazzjoni relevanti u disponibbli mill-informazzjoni ta’ rilaxxi intenzjonati għandha tkun ipprovduta mit-tipi ta’ l-ambjent li fih l-GMO sejrin ikunu użati.

    - L-ERA għandu jitwettaq fuq il-bażi ta’ każ-b’każ, jiġifieri li l-informazzjoni meħtieġa tista’ tvarja skond it-tip ta’ l-GMO konċernat, l-użu intiż tiegħu u l-potenzjal ta’ l-ambjent riċevitur, billi jittieħed akkont, inter alia, ta’ l-GMO diġà bl-ambjent.

    L-ERA għandu jagħmel użu mill-prinċipju ta’ każ-b’każ minħabba li l-medda aktar wiesa tal-karatteristiċi individwali ta’ l-organiżmi differenti (GMO bi GMO) u l-ambjenti differenti (sit b’sit u reġjun b’reġjun).

    Jista’ jkun hemm varjetà kbira fl-effetti ambjenti ta’ mikro-organiżmi ġenetikament modifikati (minħabba d-daqs żgħir tagħhom u l-interazzjonijiet tagħhom ta’ spiss mhux magħrufa), pjanti (per eżempju, pjanti ta’ natura aktar għolja użati għall-ikel u għall-għalf, jew siġar minħabba l-longettività potenzjali tagħhom) u annimali (per eżempju, insetti minħabba d-daqs żgħir tagħhom jew il-potenzjal għoli tagħhom li jissuperaw intoppi; ħut ta’ l-ilma baħar minħabba d-distribuzzjoni potenzjali għolja tagħhom).

    Aktar minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll medda ta’ karatteristiċi ambjentali (sit speċifiku jew reġjun speċifiku) li għandu jkun ikkunsidrat. Bħala sostenn ta’ l-istudju ta’ każ-b’każ, jista’ jkun utili li tkun ikklassifikata l-informazzjoni reġjonali biż-żona ta’ l-abitat, li tirrifletti l-aspetti ta’ l-ambjent riċevitur relevanti għal GMO (per eżempju, l-informazzjoni botanika dwar il-ġrajja fis-seħħ ta’ relattivi ferjali tal-pjanti GMO f’abitat agrikoli jew naturali differenti fl-Ewropa).

    In-notifikatur għandu wkoll jieħu akkont ta’ l-interazzjonijiet potenzjalment ta’ ħsara għall-GMO ma’ xi GMO relevanti li setgħu kienu intenzjonalment rilaxxati jew imqiegħda fis-suq fil-passat, inklużi rilaxxi ripetuti ta’ l-istess GMO, bħal ma hu l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. Rilaxxi ripetuti, kif imqabbla ma rilaxxi okkażjonali, jistgħu fiż-żmien joħolqu livell ta’ sfond għoli ta’ l-GMO li jsir permanenti għall-ambjent.

    Jekk l-informazzjoni ġdida ta’ l-GMO u l-affetti tiegħu fuq is-saħħa umana jew l-ambjent issir disponibbli, l-ERA jista’ jkun jeħtieġ li jkun indirizzat mill-ġdid sabiex:

    - ikun determinat jekk ir-riskju jkunx inbidel,

    - jiddetermina jekk ikunx meħtieġ li tkun emendata l-amministrazzjoni tar-riskju skond kif ikun hemm bżonn.

    Fil-każ ta’ informazzjoni ġdida, irrispettivament minn jekk il-miżuri immedjati jkunux jeħtieġu li jittieħdu, jista’ jkun hemm ERA ġdid biex ikejjel il-ħtieġa ta’ bidla fit-termini ta’ l-awtorizzazzjoni għar-rilaxx ta’ l-GMO jew tat-tqegħid tagħhom fis-suq, jew li tkun aġġustata l-amministrazzjoni tal-miżuri tar-riskju (ara wkoll il-Kapitolu 6). Informazzjoni ġdida tista’ toriġina minn riċerka jew mill-pjani ta’ monitoraġġ, jew mill-esperjenza relevanti minn x’imkien ieħor.

    L-ERA u l-monitoraġġ huma marbuta mil-qrib. L-ERA tipprovdi l-bażi għall-pjani tal-monitoraġġ, li jiffukaw fuq l-effetti ħżiena fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Il-ħtiġiet għal pjanti tal-monitoraġġ għal rilaxx intenzjonat ta’ GMO (il-Parti B bi qbil mal-partijiet relevanti ta’ l-Anness III) u t-tqegħid fis-suq ta’ GMO (il-parti Ċ bi qbil ma’ l-Anness VII) huma differenti. Il-monitoraġġ tal-Parti Ċ, inkluża s-sorveljanza ġenerali, jista’ wkoll ikollu rwol importanti biex jipprovdi l-informazzjoni għal terminu fit-tul, dwar l-effetti potenzjalment ħżiena ta’ GMO. Ir-riżultati tal-monitoraġġ jistgħu jikkonfermaw l-ERA jew jistgħu jwasslu għal ri-valutazzjoni ta’ l-ERA.

    - Prinċipju ġenerali għal ERA huwa wkoll li l-analiżi ta’ l-"effetti kumulattivi ta’ termini fit-tul" relevanti għar-rilaxx u tqegħid fis-suq jista’ jkun imwettaq. "Effetti kumulattivi ta’ termini fit-tul" tfisser l-effetti kumultattivi ta’ l-aċċettazzjoni fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent, inklużi l-flora u l-fawna, l-fertilità tal-ħamrija, id-degradazzjoni tal-materjal organiku, il-katina ta’ ikel/għalf, id-diversità bijoloġika, is-saħħa ta’ l-annimali u r-reżistenza b’relazzjoni ma’ l-antibijotiċi.

    Meta ssir il-konsiderazzjoni tal-potenzjal kumulattiv ta’ l-effett f’termini fit-tul, l-ERA għandu jieħu akkont ta’ suġġetti bħal ma huma:

    - l-interazzjonijiet ta’ termini fit-tul ta’ l-GMO u l-ambjent riċevitur,

    - il-karatteristiċi ta’ GMO li jsiru importanti fuq il-bażi ta’ termini fit-tul,

    - ir-ralaxxi intenzjonati ripetuti jew it-tqegħid fis-suq matul perijodu fit-tul,

    - ir-rilaxx intenzjonat ta’ GMO jew it-tqegħid fis-suq fil-passat.

    Aktar informazzjoni tista tkun meħtieġa fuq l-effetti ta’ termini fit-tul, partikolarment (per eżempju, ir-reżistenzi erbaċidjali multipli) u għandu jkun hemm riċerka adekwata, parzjalment fil-qafas tal-pjani tal-monitoraġġ, li jistgħu jipprovdu informazzjoni importanti għall-assessjar kumuluttiv ta’ l-effetti f’terminu fit-tul. Aktar gwida fuq dan il-punt tista’ tkun rakkomandata.

    4. METODOLOĠIJA

    4.1. Il-karatteristiċi ta’ l-GMO u r-rilaxx

    L-ERA għandu jieħu akkont tad-dettalji tekniċi u xjentifiċi relevanti rigward il-karatteristiċi ta’-:

    - l-organiżmu(i) reċipjenti jew ġenitur,

    - Il-modifika(i) ġenetiċi, li għandhom ikunu inklużi fit-tneħħija tal-materjal ġenetiku, u l-informazzjoni relevanti dwar il-vettur jew id-donatur,

    - l-GMO,

    - ir-rilaxx intiż jew l-użu inkluż fl-iskala tiegħu,

    - il-potenzjal ta’ l-ambjent li jirċievi, u

    - l-interazzjoni bejn dawn.

    L-informazzjoni mir-rilaxxi ta’ organiżmi simili jew organiżmi bi traċċi simili u l-interazzjoni tagħhom ma’ l-ambjenti simili tista’ tkun ta’ għajnuna għall-ERA.

    Qabel ma jsir ir-rilaxx intenzjonalment ta’ GMO jew għaqda ta’ diversi GMO permezz tal-Parti B jew it-tqegħid fis-suq permezz tal-Parti Ċ ta’ din id-Direttiva, notifika li tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi IIIA u IIIB tad-Direttiva (informazzjoni dwar l-GMO, id-donatur, ir-riċevitur, il-vettur, il-kondizzjonijiet tar-rilaxx u l-ambjent, l-interazzjoni bejn l-GMO u l-ambjent u l-monitoraġġ ta’ l-GMO) għandu jkun ippreżentat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ fejn ir-rilaxx jew it-tqegħid fis-suq għandu jseħħ għall-ewwel darba.

    Dawn in-notifiki għandhom ikollhom dossier tekniku ta’ l-informazzjoni li tinkludi ERA sħiħa skond l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva, l-ammont ta’ dettall meħtieġ biex jissostanzja xi punt li jkun jiddependi mill-importanza tagħha fl-ERA. In-notifikaturi għandhom jipprovdu referenzi bibliografiċi u jindikaw il-metodi użati.

    L-informazzjoni dwar ir-reċivitur, id-donatur, il-vettur, il-modifika ġenetika u l-GMO, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mitluba fl-Annessi IIA u IIIB tad-Direttiva, hija indipendenti mill-ambjent li fih sejjer iseħħ l-esperiment ta’ l-GMO bir-rilaxx jew bit-tqegħid fis-suq, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom dan sejjer ikun rilaxxat jew immarkitjat fuq bażi sperimentali. Din l-informazzjoni hija l-bażi għall-identifikazzjoni tal-karatteristiċi potenzjali ta’ ħsara (perikoli potenzjali) ta’ l-GMO. Tagħrif u esperjenza akwistati fir-rilaxxi ta’ l-istess jew GMO simili tista’ tipprovdi informazzjoni importanti dwar il-perikolu potenzjali tar-rilaxx f’dak il-każ.

    L-informazzjoni jew ir-rilaxx intiż, l-ambjent li jirċievi u l-interazzjoni bejn dawn, kif mitlub fl-Annesi IIIA u IIIB tad-Direttiva jirrigwardjaw l-ambjent potenzjali li fih l-GMO ikun rilaxxat, u l-kondizzjonijiet, inkluża l-iskala tar-rilaxx. Din l-informazzjoni għandha tiddetermina l-estent ta’ xi karatteristiċi potenzjalment ta’ ħsara ta’ l-GMO.

    4.2. Passi fl-analiżi ta’ l-ERA

    Fit-tħejjija tal-konklużjonijiet għall-ERA riferiti fl-Artikoli 4, 6, 7 u 13 tad-Direttiva 2001/18/KE, il-punti li ġejjin għandhom ikunu indirizzati bħala l-passi ewlenija fl-ERA.

    +++++ TIFF +++++

    "Periklu" (karatteristika ta’ ħsara) huwa ddefinit bħala l-potenzjal ta’ organiżmu li jikkawża ħsara jew effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent.

    "Riskju" hija l-għaqda tal-kobor tal-konsegwenzi tal-periklu, jekk dan iseħħ, u l-possibbiltà li l-konsegwenzi jseħħu.

    4.2.1. Pass 1: Identifikazzjoni tal-karatteristiċi li jistgħu joħolqu affetti ħżiena

    Xikaratteristċi ta’ l-GMO marbuta mal-modifika ġenetika li tista’ tirriżulta mill-effetti ħżiena fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent għandhom ikunu identifikati. Tqabbil tal-karatteristiċi ta’ l-GMO ma’ dawk ta’ l-organiżmu mhux-modifikat permezz tal-kondizzjonijiet korrispondenti tar-rilaxx jew ta’ l-użu għandhom jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ l-effetti partikolari potenzjalment ħżiena li joriġinaw mill-modifika ġenetika fl-GMO. Huwa importanti li ma jkunux imwarrba xi effetti potenzjalment ħżiena fuq il-bażi li dawn aktarx li ma jseħħux.

    Effetti potenzjalment ħżiena ta’ l-GMO għandhom ivarjaw minn każ għall-każ, u jistgħu jinkludu:

    - mard għall-bnedmin inklużi l-effetti allerġeniċi jew tossiċi,

    - mard għall-annimali u l-pjanti inklużi l-effetti tossiċi, u meta xieraq, l-effetti allerġeniċi,

    - l-effetti fuq id-dinamiċità tal-popolazzjoni ta’ speċi fl-ambjent riċevitur u d-diversità ġenetika ta’ kull waħda minn dawn il-popolazzjonijiet,

    - suxxettiibbiltà mibdula tal-patoġeni li jiffaċilitaw id-disseminazzjoni tal-mard infettuż u/jew il-ħolqien ta’ riservi jew vetturi ġodda,

    - trattamenti kompromettenti profilaktiċi jew medikament terapewtiċi, veterinarji, jew trattamenti tal-protezzjoni tal-pjanti, per eżempju bit-trasferiment tal-ġeni li jikkonferixxu reżistenza għall-antibijotiċi użati fil-mediċina umana jew veterinarja,

    - l-effetti fuq il-biokemistrija (ċikli biokemikali), partikolarment ir-riċiklaġġ tal-karbonju u n-nitroġenu permezz ta’ kambjamenti fid-dikomposizzjoni fil-ħamrija tal-materjal organiku.

    Eżempji ta’ l-effetti t’hawn fuq potenzjalment ta’ ħsara huma mogħtija fl-Annessi IIIA u IIIB tad-Direttiva 2001/18/KE.

    Ħafna mill-perikoli identifikabbli (karatteristiċi ta’ ħsara) li jistgħu joħolqu effetti ta’ ħsara għandhom ikunu relatati mal-ġene jew il-ġeni ta’ l-interess, intenzjonalment introdotti fl-GMO u fil-protein(i) korrispondenti jkunu espressi minn dawn il-ġeni. Effetti addizzjonali ta’ ħsara, per eżempju, l-effetti plejotropiċi, setgħu kienu ġġenerati bħala riżultat tal-metodu użat biex jinħolqu t-transġeni, u l-lokazzjoni tal-kostruzzjoni fil-genome ta’ l-GMO meta t-transġeni kienu ġew imdaħħla. Meta aktar minn transġene wieħed ikun trasferit lejn riċevitur jew meta transġene ikun trasferit fl-GMO, ir-reazzjoni potenzjali tat-transġeni differenti għandha tieħu akkont billi tikkonsidra l-epiġenetika potenzjali jew l-effetti regolatorji.

    Waqt li huwa importanti li jkun iddefinit il-periklu kemm jista’ jkun b’eżattezza, għandu, f’ħafna każi, jkun utili li jkunu kkunsidrati l-perikoli skond l-intestaturi stabbiliti hawn taħt, u mbagħad li jispeċifikaw il-perikolu partikolari identifikat għall-iskop ta’ l-ERA (per eżempju, f’każ speċifiku tal-potenzjal ta’ l-effetti ħżiena fuq is-saħħa umana – l-allerġeniċità u t-tossiġeniċità – kienu identifikati, dawn għandhom ikunu kkunsidrati separatament fl-ERA).

    Jekk perikolu jkun preżenti fl-GMO, ikun dejjem preżenti u jista’ jkun meqjus bħala propjetà inerenti. Il-perikoli jistgħu jagħtu bidu – f’possibbiltà partikolari (il-pass 3) – għal konsegwenzi negattivi u dawn il-konsegwenzi fil-parti tagħhom jistgħu jkollhom ordnijiet differenti fil-magnitudni (il-pass 2). Finalment, il-perikoli individwali għandhomm ikunu miġbura f’sommarju għall-GMO.

    F’dan l-istadju ta’ l-ERA, b’dana kollu, huwa meħtieġ biss li jkunu meqjusa l-perikoli introdotti bħala riżultat tal-modifika ġenetika li tista’ toħloq l-effetti ħżiena. Il-pass 1 jipprovdi għal bażi xjentifika għal dawn il-passi fl-ERA. Anki f’dan l-istadju, huwa kritikali li jkun identifikat, għal kull periklu potenzjali, il-livell speċifiku ta’ l-inċertezza xjentifika hekk li jkun meqjus fi stadju aktar tard.

    Effetti ħziena jistgħu jseħħu direttament jew indirettament permezz tal-mekkaniżni, li jistgħu jinkludu:

    - It-tixrid ta’ l-GMO fl-ambjent

    Il-passaġġi tad-distribuzzjoni juru l-passaġġi potenzjali tad-distribuzzjoni ta’ l-GMO jew tal-perikolu potenzjali fil, u fi ħdan l-ambjent (per eżempju, it-tossiċità umana: it-teħid man-nifs ta’ mikro-organiżmi tossiċi jew tal-proteini tossiċi).

    Il-potenzjal ta’ l-GMO li jixterdu fl-ambjent għandu jiddependi, per eżempju, fuq:

    - il-kwalità bioloġika tagħhom (GMO iddisinjati għall-imġieba aħjar fl-ambjent ta’ l-interess mill-espressjoni ta’ traċċi li jwasslu għal żieda fil-kompetittività fl-ambjenti naturali, jew fit-tibdil kwalitattiv jew kwantitattiv fil-komposizzjoni ta’ l-ingredjenti, jew GMO b’reżistenza għal pressjoni b’selezzjoni naturali bħal ma hu l-mard, jew premura abjotika bħal ma hi s-sħana, il-kesħa, il-melħ, jew il-produzzjoni ta’ sustanza anti-mikrobali fil-mikro-organiżmi),

    - il-kondizzjonijiet tar-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq (partikolarment iż-żona tar-rilaxx u l-iskala, jiġifieri, in-numru ta’ GMO rilaxxati),

    - il-possibbiltà ta’ rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq, jew il-rilaxximenti mhux intenzjonati fl-ambjent (per eżempju, GMO għall-ipproċċesar),

    - passaġġi ta’ tixrid ta’ materjal vijabbli (per eżempju, żrieragħ, spori u oħrajn) bir-riħ, l-ilma, l-annimali, eċċ.,

    - konsiderazzjonijiet ambjentali partikolari (speċifiċi għas-sit jew speċifiċi għar-reġjun): biex jippermettu studju ta’ sit-b’sit jew ta’ reġjun-b’reġjun kif jista’ jkun utili li tkun ikklassifikata l-informazzjoni biż-żona ta’ l-abitat, li tirrifletti l-aspetti ta’ l-ambjent riċevitur relevanti għal GMO (per eżempju, l-informazzjoni botanika dwar il-ġrajja fis-seħħ ta’ relattivi interkambjati ferjali tal-pjanti GMO f’abitat agrikoli jew naturali differenti fl-Ewropa).

    Huwa wkoll importanti li jkun studjat it-tul ta’ żmien li GMO individwali jew ta’ numru ta’ GMO speċifiċi ta’ ċerti speċi jkun ġeneralment pjuttost li jkampa, u l-prontezza li biha dan jista’ jkun iddisseminat u jsir stabbilit f’varjetà ta’ abitat. Konsiderazzjoni teħtieġ li tkun meħuda għall-għamliet riproduttivi, ta’ sopravivenza u rieqda, inklużi, per eżempju:

    - għall-pjanti: il-vijabbiltà tat-trab dakkari, iż-żrieragħ u l-istrutturi veġetali,

    - għall-mikro-organiżmi: il-vijabbiltà ta’ spori f’għamliet sopraviventi, jew tal-potenzjal tal-mikro-organiżmi li jidħlu fi stat vijabbli imma mhux tajjeb għal koltivazzjoni.

    It-tixrid potenzjali ġenerali jista’ jvarja konsiderevolment, jiddependi mill-ispeċi, il-modifika ġenetika u l-ambjent li jirċievi, per eżempju l-koltivazzjoni ta’ pjanti fid-deżert jew il-koltivazzjoni ta’ ħut fil-baħar.

    - It-trasferiment ta’ materjal ġenetiku imdaħħal f’organiżmi oħrajn, jew fl-istess organiżmi sew jekk ġenetikament modifikati u anki jekk le.

    Periklu jista’ jirriżulta f’effetti ħżiena permezz ta’ trasferiment tal-ġeni fi ħdan l-istess speċi jew lejn speċi oħrajn (trasferiment vertikali jew orizzontali tal-ġene). Il-ħeffa u l-medda tat-trasferiment tal-ġene lejn speċi oħrajn (il-kompatibbiltà sesswali tas-soltu fil-każ ta’ organiżmi aktar għoljin) għandha tiddependi, per eżempju, fuq:

    - il-propjetajiet riproduttivi ta’ l-GMO innifsu, inklużi s-sekwenzi modifikati,

    - il-kondizzjonijiet tar-rilaxx, u l-konsiderazzjonijiet ambjentali partikolari bħal ma hija l-klima (per eżempju, ir-riħ),

    - id-differenzi fil-bijoloġija riproduttiva,

    - il-prattiċi agrikoli,

    - id-disponibbilità ta’ sieħba potenzjali ta’ tpartit,

    - il-vetturi tat-trasport u tad-dakkir (per eżempju, insetti jew għasafar, annimali f’aspett ġenerali),

    - id-disponibbilità ta’ parassiti ospitanti.

    Is-seħħ ta’ effetti speċifiċi ta’ ħsara permezz tat-trasferiment ta’ ġene jista’ jkun marbut man-numru ta’ GMO rilaxxati. Għelieqi kbar ta’ pjanti transġeniċi jistgħu jkollhom potenzjal kompletament differenti għat-trasferiment tal-ġene minn għelieqi żgħar, anki fuq bażi proporzjonali. Aktar minn hekk, l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva rigward l-eżistenza tas-sieħba potenzjali ta’ skambju jew dawk li jirċievu (għal pjanti f’distanza relevanti) hija importanti.

    Għal pjanti u annimali ta’ klassi aktar għolja, aktar distinzjonijiet għandhom isiru rigward it-trasferiment possibbli ta’ ġene lejn l-istess, relatati mill-qrib, relatati mill-bogħod u dawk l-ispeċi mhux relatati.

    Fil-każ ta’ mikro-organiżmi, it-trasferiment orizzontali tal-ġene għandu rwol aktar importanti. Ċerti ġeni u materjal ġenetiku jista’ jkun faċilment trasferit bejn organiżmi relatati aktar mill-qrib, per eżempju, permezz ta’ plasmidi jew faġi. Ir-rata tat-tkabbir potenzjalment imħaffef tal-mikro-organiżmi tista’ tiffaċilita t-trasferiment ta’ ġene f’livelli għolja meta mqabbla ma’ organiżmi aktar għolja.

    It-trasferiment ta’ transġeni jista’ jwassal għal popolazzjoni mħallta ta’ GMO jew għal għaqdiet differenti ta’ ġene-pjanti wara ċertu żmien, li mbagħad jista’ jagħti bidu għal disinji komplessi ta’ l-effetti ħżiena f’termini fit-tul. Dawn eventwalment isiru aktar komplessi hekk kif aktar materjal transġeniku jkun trasferit f’popolazzjoni (per eżempju, l-istivar tal-geni).

    F’uħud mill-każi, il-metodu ta’ modifiki ġenetiċi jistgħu jibdlu t-trasferiment potenzjali tal-ġene, bħal ma hu fil-każ ta’ plasmidi mhux-integraturi jew vetturi virali. Il-metodi tal-modifika ġenetika jistgħu wkoll inaqqsu l-potenżjal tat-trasferiment tal-ġene, per eżempju, it-trasformazzjoni kloroplastika.

    It-trasferiment tal-ġene jista’ jirriżulta fil-persistenza tal-materjal ġenetiku kif introdott fil-popolazzjonijiet naturali. Jekk GMO ikollha l-potenzjal għat-trasferiment tal-ġene, dan ma jkunx neċessarjament ifisser riskju intrinsiku, jew xi tibdil fil-kapaċità tas-sopravivenza, li jsir stabbilit jew li joħloq effetti ħżiena. Dan ikun jiddependi mill-materjal ġenetiku inserit, l-ispeċi u l-ambjent li jirċievi, inklużi r-riċevituri potenzjali.

    - Instabbiltà fenotipika jew ġenetika

    Il-medda li għaliha l-(in)stabbiltà ġenetika tista’ twassal għal (in)stabbilità fenotipika u b’hekk tirriżulta f’periklu għandha tkun ikkunsidrata. L-instabbiltà tal-modifika ġenetika tista’ f’ċerti każi tirriżulta fit-treġġiegħ lura ta’ fenotip ta’ tip ferjali. Każi oħrajn għandhom ikunu meqjusa, per eżempju:

    - jekk linja ta’ pjanta transġenika li jkun fiha aktar minn transġene wieħed, tal-proċessi tas-segregazzjoni sussegwenti tista’ tirriżulta f’dawn it-transġeni li jkunu maqsuma fil-proġenja, jista’ jkun hemm pjanti b’anqas transġeni imma bi fenotipi ġodda,

    - jekk il-mutazzjonijiet attenwati jistgħu, minħabba l-instabbiltà (minħabba l-kostruzzjoni tal-mutilità partikolari) jmorru lura lejn il-virulanza,

    - jekk id-duplikazzjoni ta’ transġeni twassal għal silenzju tal-ġeni.

    - jekk in-numri ta’ kopji jkun kbir ħafna,

    - jekk id-dħul mill-ġdid ta’ elementi transposizzjonabbli tirriżulta fi fenotipi ġodda, minħabba l-inattivazzjoni tat-transġene bid-dħul ta’ elementi ġenetiċi mobbli,

    - jekk il-livell ta’ l-espressjoni transġene huwa importanti (per eżempju, espressjoni ferm baxxa ta’ sustanza tossika), l-instabbiltà ġenetika ta’ l-element(i) regolatorji tista’ tirriżulta f’espressjoni ta’ transġene aktar għolja.

    L-instabbilità fenotipika tista’ tirriżulta mill-interazzjoni ma’ l-ambjent matul il-koltivazzjoni, hekk li l-effetti tal-fatturi ambjentali u agronomiċi dwar l-espressjoni ta’ transġeni għandhom ikunu meqjusa fl-ERA.

    Jekk l-espressjoni tat-transġene hija llimitata għal ċertu kompartiment fl-GMO (bħal ma huma l-insiġ taċ-ċelloli ta’ ċertu pjanti), l-instabbiltà tar-regolazzjoni tista’ tirriżulta fl-espressjoni tat-transġene fl-organiżmu kollu kemm hu. F’dan il-kuntest, sinjali regolatorji (bħala promoturi) jilagħbu rwol importanti u għandhom ikunu meqjusa.

    Ukoll l-espressjoni tat-transġene f’ċerti żmien taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-organiżmu u permezz ta’ kondizzjonijiet ambjentali speċifiċi għandhom ikunu meqjusa.

    Infertilità speċifika ta’ transġeni tista’ tkun introdotta fl-GMO hekk li tagħmlu infertili (per eżempju, biex tipprevjeni t-trasferiment u t-tixrid speċifiku ta’ ċerti transġeni). L-instabbiltà tat-transġeni ta’ l-infertilità tista’ tirriżulta fir-reattivazzjoni tal-fertilità tal-pjanta li tippermetti t-tixrid tat-transġeni, li jista’ jkollha effetti ta’ ħsara.

    L-instabbiltà tat-transġene(i) differenti mhux biss fl-GMO primarju imma wkoll fil-proġenju tagħha huwa ta’ importanza partikolarment għall-effetti ta’ terminu fit-tul.

    - Interazzjoni ma’ organiżmi oħrajn (apparti milli l-iskambju ta’ materjal/trab dakkari ġenetiku)

    Interazzjoni possibbli ma’ l-organiżmi l-oħrajn, inklużi l-GMO l-oħrajn, għandhom ikunu studjati bir-reqqa, billi jittieħed akkont tal-komplessività ta’ l-interazzjonijiet multitrofiċi. Interazzjonijiet perikolużi diretti li jistgħu joħolqu effetti ta’ ħsara jistgħu jinkludu:

    - esposizzjoni lill-umani (bħal ma huma l-bdiewa, il-konsumaturi),

    - esposizzjoni ta’ l-annimali,

    - il-kompetizzjoni għal riżorsi naturali bħal ma huma l-ħamrija, iż-żona, l-ilma, id-dawl,

    - it-twarrib ta’ popolazzjonijiet naturali ta’ organiżmi oħrajn,

    - il-forniment ta’ sustanzi tossiċi,

    - l-għamliet differenti tat-tkabbir.

    Ġeneralment, jekk l-addattabiltà bijoloġika hija mtejba mill-modifika ġenetika, l-GMO tista’ tinvadi ambjenti ġodda u tibdel speċi eżitenti. Ta’ spiss is-seħħ ta’ effetti ħżiena speċifiċi jkunu proporzjonalment marbuta ma’ l-iskala tar-rilaxx.

    - Kambjamenti fl-amministrazzjoni, inklużi, meta applikabbli, xi prattiċi agrikoli

    Ir-relevanza tal-kambjamenti fil-proċeduri ta’ l-amministrazzjoni bħala konsegwenza li ma tistax tkun evitata tar-rilaxx intenzjonat ta’ l-GMO għandha tkun studjata fuq il-bażi tal-proċeduri eżistenti. Kambjamenti fl-amministrazzjoni ta’ l-oqsma jistgħu, per eżempju, jirrigwardaw lil:

    - iż-żriegħ, it-tħawwil, it-tkabbir, il-ħsad jew fiż-żmien tat-trasport ta’ l-uċuħ (per eżempju, iż-żriegħ f’għelieqi żgħar jew kbar),

    - rotazzjoni ta’ l-uċuħ (per eżempju, il-koltivazzjoni ta’ l-istess speċi ta’ pjanti għal kull sena jew għal kull raba’ sena),

    - il-kontroll tal-mard u tal-pesti (per eżempju, it-tip u d-doża ta’ l-insettiċida għall-pjanti, jew l-antibijotiċi għall-annimali, jew ta’ miżuri alternattivi),

    - l-amministrazzjoni tar-reżistenza (per eżempju, it-tip u d-doża ta’ erbiċidju għal pjanti tolleranti għall-erbiċidju, jew tibdil fl-użu tal-kontroll bioloġiku permezz ta’ proteini Bt, jew l-impatt tal-mikrobi),

    - l-iżolazzjoni fl-art agrikola u fis-sistemi ta’ l-agrikoltura akwatika (per eżempju, distanzi ta’ l-iżolament fil-koltivazzjoni tal-pjanti jew fil-kwalità ta’ l-iżolazzjoni fi rziezet tal-ħut),

    - il-prattiċi agrikoli (koltivazzjoni ta’ l-GMO u l-koltivazzjoni mhux transġenika, inkluża l-koltivazzjoni organika),

    - l-amministrazzjoni ta’ sistemi mhux-agrikoli (per eżempju d-distanzi ta’ l-iżolament ta’ abitat naturali miż-żoni tat-tħawwil ta’ l-GMO).

    4.2.2. Pass 2: Valwazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali ta’ kull effett ħażin, jekk dan iseħħ

    Il-kobor tal-konsegwenzi ta’ kull effett ħażin potenzjali għandha tkun valutata.

    Apparti milli mill-possibbiltà tal-karatteristiċi potenzjali ta’ ħsara li jseħħu (ara l-Kapitolu 4.2.3, il-pass 3), l-valutazzjoni tal-kobor tal-konsegwenzi hija parti importanti ta’ l-istudju tar-riskju. Il-kobor hija l-medda li għaliha l-konsegwenzi ta’ xi perikoli potenzjali ta’ l-GMO li jkunu intenzjonalment rilaxxati jew imqiegħda fis-suq tkun fil-fatt isseħħ.

    Il-kobor għandha tkun tidher b’relazzjoni mal-linja bażika u li aktarx li tkun influwenzata mill-:

    - kostruzzjoni ġenetika,

    - kull effett ħażin identifikat,

    - in-numri ta’ GMO rilaxxati (skala),

    - l-ambjent li fih l-GMO ikun sejjer jiġi rilaxxat,

    - il-kondizzjonijiet tar-rilaxx, inklużi l-miżuri ta’ kontroll,

    - l-għaqdiet ta’ dawn t’hawn fuq.

    Għal kull effett ħażin identifikat, il-konsegwenzi għal aktar organiżmi, popolazzjonijiet, speċi jew ekosistemi esposti għall-GMO għandhom ikunu valutati. Dan jeħtieġ tagħrif dettaljat ta’ l-ambjent li fih l-GMO għandu jkun irrilaxxat (is-sit, ir-reġjun) u l-metodu tar-rilaxx. Il-konsegwenzi jkunu jvarjaw minn "negliġibbli" jew insinifikanti u ta’ limitu minnhom infushom, sa "għolja" jew sinifikanti, jew billi jkollhom effett ħazin immedjat u serju jew li possibbilment li jwasslu matul terminu fit-tul, għal effetti ħżiena permanenti.

    F’termini kwanitattivi l-kobor għandha, jekk possibbli, tkun espressa bħala "għolja", "moderata", "baxxa" jew "negliġibbli". F’ċerti każi, ma jkunx possibbli li jkun identifikat effett ħażin f’ambjent partikolari. F’każi bħal dawn, ir-riskju assoċċjat ma’ dak l-effett ħażin partikolari jista’ jkun meqjus bħala "negliġibbli" jew insinifikanti.

    Dawn li ġejjin huma ssuġġeriti bħala eżempji llustrattivi u kwalitattivi f’sens ferm wiesa. Mhumiex intiżi li jkunu definittivi jew esklussivi, imma li jagħtu indikazzjoni tal-konsiderazzjonijiet li jittieħdu f’akkont meta jkunu meqjusa l-konsegwenzi:

    - "konsegwenzi ta’ livell għoli" jistgħu jkunu tibdiliet sinifikanti fin-numri ta’ wieħed jew aktar speċi jew organiżmi oħrajn, inklużi speċi fil-perikolu jew benefiċċjarji f’terminu qasir jew twil. Tibdiliet bħal dawn jistgħu jinkludu tnaqqis fil, jew l-eradikazzjoni kompleta ta’ speċi li twassal għal effett negattiv fuq il-funzjonament ta’ l-ekosistema u/jew ta’ l-ekosistemi konnessi l-oħrajn. Tibdil bħal dan aktar li probabbilment ma jkunx riversibbli malajr u xi rkupru ta’ l-ekosistema li jkun seħħ aktarx li jkun bil-mod,

    - "konsegwenzi moderati" jistgħu ikunu tibdiliet sinifikanti fid-densitajiet tal-popolazzjoni ta’ l-organiżmi l-oħrajn, imma mhux tibdil li jista’ jirriżulta fl-eradikazzjoni totali ta’ speċi jew xi effett sinifikanti fuq speċi li huma fil-perikolu jew benefiċċjarji. Tibdiliet transitorji u sostanzjali fil-popolazzjonijiet jistgħu jkunu inklużi jekk aktarx li jkunu riversibbli. Jista’ jkun hemm effetti ta’ terminu fit-tul, basta li ma jkunx hemm effetti negattivi serji dwar il-funzjonar ta’ l-ekosistema,

    - "konsegwenzi ta’ livel baxx" jistgħu jkunu tibdiliet mhux-sinifikanti fid-densitajiet tal-popolazzjoni ta’ l-organiżmi l-oħrajn, li ma jirriżultawx fl-eradikazzjoni totali ta’ xi popolazzjoni jew speċi ta’ l-organiżmi l-oħrajn u li ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq il-funzjonament ta’ l-ekosistema. L-uniċi organiżmi li jistgħu jiġu effettwati jkunu speċi mhux-ipperikolati, speċi mhux benefiċċjarji, f’terminu qasir jew fit-tul,

    - "konsegwenzi negliġibbli" tkun tfisser li l-ebda tibdiliet sinifikanti ma jkunu seħħu fuq il-popolazzjonijiet fl-ambjent jew f’xi ekosistemi.

    L-eżempji ta’ hawn fuq jirriflettu l-effetti ħżiena potenzjali ta’ l-GMO fuq popolazzjonijiet, għalkemm f’ċerti każi, tista’ tkun aktar xierqa li jkunu meqjusa l-effetti possibbli fuq l-organiżmi individwali. Perikolu singolu wieħed jista’ jkollu aktar minn effett ħażin wieħed, u fil-fatt il-kobor ta’ l-effetti ħżiena individwali jistgħu jkunu differenti. L-effetti ħżiena ta’ perikolu singolu wieħed fuq is-saħħa umana, fuq l-agrikoltura u fuq l-abitat naturali jistgħu ivarjaw.

    Il-konsegwenzi potenzjali jistgħu jkunu miġbura b’tali mod hekk li jkopru l-entitajiet ekoloġiċi kollha li jistgħu jiġu effettwati (bħal ma huma speċi, popolazzjonijiet, livelli trofiċi, ekosistemi) inkluż l-effett potenzjali u l-livell ta’ l-inċertezza.

    4.2.3. Pass 3: Valutazzjoni tal-possibbiltà li jseħħ kull wieħed mill-effetti potenzjalment ta’ ħsara kif identifikati

    Fattur ewlieni fl-valutazzjoni tal-possibbiltà jew tal-probabbiltà li l-effetti ħżiena jseħħu hija l-karatteristika ta’ l-ambjent li fih l-GMO huma intiżi li jkunu rilaxxati, u l-manjiera tar-rilaxx.

    Apparti milli l-kobor tal-konsegwenzi tal-perikoli (ara l-Kapitolu 4.2.2, il-pass 2) valutazzjoni tal-possibbiltà li effetti ħżiena jseħħu hija parti importanti oħra fl-istudju tar-riskji. Dan il-pass huwa biex isiru estimi ta’ kif x’aktarx li dawk l-effetti ħżiena attwalment iseħħu. F’uħud mill-każi kemm il-possibbiltà u wkoll il-frekwenza għandhom ikunu indirizzati. Bħal fil-pass 2 (valutazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali ta’ kull effett ħażin jekk dan iseħħ), apparti milli l-perikolu nniffsu, in-numru ta’ GMO, l-ambjent riċevitur u l-kondizzjonijiet tar-rilaxx huma importanti għad-definizzjoni tal-possibbiltà. Il-kondizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi, tal-ħamrija u demografiċi, u t-tipi ta’ flora u fawna fl-ambjent riċevitur potenzjali huma uħud mill-konsiderazzjonijiet importanti.

    Għal kapaċità tas-sopravivenza, għalhekk, huwa xieraq li jkun studjat il-proporzjon ta’ GMO li pjuttost li jibqgħu ħajjin, ’il barra mill-amministrazzjoni tal-miżuri tar-riskji intiżi għar-rilaxx intenzjonat jew għat-tqegħid fis-suq. Meta t-trasferiment ta’ ġene jkun aktarx li jseħħ, in-numru probabbli ta’ avvenimenti bħal dawk jew tal-medda li fiha it-trasferiment ikun iseħħ għandhom ikunu meqjusa. Jekk l-GMO ikollu karatteristiċi patoġeniċi jew tossiċi, il-proporzjoni ta’ l-organiżmi mmirati fl-ambjent li aktar ikun affettwat għandhom ikunu studjati.

    Aktar minn hekk, il-possibbiltà tas-seħħ ta’ effett tkun tiddependi mill-miżuri ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju speċifiku li jista’ jwaqqaf milli dak tar-riskju jseħħ (per eżempju, jekk it-tixrid tat-trab dakkari jkun impossibbli minħabba l-qerda ta’ l-inflorixxenzi).

    Għal kull effett ħażin identifikat, il-possibbilità relattiva tal-konsegwenzi tista’ probabbilment ma tkunx studjata kwantitattivament, imma tista’ tkun espressa f’termini ta’ "għolja", "moderata", "baxxa" jew "negliġibbli".

    L-eżempji ta’ hawn fuq jirriflettu l-effetti ħżiena potenzjali ta’ l-GMO fuq popolazzjonijiet, għalkemm f’ċerti każi, tista’ tkun aktar xierqa li jkunu meqjusa l-effetti possibbli fuq l-organiżmi individwali. Perikolu singolu wieħed jista’ jkollu aktar minn effett ħażin wieħed, hekk li l-possibbiltà ta’ l-effetti ħżiena individwali jistgħu jkunu differenti. L-effetti ħżiena ta’ perikolu singolu wieħed fuq is-saħħa umana, fuq l-agrikoltura u fuq l-abitat naturali jistgħu ivarjaw.

    Il-potenzjali jistgħu jkunu miġbura b’tali mod hekk li jkopru l-entitajiet ekoloġiċi kollha li jistgħu jiġu effettwati (bħal ma huma speċi, popolazzjonijiet, livelli trofiċi, ekosistemi) inklużi l-miżuri rigward l-effett potenzjali u l-livell ta’ l-inċertezza.

    4.2.4. Pass 4: L-estimi tar-riskju imponut b’kull wieħed mill-karatteristiċi identifikati ta’ l-GMO

    Estimi tar-riskji fuq is-saħħa umana jew fuq l-ambjent kif imponuti b’kull waħda mill-karatteristiċi identifikati ta’ l-GMO li jista’ jkollu l-potenzjal li joħloq effetti ħżiena għandhom ikunu magħmula kemm jista’ jkun possibbli, meqjus l-aktar stat avvanzat, billi jkunu miġbura l-possibbilitajiet li jseħħu l-effetti ħżiena u l-kobor tal-konsegwenzi, jekk dan iseħħ.

    Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa fil-passi 2 u 3, estimu tar-riskju ta’ l-effetti ħżiena għandu jkun magħmul għal kull perikolu identifikat fil-pass 1. Għall-darba oħra l-valutazzjoni kwantitattiva aktarx li ma tkunx possibbli. L-valutazzjoni ta’ kull perikolu għandha tqis:

    - il-kobor tal-konsegwenzi ("għolja", "moderati", "baxxi" jew "negliġibbli"),

    - il-possibbiltà ta’ l-effetti ħżiena ("għolja", "moderati", "baxxi" jew "negliġibbli"),

    - jekk perikolu jkollu aktar minn effett ħażin wieħed, il-kobor u l-possibbilità ta’ kull effett ħażin individwali.

    Kull GMO għandu jkun meqjus fuq il-bażi ta’ każ-b’każ. Xi attentat biex ikun kwantifikat dak li ġie deskritt qabel għandu jsir bl-akbar reqqa. Per eżempju, f’każ wieħed ta’ kobor għolja tal-konsegwenzi ta’ l-effett ħażin jista’ jkun magħqud mal-possibbiltà negliġibli li din isseħħ, li tirriżulta f’medda sħiħa minn riskju għoli l-isfel sa riskju baxx. Ir-riżultat ikun jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ u tat-tagħbija ta’ ċerti fatturi min-notifikatur, kollha kemm huma jkunu elenkati kjarament u ġġustifikati kif irreġistrati mill-ERA.

    L-inċertezza ġenerali għal kull riskju identifikat għandha tkun deskritta, possibbilment billi tinkludi dokumentazzjoni li tirrigwardja:

    - is-supposizzjonijiet u l-estrapolazzjonijiet magħmula fil-livelli varji ta’ l-ERA,

    - l-istudji xjentifiċi differenti u l-aspetti,

    - l-inċertezzi,

    - il-limiti magħrufa tal-miżuri mitiganti,

    - il-konklużjonijiet li jistgħu joħorġu minn dik l-informazzjoni.

    Għalkemm l-ERA għandha tkun ibbażata fuq riżultati kwantifikabbli, ikun aktarx li ħafna mir-riżultati ta’ l-ERA ikollhom ikunu kwalitattivi. Imma huwa meħtieġ, kull meta jkun possibbli, li jkun hemm riżultati ta’ l-ERA li huma relattivi (imqabbla ma’ referenza ta’ non-ĠM, per eżempju), anki jekk dawn huma kwalitattivi.

    4.2.5. Pass 5: L-applikazzjoni ta’ l-istrateġiji amministrattivi għar-riskji mir-rilaxx intenzjonat jew tal-marketing ta’ GMO

    L-ERA tista’ tidentifika riskji li jkunu jeħtieġu miżuri għall-amministrazzjoni tagħhom, u strateġija ta’ l-amministrazzjoni tar-riskji għandha tkun iddefinita.

    Qabel ma tkun applikata l-amministrazzjoni tar-riskju, konsiderazzjoni għandha tittieħed, bl-għan tal-prevenzjoni, li jkun immodifikat ir-rilaxx, preferibbilment sa kemm ir-riskju jkun negliġibbli. Per eżempju, elementi ġenetiċi, li jistgħu joħolqu effetti ħżiena jew li ma humiex definiti, għandhom ikunu evitati fil-proċess tal-kostruzzjoni tal-ġene. Jekk dan ma jkunx possibbli, dawn l-elementi ġenetiċi għandhom preferibbilment ikunu mneħħija mill-GMO fi stadju aktar tard, qabel ir-rilaxx intenzjonat tagħhom jew qabel it-tqegħid fis-suq.

    Dawn għandhom ikunu meqjusa fil-passi 1 sa 4. L-amministrazzjoni tar-riskju għandha tikkontrolla riskju identifikat u tkopri l-inċertezzi. Miżuri ta’ salvagward għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tar-riskju u mal-livell ta’ l-inċertezza. Meta l-informazzjoni relevanti tkun disponibbli fi stadju aktar tard, l-amministrazzjoni tar-riskju għandha tkun addattata skond dik l-informazzjoni ġdida.

    Biex ikun imnaqqas ir-riskju b’amministrazzjoni, il-miżuri għandhom kjarament jilħqu dak l-għan. Per eżempju, jekk ikun hemm riskju ta’ ġene tossiku għall-insetti li jkun imdaħħal fi pjanta kkultivata li jkun trasferit lejn speċi ta’ pjanti relatati, miżuri ta’ kontroll xieraq jistgħu jinkludu iżolazzjoni spazjali jew temporali minn dawk l-ispeċi relatati jew forsi li jkun mibdul is-sit tar-rilaxx lejn żona fejn ma jkun hemm l-ebda riskju speċifiku ta’ esposizzjoni (bħal ma huma speċi ta’ pjanti).

    Strateġiji ta’ l-amministrazzjoni jistgħu jinkludu miżuri ta’ l-iżolament f’kull stadju relevanti tat-tqandil u l-użu ta’ l-GMO. Dawn jistgħu jinkludu wkoll medda wiesa ta’ miżuri, inklużi mezzi varji biex tkun iżolata r-riproduzzjoni, l-intoppi fiżiċi jew bioloġiċi, it-tindif tal-makkinarju jew tal-kontenituri f’kuntatt ma’ l-GMO, u simili.

    Proċeduri dettaljati ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju għandhom jiddependu fuq:

    - l-użu ta’ l-GMO (it-tip u l-iskala tar-rilaxx intenzjonat jew tat-tqegħid fis-suq),

    - it-tip ta’ l-GMO (per eżempju, mikro-organiżmi genetikament modifikati, pjanta annwali aktar għolja, ħajja aktar twila tal-pjanta jew ta’ l-annimal, GMO b’modifika singola jew multipla, tip wieħed jew differenti ta’ GMO),

    - it-tip ġenerali ta’ l-abitat (per eżempju, l-istat biokemikali, il-klima, id-disponibbiltà tas-sieħba inter-speċifiċi u t-taħlit interspeċifiku, ċentri ta’ l-oriġini, konnessjoni ma’ l-abitat differenti),

    - it-tip ta’ l-abitat agrikolu (per eżempju, l-agrikoltura, il-foresterija, il-kultura akwatika, iż-żoni rurali, id-daqs tas-siti, in-numru ta’ GMO differenti),

    - it-tip ta’ abitat naturali (per eżempju, l-istat taż-żoni preservati).

    Għandu jkun hemm stqarrija ċara ta’ l-implikazzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju f’termini ta’ l-aġġustamenti meħtieġa għall-esperimenti, il-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, u simili, u t-tnaqqis konsegwenzjali fir-riskju li aktarx li jkun milħuq.

    4.2.6. Pass 6: Id-determinazzjoni tar-riskju globali ta’ l-GMO

    Valutazzjoni tar-riskju ġenerali ta’ l-GMO għandu jkun magħmul billi jittieħed akkont ta’ xi strateġija ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju li jkunu pproponuti.

    Fuq il-bażi tal-pass 4, u, jekk xieraq, il-pass 5, valutazzjoni finali għandha ssir tar-riskju globali, inkluża l-kobor u l-possibbiltà ta’ l-effetti ħżiena ta’ l-GMO, ibbażati fuq l-aggruppar tar-riskji minn kull effett ħażin individwali, inklużi l-effetti kumulattivi minn GMO oħrajn. Din l-valutazzjoni finali għanda tkun espressa f’għamla sommarja tar-riskju globali minn rilaxx intenzjonat jew mit-tqegħid fis-suq, inklużi l-inċertezzi globali.

    5. KONKLUŻJONIJIET TA’ L-IMPATT AMBJENTALI POTENZJALI MIR-RILAXX JEW MIT-TQEGĦID FIS-SUQ TA’ L-GMOs

    Fuq il-bażi ta’ ERA, imwettaq bi qbil mal-prinċipji ġenerali u mal-metodoloġija elenkati fis-sezzjonijiet 3 u 4, informazzjoni dwar il-punti elenkati fis-sezzjonijiet D1 u D2 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE għandha tkun inkluża, kif xieraq, fin-notifiki, bl-għan li tgħin fit-tħejjija tal-konklużjonijiet dwar l-impatt ambjentali potenzjali mir-rilaxx jew mit-tqegħid fis-suq ta’ l-GMOs.

    Żviluppi futuri, speċjalment f’żona mhux tal-pjanti, jistgħu jagħtu aktar gwida dwar l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fin-notifiki.

    6. REVIŻJONI U ADDATTAZZJONI

    6.1. Ir-reviżjoni u l-addattazzjoni ta’ ERA

    ERA m’għandhiex tkun meqjusa bħala statika. Għandha tkun regolarment riveduta u aġġornata jew forsi mibdula biex jittieħed akkont ta’ fatti magħrufa ġodda (bi qbil ma’ l-Artikoli 8 jew 20 tad-Direttiva 2001/18/KE). Xi reviżjonijiet għandhom jikkunsidraw l-effettività, l-effiċjenza u l-eżattezza ta’ ERA u ta’ l-amministrazzjoni ta’ riskju, billi jittieħed akkont ta’ l-informazzjoni tar-riċerka, tar-rilaxxi intenzjonati l-oħrajn u ta’ l-informazzjoni mill-monitoraġġ. Dan għandu jiddependi wkoll fuq il-livell ta’ inċertezza ddeterminat mill-ERA.

    B’segwiment ta’ reviżjonijiet bħal dawn, l-ERA u l-amministrazzjoni ta’ riskju għandhom ikunu adottati jew aġġornati kif xieraq.

    6.2. Ir-reviżjoni u l-addattazzjoni tal-gwida ta’ ERA

    Żviluppi futuri fil-modifiki ġeneriċi jistgħu jagħmlu li jkun meħtieġ li jkun adottat għal progress tekniku Annes II u dawn in-noti ta’ gwida. Aktar differenzi tal-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni għal tipi differenti ta’ GMO, bħal ma huma l-organiżmi ċellulari, il-ħut jew l-insetti, jew għall-użu partikolari ta’ GMO, bħal ma huwa l-iżvilupp ta’ vaċċini, jista’ jkun possibbli la darba jkun hemm esperjenza biżżejjed man-notifiki għar-rilaxx ta’ GMO partikolari fil-Komunità (l-Anness III, ir-raba’ paragrafu).

    Ir-reviżjoni u l-addattazzjoni tal-gwida ta’ ERA għandha wkoll tieħu akkont, meta xieraq, tal-ħtieġa li tkun addattata għall-progress tekniku, u tal-ħtieġa li tkun żviluppata aktar il-gwida bbażata fuq l-esperjenza – meta suffiċjenti – bir-rilaxxi ta’ ċerti GMOs f’ċerti ekosistemi, skond il-kriterja stabbilita fl-Anness V (l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva, kif ukoll ta’ l-esperjenza u l-evidenza xjentifika li tirrigwarda s-sigurtà tas-saħħa umana u ta’ l-ambjent b’konnessjoni mat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti GMOs (l-Artikolu 16(2)).

    [1] It-test fil-korsiv huwa meħud direttament mill-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

    --------------------------------------------------

    Top