Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0371

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE (innotifikata fid-dokument numru C(2002) 1844)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 19/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/371/oj

    32002D0371

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE (innotifikata fid-dokument numru C(2002) 1844)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    Official Journal L 133 , 18/05/2002 P. 0029 - 0041
    CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78
    SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 66 - 78


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta’ 2002

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE

    (innotifikata fid-dokument numru C(2002) 1844).

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/371/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta Komuntarja tista’ tingħata lil prodott li jippossjedi l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib fejn għandhom x’jaqsmu aspetti ambjentali prinċipali.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/200 jistabbilixxi illi l-kriterji speċifiċi ta’ l-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodotti.

    (3) Jipprovdi wkoll illi r-rivista tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll il-ħtiġiet ta’ l-istima u l-verifika li għandhom x’jaqsmu mal-kriterji, għandhom isiru fiż-żmien mistħoqq qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti. Din ir-rivista tirriżulta fi proposta għall-prolongazzjoni, l-irtirar jew ir-reviżjoni.

    (4) Huwa xieraq li jiġu riveduti l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/178/KE tas-17 ta’ Frar 1999 li tistabbilixi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti mill-Komunità ta’ l-eko-tikketta lill-prodotti tessili [2] sabiex jirriflettu l-iżviluppi fis-suq. Fl-istess waqt, il-perjodu taż-żmien tal-validità ta’ din id-Deċiżjoni kif imtawwal bid-deċiżjoni 2001/831/KE [3] għandu jiġi mmodifikat.

    (5) Għandha tiġi adottata Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ekoloġiċi għal dan il-grupp ta’ prodotti, li jridu jkunu validi għal perjodu taż-żmien ta’ ħames snin.

    (6) Huwa xieraq illi, għal perjodu limitat taż-żmien ta’ mhux iktar minn 12-il xahar, ikunu validi fl-istess żmien kemm il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni u kemm il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/178/KE, sabiex jippermettu żmien biżżejjed lill-kumpaniji, li jkunu ġew mogħtija jew li jkunu applikaw għall-għotja ta’ l-eko-tikketta għall-prodotti tagħhom qabel id-data minn meta bdiet tiġi applikata din id-Deċiżjoni li jaddattaw dawn il-prodotti sabiex jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda.

    (7) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma msejsa fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppat mill-Bord ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Għoti ta’ L-Eko-tikketti stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

    (8) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat istitwiti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1980/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Sabiex tiġi mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-prodotti tessili jridu jidħlu fil-grupp ta’ prodotti "prodotti tessili" kif iddefinit fl-Artikolu 2, u jridu jikkonformaw mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-grupp ta’ prodotti "prodotti tessili" għandu jikkomprendi:

    Il-ħwejjeġ ta’ l-ilbies u l-aċċessorji tat-tessut: il-ħwejjeġ ta’ l-ilbies u l-aċċessorji (bħalma huma l-imkatar, ix-xalpi, l-boroż, il-boroż tax-xiri, l-barżakki tad-dahar, iċ-ċintorini, eċċ.) li jkun fihom mill-inqas 9 % fibri tessili skond il-piżi;

    It-tessuti għal ġewwa: il-prodotti tessili għall-użu fuq ġewwa li jikkonsistu f’mill-inqas 90 % fibri tat-tessuti fil-piż. Huma esklużi l-kisi tal-ħitan u ta’ l-art;

    Il-fibri, l-ħjut u d-drapp: maħsubha għall-użu fil-ħwejjeġ ta’ l-ilbies u l-aċċessorji tat-tessut jew għat-tessuti ta’ ġewwa.

    Rigward il-"ħwejjeġ ta’ l-ilbies u l-aċċessorji" u għat-"tessuti ta’ ġewwa": ma hemmx għalfejn jitqiesu r-rix irqiq, ir-rix, il-membrani, u l-kisjiet għall-kalkolu tal-perċentwal tal-fibri tessili.

    Artikolu 3

    Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti "prodotti tessili" għandu jkun "016".

    Artikolu 4

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1990/178/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u l-kriterji speċifiċi ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Mejju 2003."

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2002 sal-31 ta’ Mejju 2007.

    Il-produtturi tal-prodotti li jidħlu fil-grupp tal-prodotti "prodotti tessili" li jkunu diġà ġew mogħtija l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Ġunju 2002 jistgħu jissoktaw jużaw it-tikketta sal-31 ta’ Mejju 2003.

    Il-produtturi tal-prodotti li jidħlu fil-grupp tal-prodotti "prodotti tessili" li jkunu diġà applikaw sabiex jingħataw l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Ġunju 2002 jistgħu jiġu mogħtija l-eko-tikketta skond il-kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/178/KE sal-31 ta’ Meju 2003.

    Mill-1 ta’ Ġunju 2002, l-applikazzjonijiet il-ġodda sabiex tingħata l-eko-tikketta għall-grupp tal-prodotti "prodotti tessili" għandhom jissodisfaw il-kriterji ddikjarati f’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Mejju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, pġ. 1.

    [2] ĠU L 57, tal-5.3.1999, pġ. 21.

    [3] ĠU L 31, tat-28.11.2001, pġ. 29.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-QAFAS

    Il-miri tal-kriterji

    Dawn il-kiterji jimmiraw b’mod partikolari li jippromwovu t-tnaqqis tat-tniġġiż ta’ l-ilma li għandu x’jaqsam mal-proċessi ċavetta matul il-katina kollha tal-fabbrikazzjoni tat-tessuti, inklużi l-produzzjoni tal-fibri, l-għażla, l-insiġ, ix-xogħol tal-labar, l-għoti tal-kulur taż-żebgħa u l-irfinatura.

    Il-kriterji huma ffissati fil-livelli li jippromwovu t-tikkettjar tal-prodotti tessili li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx.

    Il-ħtiġiet ta’ l-istima u l-verifika

    Il-ħtiġiet spċifiċi ta’ l-istima u l-verifika huma indikati f’kull wieħed mill-kriterji.

    Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti ta’ l-analiżi tat-testijiet, jew kull xhieda sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, eċċetera, kif xieraq.

    Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi oħra għajr dawk indikati għal kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti li jistma l-applikazzjoni.

    L-unità funzjonali, li magħha għandhom ikollhom x’jaqsmu l-inputs u l-outputs, hija ta’ 1 kg tal-prodott tessili fil-kondizzjonijiet normali (65 % RH ± 2 % u 20 °C ± 2 °C; dawn il-kundizzjonijiet tan-normi huma speċifikati fl-ISO 139 "It-tessuti – l-atmosferi standard għall-kondizzjonament u t-testijiet").

    Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    Il-Korpi Kompetenti huma rakkmandati li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi magħrufin tal-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS, (l-Iskema għall-Eko-Ġestjoni u l-Verifika) jew l-ISO 14001, meta jistmaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw it-tħaris tal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawn l-iskemi ta’ ġestjoni).

    IL-KRITERJI

    Il-kriterji huma mqassma fi tliet kategoriji ewliena, li jirrigwardaw il-fibri tessili, il-proċessi u l-kimiċi u kemm jixirqu għall-użu.

    IL-KRITERJI TAL-FIBRA TESSILII

    Il-kriterji speċifiċi għall-fibri huma fissati f’din it-taqsima għall-fibri ta’ l-akrilik, tal-qoton u ta’ żrieragħ oħra ċellulosi. L-elastene, il-kittien u fibri oħra tat-tilju, is-suf bil-grass u fibri oħra tal-keratin, fibri ċellulosi magħmula mill-bniedem, il-poli-amid, il-poliester u l-polipropilene. Il-fibri l-oħra li ma għandhomx il-kriterji speċifiċi għall-fibra huma permessi wkoll, bl-eċċezzjoni tal-fibri minerali, il-fibri tal-ħġieġ, il-fibri tal-karbonju u fibri oħra inorganiċi.

    Iżda m’hemmx għalfejn jintlaħqu l-kriterji fissati f’din it-taqsima għal tip mogħti ta’ fibri jekk il-fibra tikkontribwixxi għal mill-inqas 5 % tal-piż totali tal-fibri tessili fil-prodott. Bl-istess mod, m’hemmx għalfejn jintlaħqu jekk il-fibri jkunu ta’ oriġini riċiklat. F’dan il-kuntest, il-fibri riċiklati huma definiti bħala fibri li joriġinaw biss mill-ixtur tal-fabbrikanti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ ta’ l-ilbies jew mill-iskart imħolli mill-konsumaturi (tat-tessut jew xorta oħra). Madankollu, mill-inqas 85 % fil-piż tal-fibri kollha fil-prodott iridu jkunu jew jikkonformaw mal-kriterji tal-kriterji speċifiċi għall-fibri korrispondenti, jekk ikun hemm minnhom, jew ta’ oriġini riċiklata.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jforni tagħrif iddokumentat dwar il-kompożizzjoni tal-prodott tessili.

    1. L-Akrilik

    (a) Il-kontenut tal-akrilonitril li jifdal fil-fibri m’humiex maħduma li jħalli l-impjant tal-produzzjoni tal-fibri għandu jkun inqas minn 1,5 mg/kg.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: l-estrazzjoni bl-ilma jagħli u l-kwantifikazzjoni bil-kromatografija kapillarja tal-gass likwidu.

    (b) L-emissjonijiet fl-arja ta’ l-akrilonitrit (matul il-polimerizzazzjoni u sakemm l-emissjoni tkun lesta għat-tidwir) espressi bħala l-medju annwali, għandhom ikunu mill-inqas 1 g/kg tal-fibri prodotti.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    2. Il-qoton u l-fibri ta’ żrieragħ oħra ċellulosi naturali (inkluż il-kapok)

    Il-Qoton u l-fibri l-oħra taż-żrieragħ ċellulosi naturali (minn issa ’l quddiem riferiti bħala qoton) m’għandux ikun fihom aktar min 0,05 ppm (sakemm tippermetti s-sensibbiltà tal-metodu tat-test) għal kull waħda mis-sustanzi li ġejjin: l-aldrin, il-kaptafol, il-klordane, id-DDT, id-dijeldrin, l-endrin, l-eptakloru, l-eksakloro denżene, l-eksakloroċikloeksan (l-isomeri totali), it-2,3,5-T, il-klordimeform, il-klorobenżilat, id-dinoseb u l-imluħ tiegħu, il-monokrotofos, il-pentklorofenor, it-toksafene, il-metamidofos, il-metilperazjon, il-parazjon, il-fosfamidon.

    Din il-ħtieġa ma tapplikax meta iktar minn 50 % tal-kontenut tal-qoton ikun oriġinarjament qoton imkabbar jew qoton transitorju, jiġifieri ċertifikat minn organizzazzjoni indipendenti li jkun ġie prodott f’konformità mal-ħtiġiet tal-produzzjoni u l-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha dwar il-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1].

    Din il-ħtieġa ma tapplikax jekk tkun tista’ tiġi ppreżentata xhieda dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-bdiewa li jipproduċu mil-anqas 75 % tal-qoton użat fil-prodott finali, flimkien ma’ dikjarazzjoni mingħand dawn il-bdiewa illi s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx applikati fl-għelieqi jew fl-impjanti tal-qoton li jipproduċu l-qoton fil-kwistjoni, jew għall-qoton inifsu.

    Meta 100 % tal-qoton ikun organiku, jiġifieri ċertifikat minn organizzazzjoni indipendenti li jkun ġie prodott f’konformità mal-ħtiġiet tal-produzzjoni u l-ispezzjon stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 l-applikant jista’ jqiegħed l-isem ta’ "qoton organiku" maġenb l-eko-tikketta.

    L-applikant għandu jew jipprovdi prova taċ-ċertifikazzjoni orgnika jew dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam man-nuqqas ta’ l-użu mill-bdiewa jew tar-rapport ta’ test, li juża l-metodi tat-testijiet li ġejjin: skond kif xieraq, il-US EPA 8081 (tal-pestiċidi ta’ l-organo-klorin, bl-estrazzjoni ultrasoika jew Soxhlet u s-solventi apolari (l-iso-ottane jew l-eksane)), il-8151 A (l-erbiċidi kklorinati, bl-użu tal-metanol), il-8184 A (il-komposti ta’ l-organofosfru) jew il-8270 C (il-komposti organiċi semi-volatili).

    3. L-Elastane

    (a) Ma għandhomx jintużaw komposti ta’ l-organotin.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    (b) L-emissjonijiet fl-arja tad-di-isoċjanati aromatiċi matul il-polimerizzazzjoni u t-tidwir, espressi bħala medju annwali, għandhom ikunu ta’ inqas minn 5 mg/kg tal-fibri prodotti.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    4. Il-kittien u fibri oħra tat-tilju (inklużi l-qanneb, il-ġuta u r-ramie)

    Il-kittien u fibri oħra tat-tilju ma għandhomx jinkisbu bit-trattib ta’ l-ilma, għajr jekk l-ilma ta’ l-iskart mit-trattib ta’ l-ilma jiġi ttrattat hekk li jitnaqqsu l-COD jew it-TOC b’mill-inqas 75 % għall-fibri tal-qanneb u b’mill-inqas 95 % għall-kittien u l-fibri l-oħra tat-tilju.

    L-istima u l-verifika:

    Jekk jintuża t-trattib bl-ilma, l-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 6060 (COD).

    5. Is-suf bil-grass u fibri oħra tal-keratin (inkluż is-suf min-nagħaġ, mill-iġmla, mill-alpakka, mill-mogħoż)

    (a) Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu 0,5 ppm: y-eksaklorċikloeksane (il-lindane), a-eksakloroċikloeksane, β-eksakloroċikloeksane, δ- eksakloroċikloeksane, l-aldrin, id-dijeldrin, l-endrin, il-p,p’-DDT, il-p,p’-DDD.

    (b) Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu t-2 ppm: id-dijażinon, il-propetamfos, il-klorfenvinfos, id-dikklofenzjon, il-klorpirifos, il-fenċlorfos.

    (ċ) Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 ppm: iċ-ċipermetrin, id-deltametrin, il-fenvalerate, iċ-ċijalotrin, il-flumetrin.

    (d) Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu t-2 ppm: id-diflubenżuron, it-triflumuron.

    Dawn il-ħtiġiet (kif dettaljati fil-(a), il-(b), iċ-(ċ) u d-(d) huma meħuda separatament) ma japplikawx jekk tkun tista’ tiġi ppreżentata xhieda dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-bdiewa li jipproduċu mill-inqas 75 % tas-suf u tal-fibri tal-keratin fil-kwistjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni mingħand dawn il-bdiewa illi s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx applikati fl-għelieqi jew fl-annimali interessati.

    L-istima u l-verifika għall-(a), il-(b), iċ-(ċ) u d-(d):

    L-applikant għandu jew jipprovdi d-dokumentazzjoni indikata hawn fuq jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-Abbozz tal-Metodu tat-Test Nru 59 ta’ l-IWTO.

    (e) Biex jingħorok l-effluwent skarigat fid-drenaġġ, il-COD skarigat fid-drenaġġ ma għandux jaqbeż is-60 g/kg tas-suf bil-grass, u l-effluwent għandu jiġi trattat ‘il barra mis-sit sabiex li jinkiseb tnaqqis ta’ 75 % oħra tal-kontenut tal-COD, espress bħala medju annwali.

    Sabiex jingħorok l-effluwent ittrattat fuq is-sit u skarigat fl-ilma tal-wiċċ, il-COD skarigat fl-ilma tal-wiċċ ma għandux jaqbeż il-5 g/kg tas-suf bil-grass. Il-pH ta’ l-effluwent skarigat fl-ilma tal-wiċċ għandu jkun ta’ bejn is-6 u d-9 (għajr jekk il-pH ta’ l-ilma riċevitur ikun ’il barra minn din il-firxa), u t-temperatura għandha tkun taħt il-40 °C (għajr jekk it-temperatura ta’ l-ilma riċevitru tkun ogħla minn dan il-valur).

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti u rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 6060.

    6. Il-fibri taċ-ċellulosi magħmulha mill-bniedem (inklużi l-viskużi, il-lijoċelli, l-aċetati, dawk li fihom ir-ram, u t-trijaċetati)

    (a) Il-livell ta’ l-AOX fil-fibri ma għandux jaqbeż il-250 ppm.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 11480.97 (il-kombusatjoni u l-mikrokulometrija kontrollati).

    (b) Rigward il-fibri viskużi, il-kontenut tal-kubrit ta’ l-emissjonijiet tal-komposti tal-kubrit fl-arja mill-proċessar matul il-produzzjoni tal-fibri, espress bħala medju annwali, ma għandux jaqbeż il-120 g/kg tal-fibri filamenti prodotti u t-30 g/kg tal-fibri prinċipali prodotti. Meta jiġu prodotti ż-żewġ tipi ta’ fibri fuq sit mogħti, l-emissjonijiet ġenerali ma jridux jaqbżu l-medju ppeżat korrispondenti.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    (ċ) Rigward il-fibri viskużi, l-emissjoni taż-żingu fl-ilma minħabba s-sit tal-produzzjoni, espressa bħala l-medju annwali, m’għandhiex taqbeż iż-0,3 g/kg.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    (d) Rigward il-fibri li jkun fihom ir-ram, il-kontenut tar-ram ta’ l-ilma effluwenti li jħalli s-sit, espress bħla medju annwali, ma għandux jaqbeż iż-0,1 ppm.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    7. Il-Poli-amid

    L-emissjonijiet fl-arja tan-N20 matul il-produzzjoni tal-monomeru, espressi bħala l-medju annwali, m’għandhomx jaqbżu l-10 g/kg tal-fibra tal-poli-amid 6 prodotti u l-50 g/kg tal-poli-amid 6,6 prodotti.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    8. Il-Polijester

    (a) L-ammont ta’ l-antimonju fil-fibri tal-poli-esteri m’għandux jaqbeż il-250 ppm. Meta ma jintuża l-ebda antimonju, l-applikant jista’ jiddikjara "ħieles mill-antimonju" (jew test ekwivalenti) maġenb l-eko-tikketta.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: kif jiġi stabbilit direttament bl-Ispettrometrija Atomika ta’ l-Assorbiment. It-test għandu jitwettaq fuq il-fibra mhux maħduma qabel il-proċessar bit-tixrib.

    (a) L-emissjonijiet fl-arja tal-KOPijiet matul il-polimerizzazzjoni tal-polijester, espressi bħala medju annwali, m’għandhomx jaqbżu l-1,2 tar-reżina tal-polijester prodotta. (Il-KOPijiet huma kull kompost organiku li jkollu f’293,15 K pressa tal-fwar ta’ 0,01 kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kundizzonijiet partikolari ta’ l-użu.)

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u/jew ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    9. Il-Polipropilene

    M’għandhomx jintużaw pigmenti msejsa fuq ir-ram.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    IL-KRITERJI TAL-PROĊESSI U TAL-KIMIĊI

    Il-kriterji għal din it-taqsima japplikaw, meta xieraq, għall-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prodott, inkluża l-produzzjoni tal-fibri. Huwa madankollu aċċettat illi l-fibri riċiklati jista’ jkun fihom xi wħud miż-żebgħa jew sustanzi oħra esklużi b’dawn il-kriterji, imma biss jekk ikunu ġew applikati fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ qabel tal-fibri.

    10. L-awżiljarji u l-aġenti tal-finitura għall-fibri u l-ħjut.

    (a) Id-Daqs: Mill-inqas 95 % (skond il-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponent ta’ kull tħejjija ta’ l-għoti tad-daqs applikata għall-ħjut għandhom ikunu jistgħu jibbijodegradaw biżżejjed jew li jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti tat-trattament ta’ l-ilma ta’ l-iskart, jew inkella jiġu riċiklati.

    L-istima u l-verifika:

    F’dan il-kuntest, sustanza titqies bħala "bijo-degradabbli jew eliminata suffiċjentement":

    - jekk meta ttestjat b’wieħed mill-metodi tat-testijiet OECD 301 A, OECD 301 E, ISO 7827, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, jew ISO 9888 juri perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-inqas 70 % fi żmien 28 jum,

    - jew jekk ittestjat b’wieħed mill-metodi OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 302 C, OECD 301 D, ISO 10707, OECD 301 F, ISO 9408, ISO 10708 jew ISO 14593 juri perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-inqas 60 % fi żmien 28 jum,

    - jew jekk ittestjat b’wieħed mill-metodi OECD 303 jew ISO 11733 juri perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-inqas 80 % fi żmien 28 jum,

    - jew, għas-sustanzi li għalihom dawn il-metodi tat-testijiet ma japplikawx, jekk tiġi ppreżentata xhieda ta’ livell ekwivalenti ta’ bijo-degradazzjoni jew eliminazzjoni.

    L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa, folji ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà, rapporti tat-testijiet u/jew dikjarazzjonijiet, li jindikaw illi l-metodi tat-testijiet u r-riżultati kif hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għat-tħejjijet kollha ta’ l-għoti tad-daqs.

    (b) L-addittivi tas-soluzzjoni ta’ l-għażil, l-addittivi ta’ l-għażil u l-aġenti tat-tħejjijiet għall-għażil primarju (inklużi ż-żjut ta’ l-imxit tas-suf, l-finituri bil-brim u l-lubrikanti): Mill-inqas 90 % tal-piż niexef tas-sustanzi tal-komponent għandhom ikunu jistgħu jiġu bbijodegradati biżżejjed jew eliminati fl-impjanti tat-trattament ta’ l-ilma ta’ l-iskart.

    Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-aġenti tat-tħejjijiet għall-għażil sekondarju (l-lubrikanti tal-brim, l-aġenti tal-kondizzjonament), iż-żjut li jagħtu l-għamla ta’ konu, iż-żjut tal-barma u t-tgħawwiġ, tipi tax-xama’, iż-żjut tax-xogħol bil-labar, iż-żjut silikoni u s-sustanzi inorganiċi.

    L-istima u l-verifika:

    "Li jistgħu jiġu bbijoddegradati biżżejjed jew li jistgħu jiġu eliminati" hija kif iddefinit fil-parti (a) ta’ hawn fuq. L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà, ir-rapporti tat-testijiet u/jew id-dikjarazzjonijiet, li jindikaw illi l-metodi tat-testijiet u r-riżultati kif jidhru hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għal dawn l-addittivi jew aġenti ta’ l-addittivi kollha użati.

    (ċ) il-kontenut ta’ l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi (IAP) fil-propozjon taż-żejt minerali ta’ prodott għandu jkun inqas minn 1,0 % fil-piż.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà, il-folji tat-tagħrif dwar il-prodott jew id-dikjarazzjonijiet li jindikaw jew il-kontenut ta’ l-idro-karboni aromatiċi poliċikliċi jew in-nuqqas ta’ l-użu tal-prodotti li jkun fihom iż-żjut minerali.

    11. Il-prodotti bijoċidali u bijostatiċi

    (a) Il-klorofenoli (l-imluħ u l-esteri tagħhom), il-komposti tal-PCB u ta’ l-orgatin m’għandhomx jintużaw matul it-trasport jew il-ħażna tal-prodotti u tal-prodotti nofshom iffabbrikati.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ l-użu ta’ dawn is-sustanzi jew komposti fuq il-ħajt, id-drapp u l-prodott finali. Jekk din id-dikjarazzjoni tkun bla ħsara għall-verifika, għandhom jintużaw il-metodu tat-test u l-għatba li ġejjin: l-estrazzjoni kif xierqa, id-derivatizzazzjoni bl-anidrid aċetiku, l-istabbilizzazzjoni bil-kromatografija kapillari tal-gass likwidu u bil-kxif tal-qabda ta’ l-elettronu, il-valur tal-limitu 0,05 ppm.

    (b) il-prodotti bijoċidali u bijostatiċi m’għandhomx jiġu applikati għall-prodotti sabiex ikunu attivi waqt il-fażi ta’ l-użu.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    12. It-tqaxxir jew it-tneħħija tal-pigmenti

    M’għandhomx jintużaw l-imluħ tal-metalli tqal (għajr għall-ħadid) jew il-formadeid għat-tqaxxir jew it-tneħħija tal-pigment.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    13. L-għoti tal-peżatura

    M’għandhomx jintużaw il-komposti taċ-ċerju fil-għoti tal-peżatura lill-ħjut u d-drapp.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    14. Il-kimiċi awżiljarji

    Ma għandhomx jintużaw l-alkilfenoletossilati (APEOs), is-sulfonati lineari ta’ l-alkilbenżene (LAS), il-bis(alkil tax-xaħam ta’ dam idroġenat) klorur ta’ l-ammonju dimetil (DTDMAC), il-klorur ta’ l-ammonju dimetil distearil (DSDMAC), id-di(xaħam ta’ dam imwebbes) klorur ta’ l-ammonju dimetil (DHTDMAC), id-dijamin ta’ l-etilene tetra aċetat (EDTA), u t-tijamin tad-dietilene penta aċetat (DTPA) u m’għandhom jagħmlu parti minn ebda tħejjija jew formolazzjoni wżati.

    L-istima u l-verifika:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    15. Id-deterġenti r-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw

    Fuq kull sit tal-proċessar imxarrab, mill-inqas 95 % tad-deterġenti skond il-piż, mill-inqas 95 % tar-rattaba tad-drapp skond il-piż u mill-inqas 95 % ta’ l-aġenti li jikkumplessaw skond il-piżijiet użati għandhom ikunu jistgħu jiġu ddegradati biżżejjed jew eliminati fl-impjanti tat-trattament ta’ l-ilma ta’ l-iskart.

    L-istima u l-verifika:

    "Li jistgħu jiġu ddegradati biżżejjed jew eliminati" hija ddefinita hawn fuq fil-kriterju li għandu x’jaqsam ma’ l-aġenti awżiljarji u tal-finitura għall-ħjut u l-fibri. L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà, ir-rapporti tat-testijiet u/jew id-dikjarazzjonijiet, li jindikaw illi l-metodi tat-testijiet u r-riżultati kif hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għad-detrġenti, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw kollha wżati.

    16. L-aġenti tal-bliċjar

    B’mod ġenerali, l-emissjonijiet ta’ l-AOX fl-effluwent tal-bliċjar għandu jkun inqas minn 40 mg Cl/kg. Fil-każijiet li ġejjin, il-livell għandu jkun inqas minn 100 mg Cl/kg:

    - l-għażel u l-fibri tat-tilju,

    - il-qoton, li jkollu grad ta’ polimerizzazzjoni taħt il-1800, u li jkun maħsub għall- prodotti bojod aħħarin.

    Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-produzzjoni tal-fibri ċellulosi magħmulha mill-bniedem.

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu ta’ l-aġenti tal-bliċjar ikklorinat jew jipprovdi rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 9562 jew il-prEN 1485.

    17. L-impuritajiet fiż-żebgħa

    Il-livelli ta’ l-impuritajiet ijoniċi fiż-żebgħa użata m’għandhomx jaqbżu dan li ġej: Il-Ag 100 ppm; il-As 50 ppm; il-Ba 100 ppm; il-Cd 20 ppm; il-Co 500 ppm; il-Cr 100 ppm; il-Cu 250 ppm; il-Fe 2500 ppm; il-Hg 4 ppm; il-Mn 1000 ppm; in-Ni 200 ppm; il-Pb 100 ppm; is-Se 20 ppm; is-Sb 50 ppm; is-Sn 250 ppm; Iż-Zn 1500 ppm.

    Kull metall li jkun inkluż bħala parti integrali mill-molekula taż-żebgħa (p.e. iż-żebgħa tal-metalli komplessi, ċerta żebgħa reattiva, eċċ) m’għandux jiġi kkunsidrat meta tiġi stmata l-konformità ma’ dawn il-valuri, li għandhom x’jaqsmu biss ma’ l-impuritajiet.

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

    18. L-impuritajiet fil-pigmenti

    Il-livelli ta’ l-impuritajiet ijoniċi għall-pigmenti użati m’għandhomx jaqbżu dan li ġej: Il-As 50 ppm; il-Ba 100 ppm, il-Cd 50 ppm; l-Cr 100 ppm; il-Hg 25 ppm; il-Pb 100 ppm; is-Se 100 ppm; is- Sb 250 ppm; Iż-Zn 1000 ppm

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

    19. Iż-żebgħa mordanti tal-kromju

    M’hix permessa ż-żebgħa mordanti tal-kromju.

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    20. Iż-żebgħa tal-komplessi tal-metalli

    Jekk tintuża żebgħa tal-komplessi metalliċi bbażata fuq ir-ram, il-kromju jew in-nijkil:

    (a) fil-każ taż-żebgħa ċellulosi, meta ż-żebgħa tal-komplessi metalliċi tkun parti mir-riċetta taż-żebgħa, għandhom jiġu skarigati għat-trattament ta’ l-iskart (sewwa jekk fuq is-sit u sewwa jekk ’il barra minnu) inqas minn 20 % ta’ kull waħda minn din iż-żebgħa tal-kumplessi metalliċi applikata.

    Fil-każ tal-proċessi l-oħra kollha taż-żebgħa, meta ż-żebgħa tal-komplessi tal-metalli tagħmel parti mir-riċetta taż-żebgħa, għandhom jiġu skarigati għat-trattament ta’ l-iskart (sewwa jekk fuq is-sit u sewwa jekk ’il barra minnu) inqas minn 7 % ta’ kull waħda minn din iż-żebgħa tal-kumplessi metalliċi applikata (l-input għall-proċess).

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodi tat-testijiet li ġejjin: L-ISO 8288 għall-Cu, Ni; l-ISO 9174 jew il-prEN 1233 għall-Cr.

    (b) l-emissjonijiet għall-ilma wara t-trattament m’għandhomx jaqbżu: il-75 mg/kg ta’ Cr (fibra, ħajt jew drapp); il-50 mg/kg ta’ Cr; il-75 mg/kg ta’ Ni,

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodi tat-testijiet li ġejjin: L-ISO 8288 għall-Cu, Ni; l-ISO 9174 jew il-prEN 1233 għall-Cr.

    21. Iż-żebgħa ażo

    (a) Ma għandha tintuża l-ebda żebgħa azo li tista’ teħel ma’ wieħed mill-amini aromatiċi li ġejjin:

    il-4-aminodifenil | (92-67-1) |

    Benżidin | (92-87-5) |

    il-4-kloro-o-tilwidin | (95-69-2) |

    2-naftilamin | (91-59-8) |

    l-o-amino-ażotolwene | (97-56-3) |

    it—amino-4-nitrotolwene | (99-55-8) |

    il-kloroanilin | (106-47-8) |

    it-2,4-dijaminosol | (615-05-4) |

    il-4,4-dijaminodifenilmetane | (101-77-9) |

    it-3,3’ -diklorobenżidin | (91-94-1) |

    it-3,3’-dimetossibenżidin | (119-90-4) |

    it-3,3i-dimetilbenżidin | (119-93-7) |

    it-3,3’-dimetil-4,4’ -dijaminofenilmetane | (838-88-0) |

    il-p-kresidin | (120-71-8) |

    il-4,4’-metilin-bis-(2-kloranilin) | (101-14-4) |

    il-4,4’-ossidijanilin | (101-80-4) |

    il-4,4’-tijodijanilin | (139-65-1) |

    il-o-tolwidin | (95-53-4) |

    it-2,4-dijaminotolwene | (95-80-7) |

    it-2,4,5-trimetilanilin | (137-17-7) |

    il-4-amonoażobenżene | (60-09-3) |

    il-o-anisidin | (90-04-0) |

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa. Jekk din id-dikjarazzjoni tkun bla ħsara għall-verifika, għandhom jintużaw il-metodu tat-test u l-għatba li ġejjin: Il-metodu Ġermaniż B-82.02 jew il-metodu Franċiż XP G 08-014, bil-għatba ta’ 30 ppm. (Nota: jistgħu jkunu possibbli l-pożittivi foloz rigward il-preżenza ta’ l-4-aminoażobenżene, u għalhekk hija rrakkommandata l-konferma).

    22. Iż-żebgħa li hija karċinoġenika, mutaġenika jew tossika għar-riproduzzjoni

    (a) M’għandhomx jintużaw tipi taż-żebgħa li ġejjin:

    C.I. L-Aħmar bażiku 9

    C.I. l-Ikħal dispers 1

    C.I. L-Aħmar aċidu 26

    C.I. Il-Vjola bażiku 14

    C.I. Lewn il-Larinġa dispers 11

    C.I. L-Iswed dirett 38

    C.I. L-Ikħal dirett 6

    C.I. L-Aħmar dirett 28

    C.I. L-Isfar dispers 3

    L-istima u l-verifikazzjonia:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa.

    (b) Ma huwa permess l-ebda użu tas-sustanzi taż-żebgħa jew it-tħejjijiet taż-żebgħa li jkun fihom aktar minn 0,1 % fil-piż tas-sustanzi li jiġu assenjati jew li jistgħu jiġu assenjati mal-waqt ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqda tagħhom):

    R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġeniku),

    R45 (jista’ jikkawża l-kanċer);

    R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tista’ tintiret);

    R49 (jista’ jikkawża l-kanċer mal-ġbid tan-nifs);

    R60 (jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità);

    R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel it-twelid);

    R62 (riskju possibbli ta’ fertilità bil-ħsara)

    R63 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel it-twelid);

    R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli)

    kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifika, il-pakkjar u t-tikkettjar tas-sustanzi perikolużi [2]

    L-istima u l-verifikazzjonia:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa.

    23. Iż-żebgħa li potenzjalment tissensitizza

    Dawn it-tipi taż-żebgħa li ġejjin għandhom jintużaw biss jekk il-fattur li ma jitfix bil-għaraq (aċidu u alkalin) tal-fibri, il-ħjut jew id-drapp miżbugħa jkun mill-inqas ta’ 4:

    C.I. L-Ikħal dispers 3 | C.I. 61 505 |

    C.I. L-Ikħal dispers 7 | C.I. 62 500 |

    C.I. L-Ikħal dispers 26 | C.I. 63 305 |

    C.I. L-Ikħal dispers 35 | |

    C.I. L-Ikħal dispers 102 | |

    C.I. l-Ikħal dispers 106 | |

    C.I. l-Ikħal dispers 124 | |

    C.I. Lewn il-Larinġa dispers 1 | C.I. 11 080 |

    C.I. Lewn il-Larinġa dispers 3 | C.I. 11 005 |

    C.I. Lewn il-Larinġa dispers 37 | |

    C.I. Lewn il-Larinġa dispers 76 (qabel innominat minn Lewn il-Larinġa) | |

    C.I. L-Aħmar dispers 1 | C.I. 11 110 |

    C.I. l-Aħmar dispers 11 | C.I. 62 015 |

    C.I. L-Aħmar dispers 17 | C.I. 11 210 |

    C.I. L-Isfar dispers 1 | C.I. 10 345 |

    C.I. L-Isfar dispers 9 | C.I. 10 375 |

    C.I. L-Isfar dispers 39 | |

    C.I. L-Isfar dispers 49 | |

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovvdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej dwar kemm ma jitfix il-kulur: L-ISO-E04 (aċidu u alkalin, paragun mad-drapp ta’ ħafna kwalitajiet ta’ fibri).

    24. It-trasportaturi aloġenati għall-polijester

    M’għandhomx jintużaw trasportaturi aloġenati.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

    25. L-istampar

    (a) It-tipi tal-kolla ta’ l-istampar użati m’għandux ikun fihom iktar minn 5 % tal-komposti volatili organiċi (il-KOPijiet: kull kompost organiku li jkollu fi 293,15 K pressa tal-fwar ta’ 0,01 kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kondizzonijiet partikolari ta’ l-użu.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni illi ma sar l-ebda stampar jew jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa sabiex juri l-konformità flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    (b) Mhux permess l-istampar ibbażat fuq il-plastisol.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni illi ma sar l-ebda stampar jew jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa sabiex juri l-konformità flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    26. Il-Formaldehyde

    L-ammont tal-formaldehyde ħieles jew idrolisabbli f’parti minnu fid-drapp finali ma għandux jaqbeż it-30 ppm għall-prodotti li jiġu f’kuntatt dirett mal-ġilda, u t-300 ppm għall-prodotti l-oħra kollha.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovvdi dikjarazzjoni illi ma ġewx applikati prodotti li fihom il-formaldehyde jew rapport ta’ test, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 14184-1

    27. L-iskarigi ta’ l-iskart ta’ l-ilma mill-proċessar bit-tixrib

    (a) L-ilma ta’ l-iskart mis-siti tal-proċessar bit-tixrib (għajr minn siti tal-għorik tas-suf bil-grass u s-siti tat-trattib tal-kittien) għandu jkollu (meta skarigat fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (fuq is-sit jew ’il barra minnu) kontenut ta’ COD ta’ inqas minn 25g/kg, espressi bħala medju annwali.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tat-testijiet, bl-użu ta’ l-ISO 6060, li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    (b) Jekk l-effluwent jiġi ttrattat fuq is-sit u skarigat direttament fl-ilma tal-wiċċ, għandu jkollu pH ta’ bejn 6 u 9 (għajr jekk il-pH ta’ l-ilma riċevitur ikun ’il barra minn din il-firxa) u temperatura ta’ anqas minn 40 °C (għajr jekk it-temperatura ta’ l-ilma riċevitur tkun ogħla minn dan il-valur).

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u r-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

    28. Ir-ritardanti tan-nar

    Ma huwa permess l-ebda użu ta’ sustanzi ritardanti tan-nar jew tħejjijiet tar-ritardanti tan-nar li jkun fihom iktar minn 0,1 % fil-piż tas-sustanzi li jiġu assenjati jew li jistgħu jiġu assenjati mal-waqt ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqda tagħhom):

    R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġeniku),

    R45 (jista’ jikkawża l-kanċer);

    R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tista’ tintiret);

    R49 (jista’ jikkawża l-kanċer mal-ġbid tan-nifs);

    R50 (tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi);

    R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi);

    R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akwatiċi);

    R53 (jista’ jikkaġuna effetti negattivi fuq skond it-tul fl-ambjent akwatiku);

    R60 (jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità);

    R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R62 (riskju possibbli ta’ fertilità bil-ħsara)

    R63 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli)

    kif stabbiliti fid-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha.

    Din il-ħtieġa ma tapplikax għar-ritardanti tan-nar li meta jiġu applikati jbiddlu n-natura kimika tagħhom hekk li ma jiġġustifikawx aktar il-klassifika taħt xi waħda mill-frażijiet R elenkati hawn fuq, u meta anqas minn 0,1 % tar-ritardant tan-nar fil-ħjut ittrattati tibqa’ fil-għamla bħal qabel l-applikazjoni.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni illi ma ġewx użati ritardanti tan-nar, jew jindika liema ritardanti tan-nar ġew użati u jipprovdi d-dokumentazzjoni (bħala huma l-folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà) u/jew dikjarazzjonijiet li jindikaw illi dawn ir-ritardanti tan-nar jikkonformaw ma’ dan il-kriterju).

    29. Il-finituri li jirreżistu milli l-prodott jinxtorob

    Is-sustanzi jew it-tħejjijiet aloġenati kontra li l-prodott jinxtorob għandhom japplikaw biss għall-biċċiet irqaq tas-suf.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu (għajr jekk użat għall-biċċiet irqaq tas-suf).

    30. Il-finituri

    Ma huwa permessi l-ebda sustanza ta’ finitura jew ta’ tħejjijiet tal-finituri li jkun fihom aktar minn 0,1 % fil-piż tas-sustanzi li jiġu assenjati jew li jistgħu jiġu assenjati mal-waqt ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqda tagħhom):

    R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġeniku),

    R45 (jista’ jikkawża l-kanċer);

    R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tista’ tintiret);

    R49 (jista’ jikkawża l-kanċer mal-ġbid tan-nifs);

    R50 (tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi);

    R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi);

    R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi);

    R53 (jista’ jikkaġuna effetti negattivi fuq skond it-tul fl-ambjent akkwatiku);

    R60 (jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità);

    R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R62 (riskju possibbli ta’ fertilità bil-ħsara)

    R63 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli)

    kif stabbiliti fid-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni illi ma ġewx użati finituri, jew jindika liema finituri ġew użati u jipprovdi d-dokumentazzjoni (bħala huma l-folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà) u/jew dikjarazzjonijiet li jindikaw illi dawn il-finituri jikkonformaw ma’ dan il-kriterju.

    31. Il-mili

    (a) Il-materjali tal-mili li jikkonsistu mill-fibri tessili għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili (Nri minn 1 sa 9) meta approprjat.

    (b) Il-materjali tal-mili għandhom jikkonformaw mal-kriterju 11 dwar il-"Prodotti bijoċidali jew bijostatiċi" u l-kriterju 26 dwar "il-formaldeid".

    (ċ) Id-deterġenti u kimiċi oħra wżati għall-ħasil tal-mili (ir-rix irqiq, ir-rix, il-fibri sintetiċi u naturali) għandhom jikkonformaw mal-kriterju 14 dwar "Il-Kimiċi Awżiljarji" u l-kriterju 15 dwar "Id-Deterġenti, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw".

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    Kif indikati fil-kriterji korrispondenti.

    32. Il-kisjiet, il-laminati u l-membrani

    (a) Il-prodotti magħmula mill-poli-uritane għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(a) li jirrigwarda l-landa organika u l-kriterju 3(b) li jirrigwarda l-emissjoni fl-arja tad-di-isoċjanati.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    Kif indikati fil-kriterji korrispondenti.

    (b) Il-prodotti magħmula mill-poli-ester għandhom jikkonformaw mal-kriterju 8(a) li jirrigwarda l-ammont ta’ antimonju u l-kriterju 8(b) li jirrigwarda l-emissjoni tal-KOPijiet matul il-polimerizzazzjoni.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    Kif indikati fil-kriterji korrispondenti.

    (ċ) Ma għandhomx jiġu prodotti kisjiet, laminati u membrani bl-użu tal-plastiċifikaturi jew tas-solventi li jkunu assenjati, jew li jistgħu jiġu assenjati, mal-waqt ta’ waħda mill-frażijiet tar-riskju li ġejjin (jew għaqdiet tagħhom):

    R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġeniku),

    R45 (jista’ jikkawża l-kanċer);

    R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tista’ tintiret);

    R49 (jista’ jikkawża l-kanċer mal-ġbid tan-nifs);

    R50 (tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi);

    R51 (tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi);

    R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi);

    R53 (jistgħu jikkaġunaw effetti negattivi fuq skond it-tul fl-ambjent akkwatiku);

    R60 (jista’ jagħmlu ħsara lill-fertilità);

    R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R62 (riskju possibbli ta’ fertilità bil-ħsara)

    R63 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija qabel titwieled);

    R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli)

    kif stabbiliti fid-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-plastifikaturi jew solventi.

    33. L-użu ta’ l-enerġija u ta’ l-ilma

    L-applikant huwa mitlub li jipprovdi, fuq bażi volontarju, tagħrif dettaljat dwar l-użu ta’ l-ilma u l-enerġija għas-siti tal-fabbrikazzjoni involuti fl-għażil, ix-xogħol bil-labar, l-insiġ u l-proċessar bit-tixrib.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant huwa mitlub li jipprovdi, fuq bażi volontarju, it-tagħrif imsemmi hawn fuq.

    IL-KRITERJI DWAR KEMM JIXRAQ GĦALL-UŻU

    Il-kriterji li ġejjin japplikaw jew għall-ħajt miżbugħ, jew għad-drapp/ijiet finali, jew għall-prodott finali, bit-testjiet imwettqa kif xieraq.

    34. Bidliet fid-daqs matul il-ħasil u t-tnixxif

    It-tagħrif dwar il-bidliet fid-daqs (%) għandu jiġi ddikjarat kemm fuq it-tikketta li turi kif dak li jkun jibża’ għall-prodott u fuq il-pakkeġġjar u/jew tagħrif ieħor dwar il-prodott jekk il-bidliet fid-daqs jaqbżu:

    - 2 % (fil-medd u t-tgħama) għall-purtieri u għad-drapp tal-għamara li jistgħu jinħaslu u jinqalgħu.

    - 6 % (fil-medd u t-tgħama) għall-prodotti l-oħra minsuġa,

    - 8 % (fit-tul u l-wisgħa) għall-prodotti l-oħra maħdumin bil-labar.

    - 8 % (fit-tul u l-wisgħa) għad-drapp tax-xugamani.

    Dan il-kriterju ma japplikax għal:

    - il-fibri jew il-ħjut,

    - il-prodotti tikkettjati biċ-ċar "dry clean only (naddaf bix-xott biss)" jew ekwivalenti (safejn u sakemm tkun il-prattika normali li dawn il-prodotti jġorru din it-tikketta,

    - id-drapp tal-għamara li ma jinqalax u ma jinħasilx.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 5077 modifikat kif ġej: 3 ħasliet f’temperaturi kif indikati fuq il-prodott, bit-tnixxif bit-tidwir/tqallib wara kull ċiklu ta’ ħasla għajr jekk jiġu indikati proċeduri oħra fuq il-prodott, f’temperaturi kif immarkati fuq il-prodott, bil-piż tal-ħasla (2 jew 4 kg) jiddependi fuq il-marka tal-ħasil. Jekk jinqabeż wieħed mil-limiti msemmija hawn fuq, għandhom jiġu pprovduti kopja tat-tikketta dwar il-kura tal-prodott u tal-pakkeġġjar u/jew tagħrif dwar il-prodott.

    35. Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

    Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil għandha tkun mill-inqas tal-livelli minn 3 sa 4 għall-bidla tal-kulur u mill-inqas il-livelli ta’ minn 3 sa 4 għat-tbajja.

    Dan il-kriterju m’għandux japplika għall-prodotti tikkettjati "dry clean only (naddaf bix-xott biss)" jew ekwivalenti (safejn u sakemm tkun il-prattika normali li dawn il-prodotti jġorru din it-tikketta), għall-prodotti bojod jew il-prodotti li la jinżebgħu u lanqas ma jiġu stampati, jew għad-drapp ta’ l-għamara li ma jinħasilx.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: ISO 195 C06 (ħasla waħda f’temperatura kif immarkata fuq il-prodott, bit trab tal-perborat).

    36. Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu jew alkalin)

    Il-livell dwar kemm il-kulur ma jitfix bil-għaraq (aċidu jew alkalin) għandu jkun mill-inqas minn 3 sa 4 (bidla tal-kulur u tbajja).

    Madankollu huwa permess il-livell ta’ 3 meta d-drapp ikun miżbugħ skur (qawwa standard <1/1) u magħmul minn suf irriġenerat jew minn iktar minn 20 % ħarir.

    Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għad-drappijiet ta’ l-għamara, għall-purtieri jew tessuti simili maħsubin għat-tiżjin fuq ġewwa.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 105 E04 (aċidu u alkalin, paragun mad-drapp ta’ ħafna kwlitajiet ta’ fibri).

    37. Iż-żamma tal-kulur fil-għorik imxarrab

    Il-livell ta’ kemm il-kulur ma jitfix fil-għorik imxarrab għandu jkun mill-inqas minn 2 sa 3. Madankollu huwa permess livell ta’ 2 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

    Dan il-kriterju m’għandux japplika għall-prodotti bojod li la huma miżbugħin u lanqas stampati.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 105 X12.

    38. Iż-żamma tal-kulur fil-għorik niexef

    Il-livell dwar kemm il-kulur ma jitfix fil-għorik niexef għandu jkun mill-inqas 4.

    Madankollu huwa permess livell ta’ minn 2 sa 3 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

    Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għall-purtieri jew tessuti simili maħsubin għat-tiżjin fuq ġewwa.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 105 X12.

    39. Iż-żamma tal-kulur fil-dawl

    Għad-drappijiet maħsubin għall-għamara, il-purtieri jew li jiddendlu, il-livell li fihom il-kulur ma jitfix għandu jkun ta’ mill-inqas 5. Għall-prodotti l-oħra kollha, il-livell ta’ kemm il-kulur ma jintilifx fid-dawl għandu jkun ta’ mill-inqas 4.

    Madankollu huwa permess livell ta’ 4 meta d-drappijiet maħsubin għal għamara, il-purtieri jew li jiddendlu jkollhom kulur ċar (qawwa standard <1/12) kif ukoll ikunu magħmulin minn aktar minn 12 % suf u fibri oħra tal-keratin, jew aktar minn 20 % ħarir, jew iktar minn 20 % għażel jew fibri tat-tilju.

    Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għall-kisi tal-mili ta’ l-imtieraħ, għall-protezzjoni ta’ l-imtieraħ jew għall-ilbies ta’ taħt.

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 105 B02.

    40. It-tagħrif dwar l-eko-tikketta

    Il-Kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandu jkun fiha l-kliem li ġej:

    - it-tniġġiż mill-ilma mnaqqas

    - is-sustanzi ta’ riskju ristretti

    - koperta l-katina kollha tal-produzzjoni

    L-istima u l-verifikazzjoni:

    L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-pakkeġġjar tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju.

    [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, pġ. 1.

    [2] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1

    --------------------------------------------------

    Top