EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0237

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti li jridu jiġu importati minn pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (innotifikata taħt dokument numru C(2002) 1121)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 80, 23.3.2002, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/237/oj

32002D0237



Official Journal L 080 , 23/03/2002 P. 0040 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Marzu 2002

li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti li jridu jiġu importati minn pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(innotifikata taħt dokument numru C(2002) 1121)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/237/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 97/78/KE irrevokat u ħadet post id-Direttiva 90/675/KEE [2], taħt liema Direttiva d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE [3] kienet ikkompilata.

(2) Wara li ġew skoperti aktar kmieni traċċi ta’ ormoni ksenobiotiċi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ tumuri fil-laħam importat mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/302/KE [4] emendat id-Deċiżjoni 94/360/KE li tadotta sistema avvanzata ta’ kontrolli fuq l-importazzjoni kollha ta’ laħam frisk ta’ l-ifrat u l-ġewwieni, minbarra laħam tal-buflu u l-ġewwieni, importat minn dak il-pajjiż.

(3) Wara l-iskoperta ta’ dawn is-sejbiet residwi, f’Ġunju 1999 l-awtoritajiet fl-Istati Uniti ta’l-Amerika reġgħu saħħew il-programm tagħhom ta’ frat ħielsa mill-ormoni. Wara li dan il-programm iltaqa’ ma’ aktar diffikultajiet, li kienu ġew identifikati waqt missjoni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u l-Veterinarju tal-Kummissjoni, il-programm ġie sospiż f’Lulju 1999 u llanċjat mill-ġdid f’Settembru 1999, f’forma aktar avvanzata bħala l-programm ta’ l-ifrat li mhux ittrattat bl-ormoni.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/518/KE [5] emendat aktar il-miżuri ta’ spezzjoni fil-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri tal-Komunità biex jinkludu ittestjar speċifiku għas-stilbeni wara li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Isvizzera osservaw il-presenza tad-diethylstilboestrol (DES) fil-laħam taċ-ċanga importat mill-Istati Uniti.

(5) Fid-dawl tar-riżultati favorevoli li ħarġu mill-programm ta’ l-ittestjar, f’Settembru 2000 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/583/KE [6] naqqset il-frekwenza tal-kontrolli fuq laħam frisk importat mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika minn kontrolli fuq il-kunsinni kollha għal kontrolli fuq 20 % tal-kunsinni, u neħħiet l-obbligu fuq l-Istati Membri li jistgħu jippermettu biss id-dħul fit-territorju tagħhom ta’ kunsinni li r-riżultati ta’ l-eżami u l-analiżi tagħhom ikunu favorevoli.

(6) Din id-Deċiżjoni kienet l-ewwel pass lejn it-tneħħija għalkollox ta’ l-obbligu li jsir ittestjar għall-ormoni fuq kull kunsinna magħżula biex tiġi kkontrollata fiżikament, u d-Deċiżjoni kienet soġġetta għar-reviżjoni fid-dawl ta’ riżultati ta’ testijiet li kellhom isiru aktar ’ il quddiem skond l-Artikolu 2 tad-Deċizjoni 1999/302/KE.

(7) Il-kontrolli addizzjonali stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni 1999/302/KE u d-Deċiżjoni 1999/518/KE, u l-ittestjar imwettaq taħt il-programm addizzjonali tal-Komunità Ewropea għall-ormoni, ma tawx riżultati pożittivi fuq kampjuni ta’ laħam ta’ l-ifrat frisk u l-ġewwieni matul il-perjodu ta’ wara.

(8) Għalhekk huwa xieraq li tiġi rrevokata l-kondizzjoni li 20 % tal-kunsinni tal-laħam importat mill-Isati Uniti ta’ l-Amerika jiġu ittestjati sabiex isir magħruf jekk hemmx il-preżenza possibbli ta’ ormoni, u fir-rigward ta’ testijiet laboratorji, li din l-importazzjoni tiġi ttrattata fuq l-istess bażi bħall-importazzjoni ta’ laħam minn pajjiżi terzi.

(9) Il-miżuri li hemm maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kunitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/360/KE hija emendata kif ġej:

l-Artikolu 1a huwa revokat.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 58.

[5] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 50.

[6] ĠU L 246, tat-30.9.2000, p. 67.

--------------------------------------------------

Top