Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0160

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2002 li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE li tirrigwarda t-testijiet dijanostiċi għad-deni Afrikan taż-żwiemel (innotifika permezz tad-dokument Nru C(2002) 556)Test b’relevanza ŻEE

    ĠU L 53, 23.2.2002, p. 37–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/08/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/160(1)/oj

    32002D0160



    Official Journal L 053 , 23/02/2002 P. 0037 - 0042


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-21 ta’ Frar 2002

    li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE li tirrigwarda t-testijiet dijanostiċi għad-deni Afrikan taż-żwiemel

    (innotifika permezz tad-dokument Nru C(2002) 556)

    (Test b’relevanza ŻEE)

    (2002/160/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/298/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi:

    (1) L-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE jiddeskrivi t-test tal-complement fixation li jrid jitwettaq għad-dijanjosi tad-deni Afrikan taż-żwiemel.

    (2) F’Novembru 2000 il-laboratorju tar-referenza tal-Komunità f’Algete, Spanja, ospitat il-laqgħa annwali tal-laboratorji tar-referenza nazzjonali għad-deni Afrikan taż-żwiemel ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE. Matul din il-laqgħa xiehda xjentifika kienet ġiet ippreżentata li t-test ta’ complement fixation korrentement deskritt fl-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE għandu limitazzjonijiet serji partikolarment għaliex huwa addattat biss sabiex jinkixfu antikorpi wara infezzjoni riċenti jew vaċċinazzjoni. Aktar minn hekk, it-test huwa fil-prattika mibdul minn testijiet ELISA moderni fi kważi l-laboratorji kollha fil-Komunità u wkoll f’pajjiżi maġġuri li jesportaw.

    (3) It-testijiet tal-laboratorji li huma aċċettati internazzjonalment għat-tkixxif ta’ antikorpi kontra l-virus tad-deni Afrikan taż-żwiemel huma deskritti fil-Manwal tan-Normi għal Testijiet Dijanjositiċi u Vaċċini [3] ta’ l-Office International des Epizooties (OIE); b’dankollu, l-edizzjoni kurrenti ssemmi wieħed biss mit-testijiet tal-ELISA disponibbli.

    (4) Għalhekk, jidher xieraq li l-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE jiġi mmodifikat sabiex jittieħed akkont ta’ l-iżviluppi tekniċi u n-normi internazzjonalment approvati.

    (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-Anness D tad-Direttiva 90/426/KEE huwa mibdul bl-Anness ta’ ma din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Frar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63.

    [3] Il-Kapitolu 2.1.11., ir-raba’ edizzjoni 2000.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    L-ANNESS D

    ID-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL

    DIJANJOSI

    Ir-reagenti għall-assaġġi immunosorbent marbuta bl-enżimi (enzyme-linked) (ELISA) deskritti hawn taħt jistgħu jinkisbu mil-laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea jew il-Laboratorji ta’ Referenza OIE għad-deni Afrikan taż-żwiemel.

    1. KOMPETITTIVA ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

    ELISA kompetittiva hija użata sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi f’serum minn xi speċi ta’ equidae. Is-serum tal-fenek ta’ l-Indi li huwa ta’ spectrum wiesa’, polyclonal, immun anti-VMŻA (minn issa ’l quddiem "antiserum tal-fenek ta’ l-Indi") huwa serogroup speċifiku u jista’ jikxef is-serotipi kollha magħrufa tal-virus MŻA.

    Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen VMŻA u antiserum tal-fenek ta’ l-Indi permezz ta’ kampjun tat-test tas-serum. Antikorpi VMŻA fil-kampjun tat-test tas-serum jistgħu jikkompetu ma’ dawk fl-antiserum tal-fenek ta’ l-Indi li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kulur mistenni (wara ż-żieda ta’ antikorpi tal-fenek ta’ l-Indi b’tikketta ta’ enżimi u sotto-strati). Serum jistgħu jiġu ttestjati b’tidwiba waħda ta’ 1 f’5 (metodu ta’ spot test) jew jistgħu jiġu ttitrati (metodu ta’ titrazzjoni tas-serum) biex jagħtu dilution end-points. Valuri ta’ inibizzjoni għola minn 50 % jistgħu jiġu meqjusa bħala pożittivi.

    Il-protokoll tat-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa użat fil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għad-deni Afrikan taż-żwiemel f’Pirbright, ir-Renju Unit.

    1.1. Proċeduta tat-test

    1.1.1. Preparazzjoni tal-pjanċi

    1.1.1.1. Iksi l-pjanċi tal-ELISA b’antiġen VMŻA estratt minn kulturi ta’ ċelloli infettati u mdewba f’buffer ta’ karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi tal-ELISA matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    1.1.1.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi tgħarriq u tiżvojta l-bjar b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFS), pH 7,2 sa 7,4 pH, u nixxef fuq karta li tassorbi.

    1.1.2. Bjar ta’ kontroll

    1.1.2.1. Ittitra s-serum ta’ kontroll pożittiv f’serje ta’ tidwib doppji, minn 1 sa 5 sa 1 f’640, matul kolonna 1 f’blocking buffer (BFS li fih ikunu jinsabu 0,05 % (v/v) Tween-20, 5,0 % (w/v) trab tal-ħalib xkumat (Cadbury’s MarvelTM) u 1 % (v/v) serum ta’ l-ifrat adulta) sabiex jagħtu volum finali ta’ 50 μl/well.

    1.1.2.2. Żid 50 μl tas-serum ta’ kontroll negattiv f’tidwiba ta’ 1 f’5 (10 μl serum + 40 μl buffer li jibblokka lill-bjar A u B ta’ kolonna 2.

    1.1.2.3. Żid 100 μl/well ta’ blocking buffer lill-bjar C u D ta’ kolonna 2 (blank).

    1.1.2.4. Żid 50 μl ta’ blocking buffer lill-bjar E, F, G u H ta’ kolonna 2 (kontroll tal-fenek ta’ l-Indi).

    1.1.3. Metodu ta’ Spot test

    1.1.3.1. Żid tidwiba ta’ 1 f’5 ta’ kull test serum f’buffer li jibblokka sabiex jiġu ddupplikati bjar ta’ kolonni 3 sa 12 (10 μl + 40 μl blocking buffer).

    jew

    1.1.4. Metodu ta’ titrazzjoni tas-serum

    1.1.4.1. Ipprepara serje ta’ tidwib doppji ta’ kull kampjun tat-test (1 f’5 sa 1 f’640) f’blocking buffer matul tmint ibjar ta’ kolonni waħdanija (3 sa 12).

    imbagħad

    1.1.5. Żid 50 μl ta’ antiserumi tal-fenek ta’ l-Indi, imdewweb minn qabel f’blocking buffer, lejn il-bjar kollha minbarra l-bjar blank tal-ELISA plate (il-bjar kollha issa jikkontjenu volum finali ta’ 100 μl).

    1.1.5.1. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

    1.1.5.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

    1.1.5.3. Żid 50 μl ta’ serum tal-fenek ta’ kontra l-fenek ta’ l-Indi kompost bi perossidi (HRP) dilwit minn qabel f’blocking buffer lil kull bir.

    1.1.5.4. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

    1.1.5.5. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

    1.1.6. Chromogen

    Ipprepara s-soluzzjoni tal-chromogen OPD (OPD = ortho-phenyldiamine) skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant (0,4 mg/ml f’ilma sterili ddistillat) eżattament qabel ma’ jintuża. Żid sotto-strat (perossidu (akwa ossiġenata) = H2O2) biex tagħti konċentrazzjoni finali ta’ 0,05 % (v/v) (1 f’2000 ta’ soluzzjoni ta’ 30 % ta’ H2O2). Żid 50 μl tas-soluzzjoni ta’ l-OPD ma’ kull bir u ħalli l-pjanċi fuq il-bank għal 10 minuti f’temperatura ambjentali. Waqqaf ir-reazzjoni billi żżid 50 μl/bir ta’ 1M aċidu sulfiriku (H2SO4).

    1.1.7. Qari

    Aqra speċtrophotometrikament f’492 nm.

    1.2. L-espressjoni tar-riżultati

    1.2.1. Billi tuża software package stampa l-valuri ta’ densità ottika, u l-persentaġġ ta’ inibizzjoni (PI) għas-serum tat-test u l-kontroll ibbażati fuq il-valur medju rrekordjat fl-erba’ bjar ta’ kontroll tal-fenek ta’ l-Indi. Il-dettalji espressi bħala valuri ta’ OD u PI huma użati sabiex jistabbilixxu jekk it-test ikunx ġie mwettaq fil-limiti aċċettabbli. Il-limiti għolja tal-kontroll massimi (OKM) u l-limiti l-baxxi tal-kontroll minimi (BKM) għall-kontroll tal-fenek ta’ l-Indi huma bejn il-valuri ta’ OD 1,4 u 0,4 rispettivament. It-titru tal-ponta tat-tarf għall-kontroll pożittiv ibbażat fuq 50 % PI għandu jkun 1 f’240 (f’firxa minn 1 f’120 sa 1 f’480). Kull pjanċa li tonqos milli tkun konformi mal-kriterji ta’ hawn fuq għandha tkun imwarrba. B’dankollu, jekk it-titru tas-serum tal-kontroll pożittiv huwa akbar minn 1 f’480 u l-kampjuni tat-test għadhom negattivi mbagħad il-kampjuni tat-test negattiv jistgħu jiġu aċċettati.

    Il-bjar tas-serum tal-kontroll negattiv doppji u l-bjar blank doppji għandhom jirrekordjaw valuri PI ta’ bejn + 25 % u - 25 %, u bejn + 95 % u + 105 %, rispettivament. Nuqqas li jkunu bejn dawn il-limiti ma’ jinvalidawx il-pjanċi imma jissuġġerixxi li l-kulur ta’ l-isfond ikun qiegħed jiżviluppa.

    1.2.2. L-għatba dijanostika (il-cut-off tal-valur) għas-serum tat-test hija 50 % (PI 50 %). Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar minn 50 % huma rrekordjati bħala pożittivi. Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar baxxi minn 50 % huma rrekordjati bħala negattivi.

    Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI ’l fuq jew taħt l-għatba għall-bjar doppji huma kkunsidrati dubbjużi. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu ttestjati mill-ġdid fl-ispot test u permezz ta’ titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu jiġu ttitrati wkoll sabiex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta’ pożittività.

    Arranġament ta’ Spot test

    -ve kont = kontroll negattiv.

    + ve kont = kontroll pożittiv.

    FI kont = kontroll tal-fenek ta' l-Indi.

    | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

    | + ve tkompli | | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test | Sera tat-test |

    A. | 1:5 | – ve kont. | 31 | 32 | 33 | 34 | 35 | 36 | 37 | 38 | 39 | 40 |

    B: | 1:10 | – ve kont. | 31 | 32 | 33 | 34 | 35 | 36 | 37 | 38 | 39 | 40 |

    C | 1:20 | Blank | | | | | | | | | | |

    D | 1:40 | Blank | | | | | | | | | | |

    E | 1:80 | FI kont. | | | | | | | | | | |

    F | 1:160 | FI kont. | | | | | | | | | | |

    G | 1:320 | FI kont. | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    H | 1:640 | FI kont. | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    Sera tat-test

    - ve kont = kontroll negattiv.

    + ve kont = kontroll pożittiv.

    FI kont = kontroll tal-fenek ta' l-Indi.

    | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

    | + ve kont. | | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test | Serum tat-test |

    A. | 1:5 | – ve kont. | 1:5 | | | | | | | | | 1:5 |

    B: | 1:10 | – ve kont. | 1:10 | | | | | | | | | 1:10 |

    C | 1:20 | Blank | 1:20 | | | | | | | | | 1:20 |

    D | 1:40 | Blank | 1:40 | | | | | | | | | 1:40 |

    E | 1:80 | FI kont. | 1:80 | | | | | | | | | 1:80 |

    F | 1:160 | FI kont. | 1:160 | | | | | | | | | 1:160 |

    G | 1:320 | FI kont. | 1:320 | | | | | | | | | 1:320 |

    H | 1:640 | FI kont. | 1:640 | | | | | | | | | 1:640 |

    2. ELISA INDIRETT GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

    It-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa bi qbil mad-deskrizzjoni tat-test fil-Kapitolu 2.1.11 ta’ l-OIE Manwal tan-Normi għat-Testijiet Dijanjositiċi u l-Vaċċini, ir-raba’ edizzjoni, 2000.

    Il-proteina recombinant VP7 ġiet użata bħala antiġen għad-determinazzjoni ta’ l-antikorpi tal-virus MŻA b’indiċi għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Vantaġġi oħra huma li huwa stabbli u mhux infettiv.

    2.1. Proċedura tat-test

    2.1.1. Fażi solida

    2.1.1.1. Pjanċi ELISA huma miksija b’recombinant AHSV-4 VP7 dilwit b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    2.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’ilma ddistillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi sabiex tneħħi xi fdal tal-ħasil (residual wash).

    2.1.1.3. Ibblokka l-pjanċi b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) + 5 % (w/v) ħalib xkumat (Nestlé Dry Skim MilkTM), 200 μl/bir,, għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    2.1.1.4. Neħħi s-soluzzjoni blocking u taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi.

    2.1.2. Kampjuni tat-test

    2.1.2.1. Kampjuni tas-serum li jridu jiġu ttestjati, u serum ta’ kontroll pożittiv u negattiv, huma mdewba 1 f’25 f’BFM + 5 % (w/v) ħalib xkumat + 0,05 % (v/v) Tween 20, 100 μl kull bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    Għat-titrazzjoni, għamel serje ta’ tidwib doppju minn 1 f’25 (100 μl/bir), serum wieħed kull plate column, u agħmel l-istess b’kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    2.1.2.2. Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

    2.1.3. Konjugazzjoni

    2.1.3.1. Iddispensa 100μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated anti-horse gamma-globulin dilwit f’BFM + 5 % ħalib + 0,05 % Tween 20, pH 7,2.Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C..

    2.1.3.2. Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

    2.1.4. Cromogen/Substrata

    2.1.4.1. Żid 200 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/sotto-strat (10 ml ta’ 80,6 mM DMAB (dimethyl aminobenzaldehyde) + 10 ml ta’ 1,56 mM MBTH (3-methyl-2-benzo-thiazoline hydrazone hydrochlorid) + 5 μl H2O2).

    Żvilupp tal-kulur huwa mwaqqaf billi żżid 50 μl ta’ 3N H2SO4 wara approssimament 5 sa 10 minuti (qabel mal-kontroll negattiv ma jibda jieħu l-kulur).

    Chromogens oħra bħal ma huma ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid), TMB (tetramethyl benzidine), jew OPD (ortho-phenyldiamine) jistgħu jiġu użati wkoll.

    2.1.4.2. Aqra l-pjanċi f’600 nm (jew 620 nm).

    2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati

    2.2.1. Ikkalkola l-valur cut-off billi żżid 0,6 mal-valur tal-kontroll negattiv (0,6 huwa d-devjazzjoni normali dderivat bi grupp ta’ 30 serum negattivi).

    2.2.2. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance aktar baxxi mill-cut-off huma meqjusa bħala negattivi.

    2.2.3. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance għola mill-cut-off +0,15 huma meqjusa bħala pożittivi.

    2.2.4. Il-kampjuni tat-test illi jagħtu valuri ta’ absorbance intermedji huma dubbjużi u teknika oħra trid tintuża biex jiġi kkonfermat ir-riżultat.

    3. L-IBBLOKKAR TA’ L-ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VDAŻ) (TEST PRESKRITT)

    L-imblokkar ta’ l-ELISA huwa ddisinjat sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi VDAŻ f’serum minn xi speċi suxxettibbli. VP7 hija l-proteina maġġuri, antiġenika, virali ta’ VDAŻ, u hija kkonservata ġo disa’ serotipi. Minħabba li l-antikorp monoclonal (Mab) huwa dirett ukoll kontra l-VP7, l-assaġġ jagħti livell għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Apparti minn hekk, l-antiġen recombinant VP7 huwa kompletament sikur (ma jagħmilx ħsara) u għalhekk jiggarantixxi grad għoli ta’ sigurtà.

    Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn ir-recombinant VP7, bħala l-antiġen marbut mal-pjanċa ELISA u l-Mab ikkonjugat speċifiku għall-VP7. Antikorp fis-serum tat-test jista’ jibblokka r-reazzjoni bejn l-antiġen u l-Mab u b’hekk jirriżulta tnaqqis fil-kulur.

    It-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa mwettaq fil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea għal deni Afrikan taż-żwiemel f’Algete, Spanja.

    3.1. Proċedura tat-test

    3.1.1. Pjanċi ELISA

    3.1.1.1. Iksi l-pjanċi ELISA b’recombinant AHSV-4 VP7 imdewweb b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    3.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) li jikkontjeni 0,05 % (v/v) Tween 20 (BFMT).

    3.1.1.3. Stabbilizza l-pjanċa permezz ta’ trattament b’soluzzjoni li tistabbilizza (sabiex tiġi permessa ħażna għal perjodu ta’ żmien fit-tul fit-temperatura ta’ 4 °C mingħajr telf ta’ attività) u nixxef fuq karta li tassorbi.

    3.1.2. Kampjuni tat-test u kontrolli

    Għall-għarbiel (screening): | dewweb is-serum tat-test u l-kontrolli 1 f'10 direttament fuq il-pjanċa f'BFMT sabiex jagħtu volum finali ta' 100 µl/bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C. |

    Għat-titrazzjoni: | ipprepara serje ta' tidwib doppji tas-serum tat-test u l-kontrolli pożittivi (100 µl/bir) minn 1 f'10 sa 1 f'1 280 matul tmint ibjar. Kontroll negattiv huwa ttestjat f'tidwiba ta' 1 f'10. |

    3.1.2.1. 3.1.2.2. 3.1.3. Konjugazzjoni

    Żid 50 μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated Mab (antikorpi monoclonal speċifiċi għal VP7) diġà mdewba lil kull bir u ħawwad bil-mod sabiex tassigura omoġenità. Poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura ta’ 37 °C.

    3.1.4. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’BFMT u nixxef bħal qabel.

    3.1.5. Cromogen/Substrata

    Żid 100 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/substrata (1 ml ta’ ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid) 5 mg/ml + 9 ml ta’ buffer ta’ substrata (0,1 M buffer ta’ Fosfat-Ċitrat ta’ pH 4 li jkun fihom 0,03 % H2O2] u poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura tal-kamra. Żvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi żżid 100 μl/bir ta’ 2 % (w/v) SDS (sulfat dodesil tas-sodju).

    3.1.6. Qari

    Aqra f’405 nm f’ELISA reader.

    3.2. Interpretazzjoni tar-riżultati

    3.2.1. Validazzjoni ta’ l-assaġġ

    It-test huwa validu meta d-densità ottika (DO) tal-kontroll negattiv (KN) huwa għola minn 1,0 u l-DO tal-kontroll pożittiv (KP) huwa aktar baxx minn 0,2.

    3.2.2. Kalkulazzjoni cut-off

    Cut-off pożittiva KN -

    KN - KP× 0,3

    Cut-off negattiva KN -

    KN - KP× 0,2

    meta, KN hija d-DO tal-kontroll negattiv u KP d-DO tal-kontroll pożittiv.

    3.2.3. Interpretazzjoni tar-riżultati

    Kampjuni b’DO aktar baxx mill-cut-off pożittiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożittivi għal antikorpi VDAŻ.

    Kampjuni b’DO għola mill-cut-off negattiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala negattivi għal antikorpi VDAŻ.

    Kampjuni b’DO bejn dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkunsidrati dubbjużi u jridu jerġgħu jittieħdu kampjuni ta’ l-annimali wara żewġ jew tliet ġimgħat.

    "

    --------------------------------------------------

    Top