This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2493
Commission Regulation (EC) No 2493/2001 of 19 December 2001 on the disposal of certain fishery products which have been withdrawn from the market
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq
ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1420
Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0020 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 17(5) u l-Artikolu 21(8) migjubin fih, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 104/2000, prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jigu eliminati b'mod li ma jfixkilx it-tqegħid fis-suq normali tal-prodotti l-oħra. Jista' jingħata kumpens finanzjarju sakemm il-ħtieġa li l-prodotti jigu eliminati tigi soddisfatta. (2) Il-miżuri dwar l-istabbilizzazzjoni tas-suq jistgħu jkunu effettivi kollha kemm huma biss jekk il-prodotti rtirati ma jiddaħħlux lura fis-sistema ta' distribuzzjoni normali tat-tqassim ta' dawk il-prodotti. Kull użu li jista', permezz ta' sostituzzjoni, jinfluwenza l-konsum ta' prodotti li ma kienux is-suġġett ta' miżuri ta' stabbilizzazzjoni tas-suq għandu għalhekk jiġi eskluż. (3) Huwa għalhekk meħtieġ li jigu provduti għażliet għall-eliminazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq li jilħqu r-rekwiżiti u sabiex jigu specifikati l-kondizzjonijiet li bihom dawk l-għażliet ikun jistgħu jintużaw. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1501/83 tad-9 ta' Ġunju 1983 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li kienu s-suġġett ta' miżuri għall-istabbilizzazzjoni tas-suq [2] għandu għalhekk jiġi abrogat u mibdul. (5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni tal-Prodotti tas-Sajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u mhux maħsuba li jkunu eliġġibbli għall-għajnuna li tinġieb 'l quddiem li ssir refernza għaliha fl-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament għandhom jigu eliminati f'wieħed mill-modi li ġejjin: (a) taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, imqassma bla ħlas fl-istat naturali għall-konsum tagħhom lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew tal-karità stabbiliti fil-Komunità jew lill-peresuni rikonoxxuti mill-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat bħala li għandhom id-dritt għall-għajnuna pubblika; (b) użati friski jew preżervati għall-għalf ta' l-annimali; (ċ) użati, wara li jiġu pproċessati fi dqiq għall-għalf ta' l-annimali; (d) użati bħala lixka; (e) użati għal għanijiet mhux għall-ikel. 2. Għażliet għall-eliminazzjoni minbarra minn dawk li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni fuq bażi ad hoc fur talba ta' Stat Membru. Artikolu 2 1. L-eliminazzjoni tal-prodotti għall-għanijiet indikati fl-Artikolu 1(1)(b), (c), (d) jew (e) għandha tkun bla ħsara għall-kondizzjoni li prodotti ikunu: (a) proċessati li ma jkunux tajbin għall-konsum uman minnufih wara l-irtirar tagħhom mis-suq; (b) offruti għall-bejgħ li jkun miftuħ għal kull operatur interessat skond il-prattika konsweta reġjonali jew lokali. Ix-xerrejja għandhom jispeċifikaw l-użu li jintrabtu li jagħmlu mill-prodotti hekk mixtrija. 2. Għandha tinħareġ minnufih fattura jew riċevuta wara l-bejgħ li ssir refernza għalih fil-paragrafu 1, li turi l-identità tal-bejjiegħ u tax-xerrej, l-użu li ser isir minnhom, il-prezz tal-bejgħ u l-kwantitajiet konċernati. Kopja ta' dik il-fattura jew riċevuta għandha tintbagħat mill-organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-anqas darba kull tlett xhur. 3. Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ssodisfaw lill-Istat Membru konċernat li l-prodotti ma jkunux sabu xerrej mill-offerta għall-bejgħ kif provdut fil-paragrafu 1, il-prodotti għanhom jitpoggew fi stat li ma jkunux jistgħu jintużaw mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taħt il-kontroll ta' l-Istat Membru. Il-kwantitajiet in kwsitjoni għandhom jiġu notifikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fl-intervalli mniżżla fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati biex jipprevjenu u jressqu quddiem il-Qorti kull ksur frawdolenti tas-sistema stabbilita f'dan ir-Regolament. Dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti li jigu eliminati ma jintużaw għal xi użu ieħor ħlief dak speċifikat. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tiegħu. Artikolu 4 Ir-Regolament (KEE) Nru 1501/83 huwa imħassar permezz ta' dan ir-Regolament. Artikolu 5 Dan ir-Regolament gandħu jidħol fis-seħħ fl-1 tà Jannar 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22. [2] ĠU L 152, ta' l-10.6.1983, p. 22. --------------------------------------------------