Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1592

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2001 tat-2 ta’ Awissu 2001 li jikkorreġi r-Regolamenti (KE) Nru 562/2000 u (KE) Nru 690/2001 fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

ĠU L 210, 3.8.2001, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1592/oj

32001R1592



Official Journal L 210 , 03/08/2001 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2001

tat-2 ta’ Awissu 2001

li jikkorreġi r-Regolamenti (KE) Nru 562/2000 u (KE) Nru 690/2001 fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbikixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1512/2001 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 38(2) u l-Artikolu 47(8) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1082/2001 [4], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga. B’mod partikolari, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu għall-offerti.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2001 tat-3 ta’ April 2001 dwar miżuri speċjali ta’ appoġġ rigward is-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [5] jipprovdi għax-xiri bl-offerta ta’ ċerti kwalitajiet ta’ laħam ċanga. B’mod partikolari, l-Anness II ma’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu għall-offerti.

(3) L-Artikolu 11(5)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 u l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 690/2001 fihom żbalji tal-lsien fil-verżjoni Ingliża. Iż-żewġ Regolamenti interessati għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(4) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fl-Artikolu 11(5)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, il-kliem "id-data tal-għeluq" għandu jinbidel bil-kliem "il-limitu taż-żmien":

L- Artikolu 2

Fil-punt 5 (ċ) ta’ "L-OFFERTI" fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 690/2001, il-kliem "id-data tal-għeluq" għandu jinbidel bil-kliem "il-limitu taż-żmien":

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 1.

[3] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 22.

[4] ĠU L 149, tat-2.6.2001, p. 19.

[5] ĠU L 95, tal-5.4.2001, p. 8.

--------------------------------------------------

Top