This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1456
Council Regulation (EC) No 1456/2001 of 16 July 2001 amending Regulation (EC) No 2549/2000 establishing additional technical measures for the recovery of the stock of cod in the Irish Sea (ICES Division VIIa)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1456/2001 tas-16 ta' Lulju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2549/2000 li jwaqqaf miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkuprar ta' l-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiz (Diviżjoni ICES VIIa)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1456/2001 tas-16 ta' Lulju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2549/2000 li jwaqqaf miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkuprar ta' l-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiz (Diviżjoni ICES VIIa)
ĠU L 194, 18.7.2001, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241
Official Journal L 194 , 18/07/2001 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1456/2001 tas-16 ta' Lulju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2549/2000 li jwaqqaf miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkuprar ta' l-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiz (Diviżjoni ICES VIIa) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) Il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2549/2000 [4] huma maħsuba sabiex jiżguraw li s-selettività ta' apparat tas-sajd użat fil-baħar Irlandiz huma tali li ftit bakkaljaw żgħir jinqabad. (2) L-Artikolu 2(1) u (2) jistipula li m'huwiex permess li tintuża kull xibka rmonkata ta' qrib il-qiegħ barra minn xbieki tat-tkarkir li jinkorporaw mogħdija għall-bakkaljaw jew estensjoni magħmulha kompletament jew parzjalment minn materjali multiplu ta' spag ta' l-ixbieki u kull xibka rmonkata ta' qrib il-qiegħ barra minn xbieki tat-tkarkir li jinkorporaw mogħdija fit-tarf għall-bakkaljaw u/jew biċċa miżjuda li l-ħxuna ta' l-ispag tagħha tkun aktar minn 6 mm. (3) Madankollu, parir xjentifiku riċenti jaqbel ma' l-opinjoni tas-sajjieda li cod-end u/jew biċċa żejda magħmulha minn spag doppju ta' ħxuna mhux aktar minn 4 mm huma teknikament ekwivalenti għal cod-end u/jew il-biċċa estensjoni kif imfissra preżentament. (4) Hemm il-ħtieġa fir-rigward ta' xi ftit sajjieda li jużaw cod-ends magħmulha minn spag doppju. (5) L-Artikolu 3 tar-Regolament kurrenti jirreferi għall-kondizzjonijiet li huma rilevanti biss matul l-2000 u għandu għalhekk jinbidel minn dispożizzjonijiet li jippreskrivu l-emendi meħtieġa. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 2549/2000 għandu għalhekk jiġi emendat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2549/2000 għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 3 Minkejja l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 2(1) u (2), meta s-sajd isir b'apparat ta' l-irmonk fil-Baħar Irlandiz, għandu jkun permess l-użu ta' kull cod-end u/jew biċċa miżjuda magħmulha minn materjal ta' spag doppju ta' l-ixbieki li l-ħxuna ta' kull barma indivdwali tagħha ma teċċedix l-4 mm." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi pubblikat fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 2001. Għall-Kunsill Il-President L. Michel [1] ĠU C 180 E, tas-27.6.2001, p. 311. [2] Opinjoni mgħoddija tal- 5.7.2001 (għadha mhux pubblikata fil-Gurnal Uffiċjali). [3] Opinjoni mogħtija tat- 30.5.2001 (għadha mhux ippubblikata fil-Gurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 292, tal-21.11.2000, p. 5. --------------------------------------------------