Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1253

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1253/2001 tas-26 ta’ Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, fir-rigward tal-produzzjoni potenzjali

    ĠU L 173, 27.6.2001, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1253/oj

    32001R1253



    Official Journal L 173 , 27/06/2001 P. 0031 - 0032


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1253/2001

    tas-26 ta’ Ġunju 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, fir-rigward tal-produzzjoni potenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jippreskrivu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-inbid, fir-rigward tal-produzzjoni potenzjali [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 784/2001 [4], jippreskrivu regoli dwar l-iffinanzjar tas-sistema ta’ l-istrutturar u konverżjoni.

    (2) Għas-sena finanzjarja 2000-01, saru allokazzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/503/KE tal-25 ta’ Lulju 2000 li tiffissa allokazzjoni finanzjarja indikattiva, għal numru ta’ ettari, mill-Istat Membru għall-istrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għas-sena tas-suq 2000-01 [5].

    (3) B’mod partikolari, ir-regoli jiddisponu għar-riċiklaġġ ta’ spejjeż allokati lil Stat Membru iżda li ma jkunux attwalment saru sat-30 ta’ Ġunju lil Stati Membri oħra li jitolbu dawn il-fondi u li attwalment sat-30 ta’ Ġunju ikunu weħlu l-ispiża kollha allokata lilhom. Ir-regoli jiddisponu wkoll għal tnaqqis fl-ammonti allokati lil Stati Membri fis-snin finanzjarji sussegwenti meta dak l-Istat Membru jkun għadu attwalment ma weħilx bl-ispiża kollha allokata lilu f’dik is-sena finanzjarja.

    (4) Matul l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ strutturar u konverżjoni, xi Stati Membri sabu diffikultajiet fil-formazzjoni u l-applikazzjoni tas-sistema. L-applikazzjoni tar-regoli fl-Artikoli 16 u 17 twassal għal tnaqqis eċċessiv fl-ammonti disponibbli għall-istrutturar u konverżjoni f’dawk l-Istati Membri fis-sena finanzjarja kurrenti u dik ta’ wara. Fi Stati Membri oħra, dawn id-diffikultajiet kienu inqas severi iżda jfisser għalihom li mhumiex se jkunu kapaċi jonfqu l-allokazzjoni kollha tagħhom sat-30 ta’ Ġunju, iżda li se jkunu kapaċi jagħmlu dan sal-15 ta’ Ottubru.

    (5) Għaldaqstant, huwa xieraq illi, fuq bażi transitorja għas-sena finanzjarja 2000-01, jittaffa dan it-tnaqqis eċċessiv billi tinħoloq il-possibiltà li jkunu riìklati l-ispejjeż li ma jkunux saru sat-30 ta’ Ġunju 2001 għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma weħlux l-allokazzjoni kollha tagħhom sa dik id-data, f’limitu xieraq.

    (6) Huwa xieraq ukoll, fuq bażi transitorja għas-sena finanzjarja 2000-01, li tinħoloq il-possibiltà li jiġu riċiklati l-ispejjeż li ma jkunux saru sat-30 ta’ Ġunju 2001 lill-Istati Membri li jkunu nefqu proporzjon sinifikanti ta’ l-allokazzjoni tagħhom, fil-limiti ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom.

    (7) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu t-talbiet previsti minn dan ir-Regolament, huwa meħtieġ illi jidħol fis-seħħ sat- 30 ta’ Ġunju 2001 l-aktar tard.

    (8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000:

    "8. Fir-rigward tas-sena finanzjarja 2000-01:

    (a) Stat Membru li jinnotifika lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a) ammont inqas minn 75 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja magħmula lil dak l-Istat Membru bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/503/KE [6] jista’ jibgħat lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, talba għal finanzjar sussegwenti tan-nefqa fis-sena finanzjarja 2000-01 iktar mill-ammont notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a);

    (b) talba magħmula minn Stat Membru skond il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi aċċettata sal-limitu li l-ammont tas-somma aċċettata u l-ammont notifikat skond l-Artikolu 16(1)(a)ma jeċċedix 75 % tal-ammont finanzjarju totali allokat lil dak L-Istat Membru bid-Deċiżjoni 2000/503/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri malajr kemm jista jkun wara t- 30 ta’ Ġunju bil-limitu sa fejn it-talbiet jistgħu jkunu aċċettati;

    (ċ) Stat Membru li jinnotifika lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a) ammont minn ta’ l-inqas 75 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja magħmula lil dak l-Istat Membru bid-Deċiżjoni 2000/503/KE iżda inqas mit-total ta’ dik l-allokazzjoni finanzjarja, jista’ jibgħat lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, talba għall-finanzjar sussegwenti tan-nefqa fis-sena finanzjarja 2000-01 iktar mill-ammont notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a);

    (d) talba magħmula minn Stat Membru skond il-punt (ċ) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi aċċettata sal-limitu li s-somma ta’ l-ammont aċċettat u l-ammont notifikat skond l-Artikolu 16(1)(a)ma teċċedix l-ammont finanzjarju totali allokat lil dak l-Istat Membru bid-Deċiżjoni 2000/503/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri malajr kemm jista jkun wara t-30 ta’ Ġunju bil-limitu sa fejn it-talbiet jistgħu jkunu aċċettati;

    (e) b’deroga mill-paragrafu 2, talbiet magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 16(1)(b) għandhom ikunu aċċettati fuq bażi pro rata, billi jintuża l-ammont disponibbli wara t-tnaqqis, għall-Istati Membri kollha, tas-somma total ta’ l-ammonti notifikati skond l-Artikolu 16(1)(a) u t-total ta’ l-ammonti aċċettati skond il-punti (b) u (d) ta’ dan il-paragrafu mill-ammont totali finanzjarju allokat lill-Istati Membri bid-Deċiżjoni 2000/503/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun wara t-30 ta’ Ġunju bil-limitu sa fejn it-talbiet jistgħu jkunu aċċettati."

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Ġunju 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

    [3] ĠU L 143, tas-16.6.2000, p. 1.

    [4] ĠU L 113, ta’ l-24.4.2001, p. 4.

    [5] ĠU L 201, tad-9.8.2000, p. 4.

    [6] ĠU L 201, tad-9.8.2000, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top