Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32001L0113
Council Directive 2001/113/EC of 20 December 2001 relating to fruit jams, jellies and marmalades and sweetened chestnut purée intended for human consumption
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem
ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67–72
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 027 P. 190 - 195
Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 18/11/2013
Official Journal L 010 , 12/01/2002 P. 0067 - 0072
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) Ċerti Direttivi vertikali li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu ssimplifikati sabiex jitqiesu biss il-ħtiġiet essenzjali li jridu jintlaħqu mill-prodotti li jkopru sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jimxu bil-libertà fis-suq intern, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Edinburgu nhar il-11 u t-12 ta' Diċembru 1992, kif ikkonfermat b'dawk tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussel fl-10 u l-11 ta' Diċembru 1993. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/693/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u l-purejiet tal-qastan [4] kienet iġġustifikata bil-fatt illi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti interessati setgħu jirrriżultaw f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta li x'aktarx tqarraq bil-konsumaturi, u b'hekk għandhom effett dirett fuq kif jiġi stabbilit u jiffunzjona s-suq komuni. (3) Id-Direttiva 79/693/KEE kienet għalhekk iddisinjata sabiex tistabbilixxi d-definizjonijiet u r-regoli komuni li jirregolaw il-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettjar tal-prodotti interessati, hekk illi jiżguraw il-moviment ħieles tagħhom fil-Komunità. (4) Id-Direttiva 79/693/KEE għandha tinġieb konformi mal-leġislazzjoni ġenerali Komunitarja dwar l-oġġetti ta' l-ikel, u b'mod partikolari l-leġislazzjoni dwar it-tikkettjar, l-aġenti li jagħtu l-kulur, il-materjali tal-ħlewwa u l-addittivi awtorizzati l-oħra u, f'ġieħ iċ-ċarezza, għandhom jiġu mfassla mill-ġdid sabiex jagħmlu iktar aċċessibbli r-regoli u l-kondizzjonijiet għall-produzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u l-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għall-konsum mill-bniedem. (5) Ir-regoli ġenerali tat-tikkettjar ta' l-ikel stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5] għandhom japplikaw bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet. (6) Sabiex jitqiesu t-tradizzjonijiet nazzjonali eżistenti fil-fabbrikazzjoni tal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u l-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa, huwa meħtieġ li jinżammu r-regolamenti nazzjonali eżistenti li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti b'kontenut imnaqqas taz-zokkor. (7) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti bl-Artikolu 5 tat-Trattat, il-għan li jiġu stabbiliti definizjonijiet u regoli komuni għall-prodotti interessati u li jġibu lil dawn id-dispożizzjonijiet f'linja mal-leġislazzjoni ġenerali Komunitarja dwar oġġetti ta' l-ikel, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba n-natura ta' din id-Direttiva, ikunu miksuba aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx iktar 'il bogħod minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb il-għan imsemmi. (8) Il-miżuiri meħtieġa sabiex tiġi implimenta din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni ikkonferiti lill-Kummisjoni [6]. (9) Biex jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli ġodda għall-moviment ħieles, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jadottaw, għall-prodotti fil-kwistjoni, id-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f'din id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I. M'għandhiex tapplika għall-prodotti maħsuba għall-manifattura ta' prodotti fini tal-bejgħ tal-furnara, il-pasti jew il-gallettini. L-Artikolu 2 Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I ma' hawn, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. L-ismijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti fih u għandhom jiġu użati fil-kummerċ għalbiex jiddenominawhom. L-ismijiet tal-prodotti użati fl-Anness I jistgħu, madankollu, jiġu użati b'żieda ma' l-isem skond il-prattiki għalbiex jiddennominaw prodotti oħra li ma jistgħux jiġu konfużi ma' dawk iddefiniti fl-Anness I. 2. L-ismijiet tal-prodotti għandhom jiġu ssuplementati b'indikazzjoni tal-frott jew frottijiet użati, fl-ordni dixxendenti skond il-piż tal-materji prima użati. Madankollu, għall-prodotti ffabbrikati minn tliet tipi jew aktar ta' frott, l-indikazzjoni tal-frottijiet użati tista' tiġi mibdula bil-kliem "frott imħallat" jew b'għamla simili tal-kliem, jew bin-numru tal-frott użat. 3. It-tikkettjar għandu jindika l-kontenut tal-frott billi jinkludi l-kliem "imħejji minn…g ta' frott għal kull 100 g" tal-prodott imlesti, wara t-tnaqqis tal-piż ta' ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija, jekk approprjat. 4. It-tikketjar għandu jindika l-kontenut totali taz-zokkor bil-kliem "kontenut totali ta'… g ta' zokkor għal kull 100 g", biċ-ċifra indikata tirrappreżenta l-valur stabbilit b'refrattometru f'20 °C tal-prodott imlesti, bla ħsara għal tolleranza ta' ± 3 % tal-gradi tar-refrattometru. Il-kontenut taz-zokkor m'għandux għalfejn, b'dana kollu, ikun indikat meta tiġi magħmula pretensjoni dwar in-nutriment għaz-zokkor fuq it-tikketti skond id-Direttiva 90/496/KEE [7]. 5. Il-partikolaritajiet riferiti fil-punt 3 u fl-ewwel subparagrafu tal-punt 4 għandhom jidhru fl-istess firxa tal-vista bħal dak ta' l-isem tal-prodott u b'karattri li jidhru biċ-ċar. 6. Meta l-kontenut tal-fdalijiet tad-diossidu tal-kubrit ikun aktar minn 10 mg/kg, il-preżenza tiegħu għandha tiġi indikata fuq il-lista ta' l-ingredjenti bħala deroga mill-Artikolu 6(4) tad- Direttiva 2000/13/KE. L-Artikolu 3 Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri m'għandhomx jadottaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f'din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 89/107/KEE [8] jew għad-dispożizzjonijiet adottati sabiex jagħtuha effett, l-ingredjenti biss elenkanti fl-Anness II ma' hawn u l-materji prima li jikkonformaw ma' l-Anness III ma' hawn jistgħu jiġu użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I ma' hawn. L-Artikolu 5 Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mal-materjali rriferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja riferita fl-Artikolu 6(2): - li jġibu lil din id-Direttiva konformi mal-leġislazzjoni ġenerali Komunitarja dwar l-oġġetti ta' l-ikel, - l-addattamenti għall-progress tekniku. L-Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") kif stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 69/44/KEE [9]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-Artikolu 7 Id-Direttiva 79/693/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-12 ta' Lulju 2003. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-12 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Il-miżuri għandhom jiġu applikati hekk illi: - jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2003. - jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2004. Madankollu, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma' din id-Direttiva imma li kienu ttikkettjati qabel it-12 ta' Lulju 2004 skond id-Direttiva 79/693/KEE għandu ikollhom il-permess sakemm jispiċċaw il-ħażniet. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri. L-Artikolu 9 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001. Għall-Kunsill Il-President C. PicquÉ [1] ĠU C 231, tad-9.8.1996, p. 27. [2] ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 95. [3] ĠU C 56, ta' l-24.2.1997, p. 20. [4] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/593/KEE (ĠU L 318, tal-25.11.1988, p. 44). [5] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [7] ĠU L 276, tas-6.10.1990, p. 40. [8] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, tal-10.9.1994, p. 1). [9] ĠU L 291, tad-19.11.1969, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ISMIJIET, ID-DESKRIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI U D-DEFINIZZJONIJIET I. DEFINIZZJONIJIET - "Ġamm" hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata tal-ġelatina, ta' tipi ta' zokkor, il-polpa u/jew il-purejiet ta' wieħed jew aktar tipi ta' frott u ilma. Madankollu, il-ġamm tal-frott taċ-ċitru tista' tinkiseb mill-frott sħiħ, maqtugħ fi flieli u/jew imfettet. — 350 g | bħala regola ġenerali, | — 250 g | għal passolina ħamra, it-tut tas-siġar rowan, il-frott tal-pjanta Rhamus Lyciodes tal-baħar, il-passolina sewda, il-frott tas-Solanum nigrum u l-isfarġel, | — 150 g | għall-ġinġer, | — 160 g | għat-tuffieħ tal-cashew, | — 60 g | għall-passion fruit. | - "Ġamm extra tal-frott" hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata tal-ġelatina, ta' tipi taz-zokkor, il-polpa mhux ikkonċentrata ta' wieħed jew aktar tipi ta' frott u ilma. Madankollu, il-ġamm extra tal-frott tas-siġra Solana nigrum u l-ġamm extra tal-lampun mingħajr iż-żerriegħa, tat-tut, tal-passolina sewda, il-frott tal-Vaccinium myrtyllum u l-passolina ħamra jistgħu jinkisbu fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom mill-purejiet mhux ikkonċentrat tal-frott rispettiv. Il-ġamm extra tal-frott taċ-ċitru tista' tinkiseb mil-frott sħiħ, maqtugħ fi flieli u/jew imfettet. Il-frott li ġej ma jistax jiġi użat imħallat ma' frott ieħor fil-fabbrikazzjoni tal-ġamm extra tal-frott: it-tuffieħ ta' belludja, il-lanġas, l-għanbaqar ta'l-għadma mwaħħla, id-dulliegħ, il-għeneb, il-qargħa aħmar, il-ħjar u t-tadam. — 450 g | bħala regola ġenerali, | — 350 g | għall-passolina ħamra, it-tut tas-sigra rowan, il-frott tal-pjanta Rhamus Licyodes tal-baħar, il-passolina sewda, il-frott tas-Solanum nigrum u l-isfarġel, | — 250 g | għall-ġinġer, | — 230 g | għat-tuffieħ tal-cashew, | — 80 g | għall-passion fruit. | - Il-"ġelatina" hija t-taħlita ġġelatinata kif approprjat ta' tipi ta' zokkor u l-meraq u/jew l-estratti ilmija ta' tip wieħed jew aktar ta' frott. Il-kwantità tal-meraq u/jew l-estratti ilmija wżata fil-fabbrikazzjoni ta' 1000 g tal-prodott imlesti m'għandhiex ikun anqas minn dak stabbilit għall-fabbrikazzjoni tal-ġamm tal-frott. Dawn il-kwantitajiet huma kkalkolati wara t-tnaqqis tal-piż ta' l-ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija. - Fil-każ tal- "ġelatina extra", madankollu, il-kwantità tal-meraq tal-frott u/jew ta' l-estratti ilmija użati fil-fabbrikazzjoni ta' 1000 g tal-prodott imlesti m'għandhiex tkunu anqas minn dak stabbilit għall-fabbrikazzjoni tal-ġamm extra tal-frott. Dawn il-kwantitajiet huma kkalkolati wara t-tnaqqis tal-piż ta' l-ilma użat fit-tħejjija ta' l-estratti ilmija. Il-frott li ġej ma jistax jiġi użat imħallat ma' frottijiet oħra fil-fabbrikazzjoni tal-ġelatina extra: it-tuffieħ ta' belludja, il-lanġas, il-għanbaqar ta' l-għadma mwaħħla, id-dulliegħ, il-għeneb, il-qara aħmar, il-ħjar u t-tadam. - Il-"marmellata" hija taħlita, miġjuba għal konsistenza ġġelatinata kif jixraq, ta' tipi ta' zokkor u wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin miksuba mill-frott taċ-ċitru: il-polpa, il-purejiet, il-meraq, l-estratti ilmija u l-qoxra. Il-kwantità tal-frott taċ-ċitru wżata fit-tħejjija ta' 1000 g tal-prodott imlesti ma tridx tkun anqas minn 200 g li minnhom mill-anqas 75 g iridu jinkisbu mill-endokarpu. - L-isem "ġelatina tal-marmellata" jista' jiġi użat meta l-prodott ma jkun fih l-ebda materjal li ma jinħallx għajr possibilment għal kwantitajiet żgħar ta' qxur imfettet irqiq. - "Purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa" hija taħlita, miġjuba għal konsistenza addattata, ta' l-ilma, iz-zokkor u mill-anqas 380 g ta' purejiet tal-qastan (Castanea sativa) għal 1000 g tal-prodott imlesti. II. Il-prodotti ddefiniti fil-Parti I għandu jkun fihom kontenut ta' materjal xott solubbli ta' 60 % jew aktar kif stabbilit bir-refrattometru, għajr għal dawk il-prodotti li rigward tagħhom iz-zokkor ikun ġie mibdul fl-intier tiegħu jew f'parti minnu b'materjali li jagħtu l-ħlewwa. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-Istati Membri jistgħu, madankollu, sabiex iqisu ċerti kazijiet partikolari, jawtorizzaw l-ismijiet irrisrvati għall-prodotti ddefiniti fil-Parti I li jkollhom kontenut tal-materjal solubbli ta' anqas minn 60 %. III. Meta l-frott jiġi mħallat flimkien, il-kontenuti minimi stabbiliti fil-Parti I għat-tipi differenti tal-frott jistgħu jiġu mnaqqsa fil-proporzjon tal-perċentwali użati. -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ingredjenti addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu wżati fil-prodotti ddefiniti fl-Anness I. - l-għasel kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ta' l-29 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' l-għasel [1]: fil-prodotti kollha bħala sostitut totali jew parzjali ta' tipi ta' zokkor, - il-meraq tal-frott: fil-ġamm tal-frott biss, - il-meraq tal-frott taċ-ċitru: fil-prodotti miksuba minn tipi oħra ta' frott: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelatina extra biss, - il-meraq tal-frott aħmar: fil-ġamm tal-frott u l-ġamm extra tal-frott iffabbrikati mill-frott tas-Solanum nigrum, il-frawli, il-lampun, ir-ribes, il-passolina ħamra, l-għanbaqar u r-rabarbru biss, - il-meraq tal-pitravi ħamra: fil-ġamm tal-frott u l-ġelatina ffabrikati mill-frawli, il-lampun, ir-ribes, il-passolina ħamra, u l-għanbaqar biss, - iż-żjut essenzjali tal-frott taċ-ċitru: fil-marmellata u l-ġelatina tal-marmellata biss, - iż-żjut u x-xaħmijiet li jittieklu bħala aġenti għal kontra r-ragħwa: fil-prodotti kollha, - il-pektin likwidu: fil-prodotti kollha, - il-qoxra tal-frott taċ-ċitru: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelationa extra, - il-weraq tal-Pelargonium odoratissimum: fil-ġamm tal-frott, il-ġamm extra tal-frott, il-ġelatina u l-ġelatina extra, meta dawn ikunu magħmula mill-isfarġel, - l-ispiriti, l-inbid u l-likuri mill-inbid, il-ġewż, il-ħwawar aromatiċi, l-ispeċi, il-vanilla u l-estratti tal-vanilla: fil-prodotti kollha, - il-vanillin: fil-prodotti kollha. [1] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 47. -------------------------------------------------- L-ANNESS III A. DEFINIZZJONIJIET Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1. Il-Frott: - frott frisk, b'saħħtu, li mhux qed jitħassar, li jkun fih il-kostitwenti essenzjali kollha u misjur biżżejjed għall-użu, wara t-tindif, it-tneħħija tat-tbajja, il-qtugħ tal-wiċċ u tal-qiegħ, - għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tadam, il-partijiet li jittieklu taz-zkuk tar-rabarbru, iz-zunnarija, il-patata ħelwa, il-ħjar il-qara' aħmar, il-bettiegħ u d-dulliegħ jitqiesu bħala frott, - il-"ġinġer" ifisser l-għerq li jittiekel tal-pjanta tal-ġinġer fl-istat frisk jew ippreservat. Il-ġinġer jista' jkun imnixxef jew ippreservat fil-ġulepp. 2. Il-Polpa (tal-Frott): Il-parti li tittiekel tal-frotta kollha, jekk approprjat, li minnha titneħħa l-qoxra ta' barra, il-qxur l-oħra, iż-żerriegħa, il-għadam u bħal dawn, li tkun ġiet imqattgħa jew imgħaffġa imma li ma tkunx ġiet magħmula purejiet. 3. Il-Purejiet (tal-Frott): Il-parti li tittiekel tal-frotta kollha, jekk meħtieġ, mingħajr il-qoxra ta' barra, il-qxur l-oħra, iż-żerriegħa, il-għadam u bħal dawn, li tkun ġiet miġjuba f'purejiet permezz ta' passatur jew proċess simili. 4. L-Estratti ilmija (tal-frott): L-estratt ilmi tal-frott li, bla ħsara għat-telf meħtieġ li jiġri waqt il-fabbrikazzjoni xierqa, li jkun fih il-kostitwenti kollha li jinħallu fl-ilma tal-frott użat. 5. Iz-Zokkor It-tipi taz-zokkor awtorizzati huma: 1. it-tipi taz-zokkor kif iddefiniti fid-Direttiva 2001/111/KE [1]; 2. il-ġulepp tal-fruttosi; 3. iz-zokkor estratt mill-frott; 4. iz-zokkor ismar. B. IT-TRATTAMENT TAL-MATERJI PRIMA 1. Il-prodotti ddefiniti fl-oġġetti 1, 2, 3 u 4 tal-Parti A jistgħu jiġu ttrattati bil-metodu li ġejjin: - imsaħħna, imkessħa jew iffriżati, - imnixxfa bil-friża, - ikkonċentrati, safejn u sakemm dan huwa teknikament possibli, - bl-eċċezzjoni tal-materji prima wżati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti "extra": l-użu tad- diossidu tal-kubrit (E 220) jew l-imluħ tiegħu (E 221, E 222, E 223, E 224, E 226 u E 227) bħala għajnuna fil-fabbrikazzjoni sakemm ma jinqabiżx il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit stabbilit fid-Direttiva 95/2/KE fil-prodotti ddefiniti fil-Parti I ta' l-Anness I. 2. Il-berquq u l-għanbaqar għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-ġamm tal-frott jistgħu jiġu ttrattati wkoll bi proċesi oħra tat-tnixxif minbarra t-tnixxif bil-friża. 3. Il-qxur tal-frott taċ-ċitru jistgħu jiġu ppriservati fis-salmura. [1] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 53. --------------------------------------------------