EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32001D0393

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2001 li twaqqaf il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ bajd ċertifikat bħala liberu minn patoġeni minn pajjiżi mhux membri u li tagħmel lista’ ta’ pajjiżi mhux membri li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ tali bajd (notifikat taħt id-dokument numru K(2001) 1174)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 138, 22.5.2001, p. 31/35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Estatuto jurídico del documento Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 25/04/2007; Imħassar b' 32006D0696

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/393/oj

32001D0393



Official Journal L 138 , 22/05/2001 P. 0031 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-4 ta’ Mejju 2001

li twaqqaf il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ bajd ċertifikat bħala liberu minn patoġeni minn pajjiżi mhux membri u li tagħmel lista’ ta’ pajjiżi mhux membri li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ tali bajd

(notifikat taħt id-dokument numru K(2001) 1174)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/393/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/90/KE [2], u partikolarment l-Artikoli 23, 24(2), 26 u 27a tagħha, li jiġu applikati d-disposizzjonijiet kollha l-oħra ta’ din id-Deċiżjoni.

Billi:

(1) Bajd speċifikat liberu mill-patoġeni (SLP) huwa li jintuża għal proċeduri djanjostiċi fil-laboratorji, għall-produzzjoni u t-testjar ta’ vaċċini u għar-riċerka u skopijiet farmaċewtiċi u għandhom ikunu mmarkati b’timbru.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-kummerċ fil-bajd għat-tfaqqis u fil-flieles tat-tajr fuq l-irziezet [3] iwaqqaf ir-rekwiżiti għall-immarkar ta’ bajd għat-tfaqqigħ u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77 li jimplimentah [4], iwaqqaf regoli dettaljati ta’ applikazzjoni partikolarment li jikkonċernaw l-immarkar tal-bajd għat-tfaqqis.

(3) Bajd SLP mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

(4) Bajd SLP mhux definit speċifikament bħal fil-leġislazzjoni Komunitarja; għalhekk għandha titwaqqaf definizzjoni speċifika.

(5) Il-bajd SLP għandhom jiġu prodotti skond il-Farmakopea Ewropea valida [5], li fiha huma definiti r-rekwiżiti.

(6) Dawn il-karatteristiċi partikolari għandhom irażżnu l-introduzzjoni ta’ influwenza ta’ l-għasafar, il-marda ta’ Newcastle u mard ieħor tat-tajr fil-Komunità b’ kondizzjoni

(7) L-Istati Membri jixtiequ jimportaw bajd SLP minn pajjiżi li mhumiex meqjusa liberi mill-marda ta’ Newcastle u influwenza tal-għasafar, iżda jistgħu joffru biżżejjed garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali għal dan il-prodott speċifiku.

(8) Il-bajd SLP jista’ jintuża biss f’faċilitajiet fejn ser jinqerdu jew jiġu trattati mod ieħor wara l-użu f’tali mod li jitrażżan kull riskju ta’ tixrid tal-mard.

(9) Ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għal din il-kategorija ta’ bajd u lista korrispondenti ta’ pajjiżi mhux membri li huma permessi li jużaw dan iċ-ċertifikat għall-esportazzjoni ta’ tali bajd fil-Komunità għandhom jiġu formolati.

(10) Il-miżuri f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandha tgħodd din id-definizzjoni: ‘Bajd speċifikat liberu mill-patoġeni (SLP) bajd għat-tfaqqis kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE, derivati minn merħliet ta’ tiġieġ liberi minn patoġeni speċifikati kif deskritt fil-Farmakopea Ewropea u li huma intiżi għal użu dijanjostiċi, riċerka u farmaċewtika.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd SLP minn pajjiżi mhux membri jew partijiet ta’ pajjiżi mhux membri elenkati fl-Anness 1, sakemm dawn jilħqu r-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali stabbilit fl-Anness II u li huma akkumpanjati minn tali ċertifikat, mimli u ffirmat.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd SLP biss meta jiġu mmarkati b’timbru li jindika l-kodiċi ISO tal-pajjiż u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment u meta l-ippakkjar tagħhom ikun fih l-istess informazzjoni b’mod viżibbli u li jinqara ċar u li tindika li l-konsenja jkun fiha dan il-prodott speċifiku; oltre wara l-kontroll ta’ l-importazzjoni il-konsenja għandha tiġi ttrasportata b’mod dirett sad-destinazzjoni finali tagħha. Tali mmarkar għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali tan-negozju fil-bajd stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2782/75 kif l-aħħar emendat u r-Regolament li jimplementah (KEE) Nru 1868/77.

Artikolu 3

Bajd mhux użat, materjal tal-ippakkjar u partijiet ta’ skart jew prodotti ta’ skart tal-bajd għandhom jiġu inċinerati jew trattati mod ieħor wara l-użu b’tali mod li r-riskju ta’ tixrid tal-mard jiġi mrażżan.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal bajd liberu mill-patoġeni ċertifikat mit-30 ta’ April 2001.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, fl-4 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, pġ. 6.

[2] ĠU L 300, tat-23.11.1999, pġ. 19.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, pġ.100

[4] ĠU C 282, ta’ l-1.11.1975, pġ. 1.

[5] Tielet edizzjoni, Kunsill ta' l-Ewropa, 1997.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Pajjiżi mhux membri li huma permessi li jużaw iċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għall-importazzjonijiet ta’ bajd speċifikat liberu mill-patoġeni (SLP) fl-Unjoni Ewropea huma dawk il-pajjiżi li huma elenkati fl-I Parti ta’ L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Arriba