This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2731
Commission Regulation (EC) No 2731/2000 of 14 December 2000 amending Regulation (EC) No 2543/95 laying down special detailed rules for the application of the system of export licences for olive oil
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2731/2000 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2543/95 li jipprovdi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2731/2000 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2543/95 li jipprovdi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa
ĠU L 316, 15.12.2000, p. 42–42
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1345
Official Journal L 316 , 15/12/2000 P. 0042 - 0042
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2731/2000 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2543/95 li jipprovdi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidraw r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 136/1999 tat-22 ta’ Settembru 1996 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2702/1999 [2], u b’mod partikolari Artikolu 2(2) tiegħu, Billi: (1) Biex jiġu simplifikati l-arranġamenti, Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1291/2000 tad-9 Ġunju 2000, jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni għas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti [3], jipprovdi l-kwantitajiet minimi ta’ prodotti agrikoli li dwarhom liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem m’humiex meħtieġa u m’hemmx bżonn jiġu prodotti. Għaż-żejt taż-żebbuġa dawk il-kwantitajiet huma 100 kg kemm għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni. (2) Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2543/95 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 726/98 [5], jistipula li ebda liċenzja m’hi meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ 50 kg jew anqas. (3) Minħabba l-miżuri orizzontali adottati bir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar il-kwantitajiet massimi skond il-prodott li jistgħu jiġu importati jew esportati mingħajr liċenza, għall-għan ta’ simplifikazzjoni u sigurtà legali dispożizzjonijiet diverġenti m’għandhomx jinżammu f’kull settur u b’mod partikolari għaż-żejt taż-żebbuġa. (4) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żjut u Xaħmijiet, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 2543/95 huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 7. [3] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1. [4] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 33. [5] ĠU L 100, ta’ l-1.4.1998, p. 46. --------------------------------------------------