Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1703

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1703/2000 tal-31 ta' Lulju 2000 li għandu x'jaqsam mal-klassifika ta' oġġetti partikulari fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 195, 1.8.2000, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1703/oj

    32000R1703

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1703/2000 tal-31 ta' Lulju 2000 li għandu x'jaqsam mal-klassifika ta' oġġetti partikulari fin-Nomenklatura Magħquda

    Official Journal L 195 , 01/08/2000 P. 0022 - 0023
    CS.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    ET.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    HU.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    LT.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    LV.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    MT.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    PL.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    SK.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189
    SL.ES Chapter 02 Volume 10 P. 188 - 189


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1703/2000

    tal-31 ta' Lulju 2000

    li għandu x'jaqsam mal-klassifika ta' oġġetti partikulari fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' l-istatistika u tat-tariffi u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1264/2000 [2], u speċjalment l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) Biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kollha jew f'parti bbażata fuqha jew li żżid magħha kull subdiviżjoni addizzjonali tagħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet dettaljati tal-Komunità, għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u miżuri oħra konnessi man-negozju fil-prodotti.

    (3) Bis-saħħa ta' dawn l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3.

    (4) Huwa xieraq li t-tagħrif dwar it-tariffi li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika ta' prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu, skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], jibqgħu jissemmew għal perijodu ta' tliet xhur mid-dententur.

    (5) Il-miżuri li hemm ipprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2 ta' dik l-iskeda.

    L-Artikolu 2

    Tagħrif dwar tariffi li jorbot maħruġ mill-awtoritatjiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhux konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jista' jibqa' jiġi invokat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Pedro Solbes Mira

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 144, tas-17.6.2000, p. 6.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Faqqiegħ (Genus Agaricus) ippreparati, mgħollija ftit, mitfugħin f'likwidu bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:aċidu ħieles volatili, espress bħala aċdu aċetiku: 0,5 % bil-piżsulfit: < 2 ppmmelħ: 2,6 % bil-piżDan il-prodott, li għandu fih aġenti oħrajn li jippreżervaw huwa tajjeb għal konsum uman immedjat. | 20031030 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata, nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 20 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 2003, 200310 u 20031030. Minħabba l-kontenut tal-melħ li jqabeż it-2,5 % bil-piż, il-prodott huwa eskluż mill-Kodiċi NM 20019050 b'mod konformi man-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Kombinata. |

    2.Materjal sintetiku magħmul minn blokki ta' kopolimeri stirene-etilene/propilene-stirene jew stirene-etilene/butilene/stirene bi grad baxx ta' nuqqas ta' saturazzjoni (valur ta' iodju ta' bejn 4 u 7). | 40029990 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata, nota 4(a) tal-Kapitolu 40 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 4002, 400299 u 40029990. Dawn il-blokki ta' polimeri jħarsu l-kriterji kollha tan-nota 4(a) tal-Kapitolu 40 u huma kklassifikati bħala gomom sintetiċi ta' l-intestatura 4002. |

    --------------------------------------------------

    Top