EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0812

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2000 tas-17 ta' April 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94 li jistabblixxi ċerti miżuri tekniċi sabiex jiġu konservati r-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran u r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi mis-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-ħarsien ta' żgħażagħ ta' organiżmi tal-baħar

ĠU L 100, 20.4.2000, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/812/oj

32000R0812



Official Journal L 100 , 20/04/2000 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2000

tas-17 ta' April 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94 li jistabblixxi ċerti miżuri tekniċi sabiex jiġu konservati r-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran u r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi mis-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-ħarsien ta' żgħażagħ ta' organiżmi tal-baħar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 37 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi:

(1) B'mod konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għas-sajd u l-akwakultura [3], l-għanijiet ġenerali tal-politika komuni tas-sajd huma l-protezzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi akwatiċi ħajjin tal-baħar.

(2) Il-Kummissjoni Internazzjonajli għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (ICCAT), fil-11 is-sessjoni straordinarja tagħha miżmuma f'Santiago de Campostela, Spanja mis-16 sat-23 ta' Novembru 1998, irrakkomandat ċerti regoli speċifiċi dwar l-għeluq staġjonali tas-sajd u d-daqsijiet minimi tal-ħut fit-tniżżil l-art tat-tonn ta' denbu ikħal. Dawn ir-regoli huma mfassla fuq parir xjentifiku. Din ir-rakkomandazzjoni daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 1999.

(3) Il-Komunità hija membru ta' l-ICCAT. Huwa għalhekk meħtieġ illi dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati, sabiex tiġi evitata kull pressjoni żejda fuq is-sajd tat-tonn ta' denbu ikħal.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 [4] u r-Regolament (KE) Nru 850/98 [5] jistabbilixxu d-daqsijiet minimi tat-tonn ta' denbu ikħal, rispettivament, fil-Baħar Mediterran u fir-Reġjuni 1 sa 5, għajr l-Iskagerrak u l-Kattegat, ta' l-Oċeani Atlantiku u Indjan. Ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 stabbilixxa għeluq staġjonali tas-sajd fil-Baħar Mediterran. Dawn ir-Regolamenti għandhom konsegwentement jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

"1. Huwa projbit li jinqabad tonn ta' denbu ikħal b'kull xibka tat-tidwir:

- għal bastimenti illi ż-żona esklussiva jew predominanti tax-xogħol tagħhom huwa fil-Baħar Adrijatiku, mill-1 sal-31 ta' Mejju fil-Baħar Mediterran kollu u mis-16 ta' Lulju sal-15 ta'Awissu fil-Baħar Mediterran minbarra l-Adrijatiku,

- għal bastimenti illi ż-żona esklussiva jew predominanti tax-xogħol tagħhom huwa l-Mediterran, minbarra l-Adrijatiku, mis-16 ta' Lulju sal-15 ta' Awissu fil-Baħar Mediterran kollu u mill-1 sal-31 ta' Mejju fil-Baħar Adrijatiku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom jew huma reġistrati fihom jikkonformaw ma' dan il-paragrafu.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-limitu tan-nofs in-nhar tal-Baħar Adrijatiku għandu jkun linja miġbuda bejn il-fruntiera Greko Albaniża u l-Kap Santa Maria di Leuca."

2. Fl-Anness IV id-dħul li għandu x'jaqsam mat-

Thunnus thynnus

għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"L-ispeċi | Daqs minimu |

Tonn ta' denbu ikħal (Thunnus thynnus) | 70 ċm jew 6,4 kg |

L-Artikolu 2

Fl-Anness XII mar-Regolament (KE) Nru 850/98 id-dħul li għandu x'jaqsam mat-tonn ta' denbu ikħal u n-nota 5 fil-qiegħ tal-paġna għandhom jiġu mibdula b'li ġej:

"L-ispeċi | Daqs minimu |

Tonn ta' denbu ikħal (Thunnus thynnus) | 70 ċm jew 6,4 kg |

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta' April 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Capoulas Santos

[1] Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Marzu 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 75, ta' l-15.3.2000, p. 13.

[3] ĠU L 389, ta' l-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 (ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1).

[4] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1448/1999 (ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 7).

[5] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2723/1999 (ĠU L 328, tat-22.12.1999, p. 9).

--------------------------------------------------

Top