Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0190

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 190/2000 ta' l-24 ta' Jannar 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2320/97 li, fost ħwejjeġ oħra, jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux illig mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu li joriġinaw fir-Russja

    ĠU L 23, 28.1.2000, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/11/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/190/oj

    32000R0190



    Official Journal L 023 , 28/01/2000 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 190/2000

    ta' l-24 ta' Jannar 2000

    li jemenda r-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2320/97 li, fost ħwejjeġ oħra, jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux illig mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu li joriġinaw fir-Russja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet tad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 8(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ssottomessa mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. IL-PROĊEDURA TA' QABEL

    (1) Bir-Regolament (KE) Nru 2320/97 [2] (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament definittiv"), il-Kummissjoni imponiet dazji definittivi kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux f'illig mingħajr is-sinjali ta' fejn jitwaħħlu li joriġinaw fl-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka. Il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi ta' hawn fuq offrew xogħlijiet li jindaħlu għalihom. Dawn ix-xogħlijiet ġew aċċettati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/790/KE [3]. B'konsegwenza ta' dan, l-esportazzjonijiet tagħhom huma eżentati parzjalment mid-dazi ta' kontra d-dumping.

    (2) Fil-każ tar-Russja, ix-xogħol midħul għalih offrut ma kienx aċċettat mill-Kummissjoni għaliex ma kienx fih il-garanziji meħtieġa min-naħa ta' l-awtoritajiet Russi għalbiex jitħalla monitoraġġ adegwat u ġie impost dazju ad valoram kontra d-dumping ta' 26.8 %.

    (3) Il-Premessa (87) tar-Regolament definittiv ipprovvdiet, madankollu, li tiġi mmodifikata l-miżura ta' kontra d-dumping rigward ir-Russja, jekk qatt ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi hekk li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet sabiex jiġi aċċettat xogħol midħul għalih.

    B. IR-RIVISTA INTERIM

    (4) Wara li l-awtoritajiet Russi ddikjaraw sossegwentement illi jipprovdu garanziji ġodda, il-Kummissjoni bdiet kif jixraq rivista interim [4] skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (minn issa ‘l qudiem imsejjaħ ir-"Regolament bażiku"), limitati fl-iskop għall-eżami ta' l-aċċettabbiltà tax-xogħol midħul għalih mill-produtturi esportaturi Russi interessati.

    (5) L-investigazzjoni mwettqa żvelat għaliex ix-xogħol midħul għalih li jkun qiged jiġi offrut konġentement mill-awtoritajiet Russi u l-produtturi esportaturi Russi interessti huwa mmudellat fuq dawk offruti, u aċċettati mill-Kummissjoni, fl-investigazzjoni oriġinali. B'żieda ma' dan, il-Ministeru Russu tal-Kummerċ iggarantixxa li jissorvelja u jimmonitorja x-xogħol midħul għalih.

    (6) L-eliminazzjoni ta' l-inġurja trid tinkiseb b'żewġ mezzi: l-ewwel, impenn tal-prezz sa livell stabbilit (għatba) ta' kull sena tal-volum eżentat mid-dazju ta' kontra d-dumping, u, imbagħad, dazju ad valorem kontra d-dumping miġbur b'taxxa fuq kull importazzjoni ‘il fuq minn din il-għatba.

    (7) Il-Minsteru tal-Kummerċ Russu indaħal li jikkontrolla u jawtentika ċ-ċertifikati tal-produzzjoni għal kull tagħbija miġrura bil-baħar iffatturata esportata lill-Komunità li tidħol fil-kwantità miftiehma eżentata mid-dazju ta' kontra d-dumping. Sabiex jiġi żgurat illi l-kwantità ta' l-importazzjonijiet eżentati mid-dazju ta' kontra d-dumping ma taqbiżx il-kwantità li rigward tagħha x-xogħol midħul għalih ikun ġie offrut, l-eżenzjoni trid tkun bil-kondizzjoni tal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana Komunitarji ta' ċertifikati tal-produzzjoni, li jidentifikaw biċ-ċar lill-produttur, lill-prodott interessat, lill-konsumatur lil lilu l-oġġetti jkunu ddestinati u d-dettalji elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament. F'każijiet ta' dubju, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b'deċiżjoni jekk ċertifikat ikunx validu, u tieħu l-miżuri approprjati, skond l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

    (8) Wara li eżaminat bil-għaqal is-sitwazzjoni, il-Kummisjoni aċċettat ix-xogħol midħul għalih bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2999/70/KE [5].

    (9) Għalhekk, ir-Regolament definittiv irid jiġi emendat sabiex l-importazzjnijiet magħmula skond it-termini tax-xogħol midħul għalih ma jkunux bla ħsara għad-dazju ta' kotra d-dumping,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2320/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    (a) fl-Artikolu 1(2), dik il-parti tat-tabella li tirreferi għar-Russja għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    "Pajjiż | Fabbrikant tal-Prodott | Rata tad-dazju | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |

    Russja | It-Taganrog metallurgical works | 26,8 % | A039 |

    Il-Pervouralsky Novotrubny | 26,8 % | A040 |

    Iċ-Chelyabinsk tube-rolling plant | 26,8 % | A041 |

    Oħrajn | 26,8 % | A999" |

    (b) dan li ġej għandu jiġi miżjud mat-tabella fl-Artikolu 2(4):

    "Pajjiż | Fabbrikant tal-Prodott | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |

    Russja | It-Taganrog metallurgical works | A042 |

    Il-Pervouralsky Novotrubny | A043 |

    Iċ-Chelyabinsk tube-rolling plant | A044" |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Gama

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18)

    [2] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 1

    [3] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 63

    [4] ĠU C 77, ta' l-20.3.1999, p. 6

    [5] Ara l-paġna 78 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Elementi prinċipali taċ-ċertifikat tal-produzzjoni [1]

    (a) In-numreu taċ-ċertrifikat

    (b) L-identifikazzjoni li turi jekk iċ-ċertifikat huwiex l-oriġinali jew kopja.

    (ċ) Id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat.

    (d) It-test li ġej:

    "Ċertifikat tal-produzzjoni awtentikat mill-Ministeru tal-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa għall-monitoraġġ skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2320/97 għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ġewwa l-Kodiċi addizzjonali tat-TARIC XXXX ta' ċerti pajpijiet u tubi ta' l-azzar mingħajr sinjali ta' fejn jitwaħħlu."

    (e) L-isem u l-indirizz sħiħ tal-produttur esportatur rilevanti, inklużi n-numru tat-telefon u tal-fax u n-numru ta' l-identifikazzjoni possibbli bħalma huwa n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali għall-kumpaniji inkorporati.

    (f) L-isem u l-indirizz sħiħ tal-klijent tal-produttur esportatur rilevanti, inklużi n-numri tat-relefon u tal-fax, li lilu l-prodott ġie mibjugħ u ffatturat minn dan il-produttur esportatur.

    (g) In-numru tal-fattura kummerċjali li magħha għandu x'jaqsam iċ-ċertifikat tal-produzzjoni.

    (h) Id-deskrizzjoni eżatta ta' l-oġġetti, inklużi:

    - deskrizzjoni tal-prodott biżżejjed għalbiex tidentifika l-prodott, li jrid ikun identiku għall-ispeċifikazzjonijiet tal-fattura,

    - il-Kodiċi tan-NM,

    - il-kwantità (f'tunnellati metriċi).

    (i) Id-dikajarazzjoni ffirmata mill-produttur esportatur li ġejja:

    "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi l-bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' l-oġġetti koperti b'dan iċ-ċertifikat qiegħed isir fl-iskop u skond il-kondizzjonijiet tax-xogħol midħul għalih minn… (il-produttur esportatur rilevanti), u fil-volum permess għall-importazzjonijiet mingħajr dazju ta' kontra d-dumping għal gol-Komunità Ewropea ddikjarati fix-xogħol midħul għalih aċċettat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni Nru 2000/70/KE. Jiena nidikjara illi t-tagħrif ipprovvdut f'dan iċ-ċertifikat huwa komplet u korrett."

    (j) Spazju għat-timbru u l-firma ta' persuna awtorizzata mil-Ministeru tal-Kummerċ Russu.

    (k) Spazju għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

    [1] Kull kaxxa fuq iċ-ċertifikat trid tkun f'żewġ ilsna, ir-Russu u l-Ingliż.

    --------------------------------------------------

    Top