This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0642
Council Decision of 17 October 2000 concerning arrangements for cooperation between financial intelligence units of the Member States in respect of exchanging information
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l- arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l- arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni
ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2021; Imħassar b' 32019L1153
Official Journal L 271 , 24/10/2000 P. 0004 - 0006
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l- arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni (2000/642/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra it-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu, Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja, Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Il-pjan ta' l-azzjoni sabiex jiġġieled il-kriminalità organizzata kien ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam tas-16 sas-17 ta' Ġunju 1997 [1]. Il-pjan ta' azzjoni irrakkomanda, partikolarment fir-rakkomandazzjoni 26(e), li għandu jkun hemm titjib fil-koperazzjoni bejn il-punti kompetenti tal-kuntatt sabiex jirċievu rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-money laundering [2]. (2) L-Istati Membri kollha stabbelixxew unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja (FIUs) sabiex jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni akkwistat permezz tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/308/KEE bl-għan li jistabilixxu r-rabtiet bejn transazzjonijiet finanzjari suspettużi u l-attività kriminali sabiex jipprevenu u jikkumbattu l-money laundering. (3) Titjib fil-mekkaniżmi għal-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-FIUs hija waħda mill-oġġettivi rikonoxxuti mill-Grupp ta' l-Esperti dwar il-Money Laundering stabbilit fi ħdan il-Grupp Multidixxipplinarju dwar il-Kriminalità Organizzata, flimkien ma titjib fil-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-FIUs u l-awtoritajiet investigattivi fl-Istati Membri u fl-organizzazzjoni multidipplixxinarju tal-FIUs, sabiex jinkoroporaw għarfien tas-setturi finanzjarji, ta' l-infurzar tal-liġijiet u ġudizzjarji. (4) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Marzu 1995 aċċennaw il-fatt li t-tisħieħ tas-sistemi għall-ġlieda kontra l-money laundering jiddependi minn koperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet differenti involuti fil-ġlieda tiegħu. (5) It-tieni rapport tal-Kummissijoni lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/308/KEE jidentifika d-diffikultajiet li għandhom jidhru li jipprevjenu l-komunikazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn ċerti unitajiet li għandhom status legali differenti. (6) Huwa meħtieġ li ssir koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri involuti fil-ġlieda kontra l-money laundering u li ssir disposizzjoni għall-komunikazzjoni diretta bejn dawk l-awtoritajiet. (7) Diġa ġew adottati b'suċċess arranġamenti mill-Istati Membri b'relazzjoni ma' din il-materja, ibbażati primarjament fuq il-prinċipji stabbiliti fil-mudell ta' memorandum tal-ftehim propost min-network informali dinjija tal-FIUs referuta bħala "il-Grupp Egmont". (8) L-Istati Membri għandhom jorganizzaw l-FIUs b'tali mod sabiex jassiguraw li dik l-informazzjoni u d-dokumenti jkunu ippreżentati fi spazju ta' żmien raġjonevoli. (9) Din id-Deċiżjoni ma taffettwax xi Konvenzjoni jew arranġament li jirrigwardja l-għajnuna reċiproka f'materji kriminali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-FIUs, stabbiliti jew nominati sabiex jirċievu l-isvelar ta' l-informazzjoni finanzjarja għall-għan li jikkumbattu l-money laundering għandhom jikkoperaw sabiex iqabblu, janalizzaw u jinvestigaw l-informazzjoni relevanti fi ħdan il-FIUs dwar kwalunkwe fatt li jista' jkun ta' indikazzjoni tal-money laundering b'konformità mal-poteri nazzjonali tagħhom. 2. Għall-għanjiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-FIUs iwettqu skambju, fuq bażi spontanja jew mat-talba u jew inkella b'konformità ma' din id-Deċiżjoni jew b'konformità mal-memoranda eżistenti jew futuri tar-rikonoxximent, kull informazzjoni disponibbli li tista' tkun relelvanti għall-ipproċessar jew l-analiżi ta' l-informazzjoni jew għal investigazzjoni mill-FIUs li tirrigwarda transazzjonijiet finanzjarji relatati mal-money laundering u l-persuni naturali jew legali involuti fihom. 3. Meta Stat Membru jinnomina awtorità tal-pulizija bħala l-FIUs tiegħu, dan jista' jforni l-informazzjoni li tkun għand dik il-FIUs sabiex iwettaq l-iskambju bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni ma' l-awtorità tal-Istat Membru riċevitur innominat għal dak il-għan u li huwa kompetenti fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-FIUs għandhom ikunu unità waħda għal kull Stat Membru u għandhom ikunu konformi għad-definizzjoni li ġejja: "Unità ċentrali, nazzjonali li, sabiex tiġġieled il-money laundering, hija risponsabbli sabiex tirċievi (u għall-estent permessibli, titlob), tanalizza u tqassam fost l-awtoritajiet kompetenti, sveljar ta' l-informazzjoni finanzjarja li tikkonċerna atti suspettużi ta' kriminalità jew li huma meħtieġa minn leġislazzjoni jew regolament nazzjonali". 2. Fil-kuntest tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jistabilixxi unità ċentrali għall-għan li tirċievi jew tittrasmetti l-informazzjoni lejn. jew minn għand, l-aġenziji diċentralizzati. 3. L-Istati Membri għandhom jindikaw liema unità hija FIUs fil-qofol tat-tifsira ta' dan l-Artikolu. Dawn għandhom jinnotifikaw bil-miktub din l-informazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Din in-notifika ma taffettwax relazzjonijiet kurrenti li jikkonċernaw il-koperazzjoni bejn il-FIUs. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operat tal-funzjonijiet tal-FIUs f'din id-Deċiżjoni m'għandux ikun affettwat mill-istatus intern tagħhom, minkejja l-fatt jekk humiex awtoritajiet amministrattivi, ta' l-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji. Artikolu 4 1. Kull talba li ssir permezz ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn stqarrija fil-qosor tal-fatti relevanti magħrufa lill-FIUs li tagħmel it-talba. Il-FIUs għandha tispeċifika fit-talba dwar kif sejra tintuża l-informazzjoni miksuba. 2. Meta ssir talba b'konformità ma' din id-Deċiżjoni, il-FIUs mitluba għandha tipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha, li tinkludi l-informazzjoni finanzjarja disponibbli u d-dettalji ta' l-enforzar tal-liġi mitluba, kif miksuba fit-talba, mingħajr il-ħtieġa ta' ittra ta' talba formali skond il-konvenzjonijiet jew il-ftehim applikabbli bejn l-Istati Membri. 3. FIUs jista' jiċħad li jiżvela l-informazzjoni li tista' toħloq ħsara għall-investigazzjoni kriminali li tkun qiegħda ssir fl-Istat Membru mitlub jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar ta' l-informazzjoni tkun kjarament mhux proporzjonata għall-interessi leġittimi ta' persuna naturali jew legali jew tal-Istat Membru ikkonċernat jew li inkella ma tkunx b'konformita mal-prinċipji fundamentali tal-liġi nazzjonali. Kull ċaħda bħal din għandha tkun spegjata b'mod xieraq lill-FIUs li jkun jitlob l-informazzjoni. Artikolu 5 1. L-informazzjoni jew id-dokumenti miksuba permezz ta' din id-Deċiżjoni huma intiżi li jintużaw għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1). 2. Meta t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni jew tad-dokumenti bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni, il-FIUs li twettaq it-trasmissjoni tista' timponi restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-informazzjoni għall-għanijiet apparti minn dawk stipulati fil-paragrafu 1. Il-FIUs li tirċievi għandha tkun konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet u kondizzjonijiet. 3. Meta Stat Membru jixtieq li juża l-informazzjoni jew id-dokumenti trasmessi għall-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet kriminali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), l-Istat Membru li jittrasmetti ma jistax jiċħad li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan l-użu sakemm ma' jagħmilx dan abbażi tar-restrizzjonijiet permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew tal-kondizzjonijiet referuti fl-Artikolu 4(3). Kwalunkwe ċaħda għall-għoti tal-kunsens għandha tkun spjegata b'mod xieraq. 4. Il-FIUs għandhom iwettqu il-miżuri kollha meħtieġa, li jinkludu miżuri ta' sigurtà, sabiex jassiguraw li l-informazzjoni ippreżentata permezz ta' din id-Deċiżjoni ma tkunx aċċessibbli għall-ebda awtoritajiet, aġenziji jew dipartimenti oħrajn. 5. L-informazzjoni ippreżentata għandha tkun protetta, b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni ta' Individwi f'dak li jirrigwardja l-Iproċċessar Awtomatiku ta' Data Personali u li jittieħed akkont tar-Rakkomendazzjoni Nru R(87)15 tal-15 ta' Settembru 1987 tal-Kunsill ta' L-Ewropa li Tirregola l-Użu ta' Data Personali fis-Settur tal-Pulizija, b'mill-inqas l-istess regoli ta' kunfidenzalità u protezzjoni ta' data personali bħal dawk li applikabbli taħt il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-FIUs li tkun tagħmel it-talba. Artikolu 6 1. Il-FIUs jistgħu, fi ħdan il-limiti tal-liġi nazzjonali applikabbli u mingħajr talba għal dak l-effett, iwettqu skambju ta' l-informazzjoni relevanti. 2. L-Artikolu 5 għandu jkun japplika fir-rigward ta' l-informazzjoni mgħoddija permezz dan l-Artikolu. Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal, u jaqblu dwar, il-kanali xierqa u protetti tal-komunikazzjoni bejn il-FIUs. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni għandha tkun implimentata mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri lejn il-Europol, kif ġew stabbiliti fil-Konvenzjoni Europol. Artikolu 9 1. Sa l-estent ta' dak il-livell ta' koperazzjoni bejn il-FIUs, kif espressa fil-memoranda ta' ftehim konkluż jew li għandu jkun konkluż bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, huwa kompatibbli ma' din id-Deċiżjoni jew imur lill-hinn mid-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, m'għandux ikun affettwat b'din id-Deċiżjoni. Meta id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni imorru lill-hinn mid-disposizzjonijiet ta' xi memorandum ta' qbil konkluż bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, din id-Deċiżjoni għandha twarrab tali il-memoranda ta' qbil sentejn wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li huma jkunu jistgħu jikkoperaw bis-sħiħ b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn tlett snin wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. 3. Il-Kunsill għandu jagħmel stima tal-konformità tal-Istati Membri ma' din id-Deċiżjoni fi żmien erba' snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ, u jista' jiddeċiedi li jkompli b'tali stimi fuq bażi regolari. Artikolu 10 Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli għal Ġibiltà. Għal dan l-effett, minkejja l-Artikolu 2, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar FIUs f'Ġibiltà. Artikolu 11 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mis-17 ta' Ottubru 2000. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Ottubru 2000. Għall-Kunsill Il-President É. Guigou [1] ĠU C 251, ta' l-15.8.1997, p. 1. [2] ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77. --------------------------------------------------