EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32000D0638

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal tagħmir ta' komunikazzjoni bir-radju tal-baħar maħsub li jiġi armat fuq bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra mhux SOLAS u li huwa maħsub li jieħu sehem fis-sistema globali ta' għawġ u sigurtà marittima (GMDSS) u li mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir tal-baħar (innotifikat taħt id-dokument numru C(2000) 2719)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 269, 21.10.2000, s. 52–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Dokumentets rättsliga status Inte längre i kraft, Sista giltighetsdag: 03/09/2004; Imħassar b' 32004D0071

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/638/oj

32000D0638



Official Journal L 269 , 21/10/2000 P. 0052 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni

tat-22 ta' Settembru 2000

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal tagħmir ta' komunikazzjoni bir-radju tal-baħar maħsub li jiġi armat fuq bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra mhux SOLAS u li huwa maħsub li jieħu sehem fis-sistema globali ta' għawġ u sigurtà marittima (GMDSS) u li mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir tal-baħar

(innotifikat taħt id-dokument numru C(2000) 2719)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2000/638/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(e), dwar dan,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir marittimu [2], kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/85/KE(3), [3],

Billi:

(1) Numru ta' Stati Membri implimentaw jew għandhom il-ħsieb li jimplimentaw prinċipji ta' sigurtà komuni għal tagħmir tar-radju fuq bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra mhux SOLAS.

(2) L-armonizzazzjoni ta' servizzji tar-radju telefon għandha tikkontribwixxi lejn navigazzjoni inqas perikoluża fuq bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra mhux SOLAS fil-każ ta' għawġ u kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena.

(3) Iċ-Ċirkolari MSC 803 dwar il-parteċipazzjoni ta' bastimenti mhux SOLAS fis-sistema globali ta' għawġ u sigurtà marittima (SGGSM) u r-Riżoluzzjoni MSC.77(69) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) jistiednu lill-gvernijiet biex japplikaw il-linji gwida għall-parteċipazzjoni ta' bastimenti mhux SOLAS fil-GMDSS u jħeġġu gvernijiet sabiex jesiġu li ċerti karatteristiċi jiġu implimentati fir-rigward ta' tagħmir bir-radju għas-sistema globali ta' għawġ u sigurtà mgħammar fuq bastimenti mhux SOLAS mibnija biex jaqsmu l-ibħra.

(4) Tagħmir li jaqa' taħt l-iskop tad- Direttiva 96/98/KE dwar tagħmir marittimu, kif emendat mid- Direttiva tal-Kummissjoni 98/85/KE m'huwiex kopert minn din id-Deċiżjoni billi dan jaqa' barra mill-iskop tad- Direttiva 1999/5/KE.

(5) Ir-Regolamenti tar-Radju ITU jispeċifikaw ċerti frekwenzi li huma ddis

(6) Kull tagħmir tar-radju li jaħdem fuq dawn il-frekwenzi li huma maħsuba għal użu f' ħinijiet ta' għawġ għandu jkun kumpatibbli ma' l-użu idoneu ta' dawn il-frekwenzi u għandu jipprovdi garanzija raġonevoli ta' ċertezza li jaħdem kif suppost f' ħinijiet ta' għawġ.

(7) Il-miżuri stabbiliti f' din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni ta' Konformità fit-Telekomunikazzjoni u Sorveljanza tas-Suq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal tagħmir tar-radju li jaħdem:

(i) fis-servizz marittimu mobbli kif imfisser fl-Artikolu S1.28 tar-Regolamenti tar-Radju ITU, jew

(ii) fis-servizz marittimu mobbli bis-satellita kif imfisser fl-Artikolu S1.29 tar-Regolamenti tar-Radju ITU,

li hu maħsub li jiġi armat f'bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra li m'humiex koperti bil- Kapitolu IV tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS), 1974, kif emendata fl-1988 (bastimenti mhux SOLAS),

u maħsuba biex jipparteċipaw fis-Sistema Globali ta' Għawġ u Sigurtà Marittima (GMDSS) kif stabbilita fil-Kaptiolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS.

L-Artikolu 2

Tagħmir tar-Radju li jaqa' taħt l-iskop ta' l-Artikolu 1 għandu jkun magħmul b'mod li jagħmel ċert li jaħdem sew f'espożizzjoni għal kull ambjent marittimu, li jeżawrixxi kull ħtieġa ta' ħidma tal-GMDSS f'kundizzjonijiet ta' għawġ u li jipprovdi komunikazzjonijiet ċari u robusti bi grad għoli ta' fidelà fil-link ta' kommunikazzjoni analogali jew diġitali.

L-Artikolu 3

Il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-jum ta' meta tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

[2] ĠU L 46, tas-17.12.1997, p. 25.

[3] ĠU L 315, tal-25.11.1998, p. 14.

--------------------------------------------------

Upp