EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0566

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1999 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE rigward proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u tal-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur (notifikata taħt id-dokument bin-numru C(1999) 1701)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 216, 14.8.1999, p. 8–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/566/oj

31999D0566



Official Journal L 216 , 14/08/1999 P. 0008 - 0012


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Lulju 1999

li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE rigward proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u tal-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur

(notifikata taħt id-dokument bin-numru C(1999) 1701) [1]

(1999/566/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE dwar proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u tal-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

(1) Billi huwa mixtieq li l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fid-Deċizjoni 1999/280/KE b’tali mod li din tagħti l-iktar stampa rappreżentattiva possibbli tas-suq taż-żejt f’kull Stat Membru;

(2) Billi din l-informazzjoni għandha tkun pubblikata f’forma li hija xierqa;

(3) Billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-informazzjoni miġbura;

(4) Billi huwa meħtieġ li jiġu standardizzati l-aspetti tekniċi tas-sistema ta’ informazzjoni; billi l-informazzjoni li għandha tkun komunikata għandha għalhekk tkun definita;

(5) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 77/190/KEE [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, stabbiliet kwestjonarji mudell li permezz tagħhom l-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni fuq il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti tal-petroleum fil-Komunità; billi, peress li dawk il-kwestjonarji mudell għandhom jiġu sostitwiti bi preżentazzjoni ġdida li tikkonforma mat-tifsiriet li hemm f’din id-Deċiżjoni, dan iwassal biex id-Deċiżjoni 77/190/KEE tkun imħassara,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-informazzjoni li għandha tingħadda lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/280/KE għandha tinġabar skond it-tifsiriet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

F’konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/280/KE, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar li tkun ġiet ikkomunikata mill-Istati Membri f’pubblikazzjoni li għandha tissejjaħ "Il-Bullettin taż-Żejt".

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biex f’intervalli regolari jkunu jistgħu jiskambjaw ideat fuq l-informazzjoni miġbura u ppubblikata skond id-Deċiżjoni 1999/280/KE.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 77/190/KEE hija b’dan mħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-26 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Christos Papoutsis

Membru tal-Kummissjoni

[1] (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

[2] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 8.

[3] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 34.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Tifsir ta’ l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet:

1. Il-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum ta’ kull xahar (cif);

2. Il-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum għall-konsumatur, kemm dawk netti kif ukoll dawk li jinkludu d-dazji u t-taxxi, li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar;

3. Il-prezzijiet netti tal-prodotti tal-petroleum li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn.

It-tifsira tal-kost tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum ta’ kull xahar (cif)

Il-linji 1 u 2 jikkonċernaw il-provvista totali kollha fix-xahar konċernat.

"Il-kost tal-provvista" tfisser il-kost ta’ l-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum, it-twassil ta’ l-importazzjonijiet minn Stati Membri oħra u ż-żejt mhux maħdum prodott fl-Istat Membru.

"Importazzjonijiet" tfisser iż-żejt mhux maħdum kollu li jidħol fil-Komunità għal għanijiet li ma jkunux dawk ta’ transitu, u maħsub biex ikopri l-ħtiġiet ta’ Stat Membru.

"Twassil ta’ importazzjonijiet" tfisser iż-żejt mhux maħdum kollu li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru minn Stat Membru ieħor għall-għanijiet, għajr it-transitu, biex ikopri l-bżonnijiet ta’ l-Istat Membru.

"Żejt mhux maħdum prodott fl-Istat Membru" tfisser iż-żejt prodott u raffinat fl-Istat Membru konċernat, li l-produzzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 % tal-provvista annwali tiegħu ta’ żejt mhux maħdum.

"Il-kostmedju cif" tfisser il-kost medju ppeżat ta’ kull xahar tal-provvista kollha ta’ żejt mhux maħdum. Il-prezz cif jinkludi l-prezz fob (il-prezz attwalment addebitat fil-port tat-tagħbija), l-ispiża tat-trasport, assigurazzjoni u ċerti ħlasijiet oħra marbuta ma’ operazzjonjiet ta’ trasferiment ta’ żejt mhux maħdum. Il-valur ta’ l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum prodott fi Stat Membru għandu jiġi kalkolat bħala mħallas sal-port minn fejn jitlaq jew sal-fruntiera, i.e. sal-mument meta ż-żejt mhux maħdum jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni doganali tal-pajjiż li qed jimporta.

Il-kost medju cif għandha tkun ikkowata f’dollari mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-Tabella 1 lill-Kummissjoni fi żmien xahar mit-tmiem tax-xahar konċernat.

L-informazzjoni mgħoddija tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Bullettin taż-Zejt f’dollari u euro.

Ir-rata tal-kambju ta’ kull xahar għall-Euro rigward id-Dollaru għandha tkun stabbilita f’.konformità mar-rata tal-kambju tas-suq uffiċjali [1]

+++++ TIFF +++++

Id-definizzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti tal-karburant għall-konsumatur li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar

Kull waħda mil-linji 1 sa 7 (dawn it-tnejn inklużi) hija dwar informazzjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-karburant għall-konsumatur għal ċerti kategoriji ta’ konsumaturi f’data partikolari.

"Prezzijiet għal ċerti kategoriji ta’ konsumatur" tfisser:

- Prezzijiet tal-pompa fil-każ ta’ karburanti li jintużaw għat-trasport fit-toroq;

- Prezzijiet ta’ twassil għal konsumaturi żgħar, i.e. għal twassil ta’ 2000 sa 5000 litru fil-każ ta’ karburanti li jintużaw għas-sħana fid-djar (gas oil għas-sħana); għal konsenji ta’ inqas minn 2000 litru is-settur industrijali jista’ jiġi kunsidrat ukoll;

- Prezzijiet ta’ twassil għal konsenji ta’ inqas minn 2000 tunnellata metrika fix-xahar jew inqas minn 24000 tunnellata metrika fis-sena fil-każ ta’ karburanti industrijali.

Prezzijiet attwali tfisser il-prezzijiet veri għall-konsumatur li jkunu fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar:

- Il-prezzijiet attawali medji għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fil-linji 1 sa 7 (dawn it-tnejn inklużi) tfisser il-prezzijiet li jkunu mitluba l-aktar ta’ spiss, i.e. il-medja ppeżata tas-serje ta’ prezzijiet, kemm dawk netti u kemm dawk li jkunu jinkludi t-taxxi.

L-informazzjoni mgħoddija għandha tiġi ppubblikata fil-Bullettin taż-Zejt f’valuti nazzjonali u f’ewro.

Ir-rati tal-kambju ta’ l-ewro kunsidrati għandhom ikunu dawk li ġew stabbiliti fil-31 ta’ Diċembru 1998 fil-każ ta’ pajjiżi msieħba fiż-żona ta’ l-Ewro; fil-każ tal-Istati l-oħra ir-rati għandhom ikunu dawk ippubblikati fil-15-il jum tax-xahar mill-Bank Ċentrali Ewropew.

+++++ TIFF +++++

Id-definizzjoni tal-prezzijiet netti (id-dazji u t-taxxi mhumiex inklużi) li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofsinnhar tat-Tlieta l-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet netti tal-prodotti tal-petroleum (id-dazji u t-taxxi ma jkunux inklużi) li jkunu fis-seħħ kull nhar ta’ Tnejn.

"Prodotti tal-karburant" tfisser:

Petroleum tal-magni

- petrol biċ-ċomb primjum

- Euro super 95

- gas oil tal-karozzi

- LPG

Petroleum li jintużaw għas-sħana fid-djar:

- gas oil li jintuża għas-sħana

Petroleum industrijali:

- petroleum li jkollhom kontenut ta’ sulphur iktar minn 1 %

- petroleum li jkollhom kontenut ta’ ugwali għal jew inqas minn 1 %.

"Prezzijiet għal ċerti kategoriji ta’ konsumatur" tfisser:

- il-prezzijiet tal-pompa kull 1000 litru fil-każ ta’ petroleum li jintużaw għas-sewqan fit-toroq;

- prezzijiet ta’ twassil għall-konsumatur kull 1000 litru fil-każ ta’ petroleum li jintużaw għas-sħana fid-djar (gas oil li jintuża għas-sħana), i.e. għal twassil ta’ bejn 2000 sa 5000 litru; għal konsenji ta’ inqas minn 2000 litru is-settur industrijali jista’ jiġi kunsidrat ukoll;

- prezzijiet ta’ twassil għall-konsumatur għal konsenji ta’ inqas minn 2000 tunnellata metrika fix-xahar jew inqas minn 24000 tunnellata metrika kull sena f’każ ta’ petroleum industrijali.

Il-prezzijiet netti komunikati mill-Istati Membri jkunu l-prezzijiet li jkunu mitluba l-aktar ta’ spiss, ibbażati fuq medja ppeżata. Fi Stati Membri li fihom mħażen kbar ikopru aktar minn 20 % tal-konsum intern, il-prezzijiet mitluba minn dawn għandhom ikunu kkunsidrati.

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni kull ġimgħa fil-Bullettin taż-Zejt fil-valuti nazzjonali u f’ewros. Ir-rati tal-kambju ta’ l-ewro kunsidrati għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-31 Diċembru 1998 fil-każ ta’ pajjiżi msieħba fiż-żona ta’ l-ewro; fil-każ ta’ l-Istati l-oħra r-rati għandhom ikunu dawk ippubblikati kull nhar ta’ Tnejn fis-2.15 p.m. mill-Bank Ċentrali Ewropew.

L-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet netti mingħajr dazji u taxxi ta’ kull ġimgħa ma għandhiex tiġi ppubblikata jekk id-dipartimenti tal-Kummissjoni jkunu magħluqa.

Jekk it-Tnejn tinzerta tkun btala pubblika f’xi Stat Membru, il-pubblikazzjoni tista’ tiġi posposta sa l-Erbgħa fuq it-talba ta’ l-Istat Membru.

[1] Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea, serje C.

--------------------------------------------------

Top