EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0498

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 1999 dwar regolament komuni tekniku għal tagħmir ta' telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fil (DECT) li jaċċessa network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) (verżjoni 2) (notifikat taħt dokument numru K(1999) 2027) (Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE)

ĠU L 192, 24.7.1999, p. 60–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/498/oj

31999D0498



Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0060 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Lulju 1999

dwar regolament komuni tekniku għal tagħmir ta' telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fil (DECT) li jaċċessa network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN) (verżjoni 2)

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 2027)

(Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE)

(1999/498/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni addottat il-miżuri li jidentifikaw it-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni tal-iskop assoċjat skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż;

(2) Billi l-istandards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati;

(3) Billi biex tiġi żgurata kontinwità fl-aċċess għas-swieq għall-fabbrikanti, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti transitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti ta' l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat (ACTE), skond Artikolu 29(2);

(5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat minn din id-Deċiżjoni huwa skond l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-apparat terminali maħsub għall-komunikazzjoni ma' network ta' telekomunikazzjoni pubblika u li jaqa' fi ħdan il-għan ta' l-istandard armonizzat identifikat f'Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġiet ta' konnessjoni għal tagħmir DECT li jaċċessa ma' l-ISDN.

Artikolu 2

1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' l-istandardisation relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(ċ) sa (g) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-referenzi għal l-istandard huma stipulati f'Anness I, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet elenkati f'Anness II.

2. Tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma jew mar-regolament komuni tekniku imsemmi fil-paragrafu 1 jew alternattivament għandu jikkonforma mar-regolamenti komuni tekniċi kif definiti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/515/KE [2] u 97/523/KE [3] jew 1999/310/KE [4]. Barra minn dan, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, b'mod partikolari id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [5] u 89/336/KEE [6].

Artikolu 3

Il-korpi notifikati maħtura biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġi wżat l-istandard armonizzat imsemmi f'Anness I bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jew alternattivament l-istandards armonizzati msemmija fl-Annessi li jinsabu mad-Deċiżjonijiet 98/515/KE, 97/523/KE jew 1999/310/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Karel van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 232, tad-19.8.1998, p. 7.

[3] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 48.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 57.

[5] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[6] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Referenza għal l-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat li għalih jirreferi Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr bla fil (DECT); network diġitali ta' servizzi ntegrati (ISDN); ħtiġiet ta' konnessjoni għal tagħmir terminali għall-DECT/ISDN għall-profil ta' applikazzjonijiet li jitħaddmu flimkien

ETSI

Istitut Ewropew ta' l-iStandards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat

EN 301440 V1.2.2 - Jannar 1999

(eskluza d-daħla)

Tagħrif addizzjonali

L-Istitut Ewropew ta' l-iStandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien ġie armonizzat skond il-mandat maħruġ skond il-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista' jinkiseb mill-:

Istitut ta' l-iStandards tat-Telekomunikazzjonijiet Ewropej,

650, Route des Lucioles,

F-06921 Sophia Antipolis Cedex

jew

Kummissjoni Ewropea,DG XIII/A.2 - (BU 31, 1/7),Rue de la Loi/Wetstraat 200,B-1049

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista tinstab fuq l-Internet taħt l-indirizz www.ispo.cec.be.

--------------------------------------------------

Top