EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0497

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 1999 dwar Regolament komuni tekniku għal tagħmir ta' telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħaħ mingħajr fil terminali b'mod doppju (DECT) DECT/GSM (notifikat bid-dokument numru C(1999) 2026) (Test b'relevanza EEA)

ĠU L 192, 24.7.1999, p. 58–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/497/oj

31999D0497



Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0058 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Lulju 1999

dwar Regolament komuni tekniku għal tagħmir ta' telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħaħ mingħajr fil terminali b'mod doppju (DECT) DECT/GSM

(notifikat bid-dokument numru C(1999) 2026)

(Test b'relevanza EEA)

(1999/497/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li tirrelata mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjonijiet terrestri tas-satellita, inkluż r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tieġħu,

(1) Billi l-Kummissjoni addottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni dwar il-qasam tal-applikazzjoni assoċjata miegħu skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż;

(2) Billi l-istandards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li għandhom jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati;

(3) Billi biex tiġi żgurata konformità fl-aċċess għas-swieq mill-manifatturi, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti trażitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat (ACTE), skond Artikolu 29(2);

(5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat minn din id-Deċiżjoni jaqbel ma l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jiġi konness ma' network pubbliku ta' telekomunikazzjonijiet u li jaqa' fil-qasam ta' l-applikazzjoni tal-istandard armonizzat riferit f'Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġijiet ta' konnessjoni għal tagħmir DECT li jaċċessa networks tal-GSM.

Artikolu 2

1. Ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(ċ), sa (ġ) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-referenza għall-livell hija mniżżla fl-Anness.

2. Tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma jew mar-regolament komuni tekniku riferit fil-paragrafu 1 jew alternattivament għandu jikkonforma mar-regolamenti komuni tekniċi kif definiti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/523/EC [2], 97/524/KE [3], 97/525/KE [4], 98/574/KE [5], 98/542/KE [6], 98/575/KE [7], 98/543/KE [8] jew 1999/310/KE [9]. B'żieda dan għandu jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali riferuti f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġijiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [10] u 89/336/KEE [11].

Artikolu 3

Korpi notifikati ntiżi biex iwettqu il-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/EEC għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġu wżati l-istandards armonizzati riferiti fl-Anness bit-tqegħid fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jew alternattivament l-istandards armonizzati riferiti fl-Annessi li jinsabu mad-Deċiżjonijiet 97/523/KE, 97/524/KE, 97/525/KE, 98/574/KE, 98/542/KE, 98/575/KE, 98/543/KE jew 1999/310/KE.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Karel van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.03.1998, p. 1

[2] ĠU L 215, tas-07.08.1997, p. 48.

[3] ĠU L 215, tas-07.08.1997, p. 51

[4] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 54

[5] ĠU L 278, tal-15.10.1998, p. 30.

[6] ĠU L 254, tas-16.9.1998, p. 28.

[7] ĠU L 278, tal-15.10.1998, p. 35.

[8] ĠU L 254, tas-16.9.1998, p. 32.

[9] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 57.

[10] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[11] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Riferenza għall-Istandard Armonizzat applikabbli

L-Istandard armonizzat li għalih jirreferi l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħaħ mingħajr fil (DECT); sistema globali għall-komunikazzjonijiet mobbli (GSM); ħtiġijiet tal-konnessjoni għal tagħmir terminali b'mod doppju għad-DECT/GSM

ETSI

Istitut ta' l-Istandards tat-Telekommunikazzjonijiet Ewropew

Segretarjat

- EN 301439 V1.1.1 Jannar 1999

(eskluża d-daħla)

Tagħrif addizzjonali:

L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

L-istandard armonizzat riferit hawn fuq kien ġie armonizzat skond il-mandat maħruġ skond il-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat riferit hawn fuq jista’ jinkiseb mill-

European Telecommunications Standards Institute,

650, route des Lucioles,

F-06921 Sophia Antipolis Cedex

jew

Kummissjoni Ewropea

DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7),

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

B-1049 Brussel,

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li tagħhom lista tista tinstab fuq l-Internet bl-indirizz www.ispo.cec.be.

--------------------------------------------------

Top