Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0257

    Id-Deċiżjoni tad-29 ta' Marzu 1999 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta' l-Oder

    ĠU L 100, 15.4.1999, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/257/oj

    Related international agreement

    31999D0257



    Official Journal L 100 , 15/04/1999 P. 0020 - 0020


    Id-Deċiżjoni

    tad-29 ta' Marzu 1999

    li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta' l-Oder

    (1999/257/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Kummissjoni ipparteċipat, f'isem il-Komunità, fin-negozjati sabiex tiħejja Konvenzjoni dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta' l-Oder;

    Billi l-Konvenzjoni kienet ġiet iffirmata f'isem il-Komunità fi Wroclaw (il-Polonja) fil-11 ta' April 1996;

    Billi l-Konvenzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-koperazzjoni multilaterali sabiex jiġi evitat u kontrollat it-tniġġiż ta' l-ixmara Oder, sabiex jiġi mħares l-ambjent u sabiex jiġi żgurat użu sostenibbli tar-riżorsi ta' l-ilma;

    Billi l-għan prevalenti tal-politika Komunitarja fil-qasam ta' l-ambjent huwa livell għoli ta' protezzjoni; billi dan huwa ibbażat fuq il-prinċipji ta' miżuri prekawzjonarji u azzjoni preventiva, il-prinċipju ta' rettifikazzojni ta' ħsara ambjentali preferibilment fis-sors, u l-prinċipju li "min iniġġeż għandu jħallas";

    Billi, fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, il-Komunità u l-Istati membri jikkoperaw ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali;

    Billi l-għeluq tal-Konvenzjoni minn naħa tal-Komunità tikkontribwixxi lejn il-kisba ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 130r tat-Trattat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta' qegħda tiġi permezz ta' dan approvata f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id- Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed permezz tal-preżenti jiġi awtorizzat sabiex jinnomina lill-persuna jew persuni li għandhom is-setgħa biex jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali skond l-Artikolu 18(2) tal-Konvenzjoni.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Müntefering

    [1] ĠU C 14.10.1998, p. 5

    [2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru 1998 (mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    --------------------------------------------------

    Top