EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0037

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 1998 dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar ir-regoli li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-konċiljazzjoni ta' kwistjonijiet fuq transitu li għandhom jiġu adottati mill-Konferenza dwar il-Karta ta' l-Enerġija

ĠU L 11, 16.1.1999, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/37(1)/oj

Related international agreement

31999D0037



Official Journal L 011 , 16/01/1999 P. 0037 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Novembru 1998

dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar ir-regoli li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-konċiljazzjoni ta' kwistjonijiet fuq transitu li għandhom jiġu adottati mill-Konferenza dwar il-Karta ta' l-Enerġija

(1999/37/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom [1] tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva min-naħa tal-Kummissjoni,

Billi t-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija kien ġie ffirmat fis-17 ta' Diċembru 1994 mill-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom;

Billi l-Komunitajiet Ewropej u maġġoranza kbira ta' l-Istati Membri tagħhom iddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' approvazzjoni jew ratifikazzjoni tat-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija fis-16 ta' Diċembru 1997 mad-Depożitarju tal-Gvern tar-Repubblika tal-Portugall;

Billi l-bqija ta' l-Istati Membri dalwaqt se jirratifikaw it-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija;

Billi t-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija daħal fis-seħħ fis-16 ta' April 1998;

Billi l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija jiddisponi li kull parti li tintrabat bil-Kuntratt għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiffaċilita t-transitu ta' materjali u prodotti enerġetiċi konsistenti mal-prinċipju ta' liberta' ta' transitu mingħajr distinzjoni għall-oriġinu, destinazzjoni jew pussess ta' dawn il-materjali u prodotti enerġetiċi jew diskriminazzjoni fil-prezzijiet fuq il-bażi ta' dawn id-distinzjonijiet, u mingħajr ma jiġu imposti xi dewmien, restrizzjonijiet jew piżijiet m`humiex raġjonevoli;

Billi l-Artikolu msemmi fih ukoll disposizzjonijiet li japplikaw għal kull kwistjoni li toriġina minn transitu;

Billi l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Karta fuq l-Enerġija jiddisponi li l-Konferenza dwar il-Karta għandha tadotta disposizzjonijiet stabbiliti li jikkonċernaw it-tħaddim tal-konċiljazzjoni u l-kumpens lill-konċiljaturi;

Billi abbozz ta' regoli li jikkonċernaw it-tħaddim tal-konċiljazzjoni ta' kwistjonijiet fuq transitu ġie diskuss fil-Konferenza dwar il-Karta li saret fit-23/24 ta' April 1998; billi l-Konferenza dwar il-Karta qablet li dan l-abbozz ta' regoli għandu jservi bħala gwida sakemm jiġu approvati formalment;

Billi l-Konferenza dwar il-Karta li sejra ssir fit-3 u l-4 ta' Diċembru 1998 għandha tadotta formalment dan l-abbozz ta' regoli hekk kif ikunu sadattant ġew iffinalizzati;

Billi l-Komunità għandha tapprova dan l-abbozz ta' regoli fil-Konferenza dwar il-Karta,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli li jikkonċernaw it-tħaddim tal-konċiljazzjoni tal-kwistjonijiet fuq transitu, kif stipulati fl-Anness, għandhom jiġu approvati f'isem il-Komunità fil-Konferenza dwar il-Karta [2].

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta' Novembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Bartenstein

[1] ĠU L 69, tad-9.3.1998, pġ. 1.

[2] Dawn ir-regoli ġew adottati formalment mill-Konferenza dwar iċ-Charter fit-3 ta' Diċembru 1998.A

--------------------------------------------------

Top