EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0600

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' settijiet tas-soqfa trasluċidi li jsostnu lilhom infushom (minbarra s-settijiet ibbażati fuq il-ħġieġ) (innotifikata taħt id-dokument numru K (1998) 2926) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 287, 24.10.1998, p. 35–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/600/oj

31998D0600



Official Journal L 287 , 24/10/1998 P. 0035 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Ottubru 1998

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' settijiet tas-soqfa trasluċidi li jsostnu lilhom infushom (minbarra s-settijiet ibbażati fuq il-ħġieġ)

(innotifikata taħt id-dokument numru K (1998) 2926)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(98/600/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni hi meħtieġa li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta' l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, "l-inqas proċedura diffiċli possibbli konsistenti mas-sigurta"; billi dan iffisser li huwa meħtieġ li jkun deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza tas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet marbuta mal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat tal-attestazzjoni hu għalhekk meħtieġ;

Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; billi, għalhekk, tinħass ix-xewqa li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi;

Billi iż-żewġ proċeduri li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri għandhom jitwettqu, b'referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi elenkati fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' l-Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi elenkati fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' l-Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' l-Anness III;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f'din id-Deċizjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u familji ta' prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-reponsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-karatteristiċi tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, minbarra s-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni huwa nvolut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif elenkati fl-Anness III għandha tiġi murija fil-mandati għal-linji ta' gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Settijiet trasluċidi għas-soqfa li jsostnu lilhom infushom (minbarra settijiet tal-ħġieġ)

Għal kull użu, minbarra dawk soġġetti għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar għal prodotti magħmula minn materjal li jidħol taħt il-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3].

[1] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

[2] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

[3] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Settijiet trasluċidi għas-soqfa li jsostnu lilhom infushom (minbarra settijiet tal-ħġieġ)

Għall-użu soġġett għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar għal prodotti magħmula minn materjal li jidħol taħt il-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3].

[1] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

[2] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

[3] Il-materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija suxxettibbli għal xi bidla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dak soġġett għal bdil kimiku, e.ż. fire retardants, jew meta l-bdil fil-komposizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS III

Nota:

Għal settijiet li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, id-doveri għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi rilevanti tal-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA' PRODOTTI

SETTIJIET GĦAS-SOQFA TRASLUĊIDI LI JSOSTNU LILHOM INFUSHOM (MINBARRA SETTIJIET TAL-ĦĠIEĠ) (1/3)

1. Sistemi tal-attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intizi elenkati hawn taħt, l-EOTA huwa mitlub li jispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità skond il-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

Sistema 3: Ara CPD l-Anness III (2)(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jewKlassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

Settijiet trasluċidi għas-soqfa li jsostnu lilhom infushom (minbarra settijiet tal-ħġieġ) | Għall-użu f'soqfa u għall-finitura tas-soqfa | — | 3 |

2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mill-EOTA dwar il-karatteristiċi tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tiġi ddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tal-CPD u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

FAMILJA TA' PRODOTTI

SETTIJIET TAS-SOQFA TRASLUĊIDI LI HUMA LI JSOSTNU LILHOM INFUSHOM (MINBARRA SETTIJIET TAL-ĦĠIEĠ) (2/3)

1. Sistemi tal-attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intizi elenkati hawn taħt, ll-EOTA huwa mitlub li jispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità skond il-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

Sistema 3: Ara CPD l-Anness III (2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4; Ara CPD l-Anness III (2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jewKlassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

Settijiet trasluċidi għas-soqfa li jsostnu lilhom infushom (minbarra settijiet tal-ħġieġ) | Għall-użu soġġett għar-regolamenti ta' l-imġieba esterna għan-nar. | Prodotti li jeħtieġu l-ittestjar Prodotti "kkunsidrati sodisfaċenti" mingħajr ittestjar | 3 4 |

2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mill-EOTA dwar il-karatteristiċi tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ tkun implementata wkoll anki meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tal-CPD u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

FAMILJA TA' PRODOTTI

SETTIJIET TRASLUĊIDI GĦAS-SOQFA LI JSOSTNU LILHOM INFUSHOM (MINBARRA SETTIJIET TAL-ĦĠIEĠ) (3/3)

1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità.

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intizi elenkati hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fil-linji ta' gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

Sistema 1: Ara CPD L-Anness III (2)(ii), mingħajr "ittestjar ta' l-awditjar" tal-kampjuni.

Sistema 3; Ara CPD l-Anness III (2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara CPD l-Anness III (2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jew Klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

Settijiet trasluċidi għas-soqfa li jsostnu lilhom infushom (minbarra settijiet tal-ħġieġ) | Għall-użu soġġett għar-regolamenti ta' l-imġieba tan-nar. | A, B,Ċ A, B, Ċ A, D, E,F | 1 3 4 |

2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma tkunx meħtieġa li tiġi stabbilita għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tal-CPD u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

--------------------------------------------------

Top