EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0596

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/602/KE dwar il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 35/97 (notifikata taħt id-dokument numru C (1998) 3064)

ĠU L 286, 23.10.1998, p. 56–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/596/oj

31998D0596



Official Journal L 286 , 23/10/1998 P. 0056 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-14 ta' Ottubru 1998

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/602/KE dwar il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 35/97

(notifikata taħt id-dokument numru C (1998) 3064)

(98/596/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 ta' l-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu ta' nases li jżommu s-saqajn fil-Komunità u l-introduzzjoni fil-Komunità ta ġlud bil-pil u xi oġġetti fabbrikati minn xi speċji ta' annimali selvaġġi li joriġinaw f'pajjiżi li jaqbduhom permezz ta' nases li jżommu s-saqajn jew metodi ta' nsib li ma jissoddisfawx l-i standards internazzjonali ta' nsib b'mod uman [1], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/97 ta' l-10 ta' Jannar 1997 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-ġlud bil-pil u oġġetti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu, jgħodd biss rigward l-importazzjoni tal-ġlud bil-pil ta' annimali mhux imwielda u mrobbija fil-magħluq minn pajjiżi illi jidhru fil-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91;

Billi l-lista stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/602/KE [3], kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/188/KE [4], tista' kun biss ta' natura transitorja; billi għandha tiġi emendata immedjatament kif tevolvi s-sitwazzjoni, partikolarment fiċ-ċirkostamzi koperti mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru No 3254/91, sabiex ma trażżanx in-negozju fil-pili u fil-prodotti relatati mal-pil;

Billi informazzjoni li rċiviet il-Kummissjoni mir-Repubblika tal-Kroazja tindika li dak il-pajjiż jipprojbixxi l-użu ta' nases li jżommu s-saqajn;

Billi, b'effett mill-1 ta' Ġunju 1997, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċji tal-fauna u l-flora selvaġġi billi jiġi regolat il-kummerċ fihom [5] imħassar u sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 [6]; billi, għalhekk il-kumitat li għalih hemm provdut fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 ġie sostitwit mill-kumitat li għalih hemm provdut fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 338/97;

Billi l-miżuri li hemm provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 3254/91,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/602/KE huwa b'dan mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizatta lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1.

[2] ĠU L 8, tal-11.1.1997, p. 2.

[3] ĠU L 242, ta' l-4.9.1997, p. 64.

[4] ĠU L 70, ta' l-10.3.1998, p. 28.

[5] ĠU L 61, tat-3.3.1997, p. 1.

[6] ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Pajjiż | Speċi |

Il-Beliże | Procyon lotor |

Il-Bulgarija | Canis lupus |

Il-Kanada | Canis latransCanis lupusCastor canadensisFelis rufusLutra canadensisLynx canadensisMartes americanaMartes pennantiMustela ermineaOndatra zibethicusProcyon lotorTaxidea taxus |

Ir-Repubblika taċ-Ċina | Canis lupusMartes zibellinaMustela ermineaOndatra zibethicus |

Ir-Repubblika tal-Kroazja | Martes zibellinaMustela ermineaOndatra zibethicus |

Ir-Repubblika Ċeka | Canis lupusMustela ermineaOndatra zibethicus |

El Salvador | Procyon lotor |

Groenlandja | Canis lupus |

L-Ungerija | Mustela ermineaOndatra zibethicus |

Il-Ġordan | Canis lupus |

Ir-Repubblika tal-Korea | Martes zibellinaCanis lupus |

Il-Lebanon | Canis lupus |

Il-Messiku | Canis lupusCastor latransCastor canadensisFelis rufusOndatra zibethicusProcyon lotorTaxidea taxus |

Il-Moldova | Canis lupusMustela erminea |

In-Nikaragwa | Procyon lotor |

In-Norveġja | Canis lupusMustela ermineaOndatra zibethicus |

Il-Pakistan | Canis lupusMustela erminea |

Il-Panama | Procyon lotor |

Il-Polonja | Canis lupusMartes zibellinaMustela ermineaOndatra zibethicus |

Ir-Rumanija | Canis lupus |

Il-Federazzjoni Russa | Canis lupusMartes zibellinaMustela ermineaOndatra zibethicusProcyon lotor |

Ir-Repubblika Slovakka | Canis lupusMartes zibellinaMustela erminea |

Ir-Repubblika Slovena | Canis lupusOndatra zibethicus |

It-Turkija | Canis lupus |

L-Istati Uniti ta' l-Amerika | Canis latransCanis lupusCastor canadensisFelis rufusLutra canadensisLynx canadensisMartes americanaMartes pennantiMustela ermineaOndatra zibethicusProcyon lotorTaxidea taxus |

--------------------------------------------------

Top