Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0543

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Settembru 1998 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' applikazzjoni ta' telefonija għal stazzjonijiet mobbli maħsuba biex ikunu wżati mal-fażi II ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjonijiet diġitali u ċellulari li jaħdmu fil-frekwenza 1800 DCS (edizzjoni 2) (notifikata taħt dokument numru K (1998) 2562)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 254, 16.9.1998, p. 32–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/543/oj

    31998D0543



    Official Journal L 254 , 16/09/1998 P. 0032 - 0035


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-4 ta' Settembru 1998

    dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' applikazzjoni ta' telefonija għal stazzjonijiet mobbli maħsuba biex ikunu wżati mal-fażi II ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjonijiet diġitali u ċellulari li jaħdmu fil-frekwenza 1800 DCS(edizzjoni 2)

    (notifikata taħt dokument numru K (1998) 2562)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (98/543/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u partikolarment l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tiegħu,

    Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika it-tip ta' tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu skond l-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż;

    Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet ta' dawn, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

    Billi biex tkun assigurata l-kontinwità ta' aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji li jirrigwardaw tagħmir approvat taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/529/KE [2];

    Billi d-Deċiżjoni 97/529/KE għandha tkun revokata b'effett mit-tmiem tal-perjodu transitorju;

    Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-Kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2);

    Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jkun adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma' l-opinjoni ta' l-ACTE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tagħmir terminali maħsub li jkun imqabbad ma' network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjon ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1).

    2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' l-applikazzjoni ta' telefonija għal tagħmir terminali għan-network tat-telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej li jikkomprendi modulazzjoni kostanti ċċirkondata u li jaħdem fil-firxa ta' frekwenza 1800 MHz b'separazzjoni ta' bejn il-kanali ta' 200 kHz u li ġġorr kanali tat-traffiku skond il-prinċipju TDMA. Id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll għal tagħmir terminali li kapaċi jaħdem kemm fil-frekwenza 900 MHz u kif ukoll fl-1800 MHz.

    Artikolu 2

    1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(g) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness I. Il-partijiet applikabbli jinsabu fl-Anness II.

    2. Tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jkun konformi mar-regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4].

    Artikolu 3

    Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, rigward it-tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tal-partijiet applikabbli ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    1. Id-Deċiżjoni 97/529/KE għandha tkun revokata b'effett mill-4 ta' Diċembru 1998.

    2. Tagħmir terminali, approvat taħt id-Deċiżjoni 97/529/KE jista' jitkompla jitqiegħed fis-suq u jitqiegħed fis-servizz.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 65.

    [3] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

    [4] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

    L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa:

    Sistema ta' telekomunikazzjoni ċellulari diġitali (it-2 fażi);

    Applikazzjonijiet ta' telefonija; ħtiġiet ta' konnessjoni għal stazzjonijiet mobbli fil-frekwenza DCS 1800 u l-frekwenza addizzjonali GSM 900

    ETSI

    Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

    Segretarjat ETSI

    TBR 32 edizzjoni 2: Marzu ta' l-1998

    (eskluża d-daħla)

    Tagħrif addizzjonali

    Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

    L-istandard armonizzat msemmi hawn fuq ġie pprodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva 83/189/KEE.

    It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat umsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-:

    Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650, Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200 B-1049 Brussels |

    jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli milli tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinsab fuq l-Internet fi www.ispo.cec.be.

    [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Partijiet applikabbli tat-TBR 32

    Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 |

    14.4.3 | 30.1 | 30.2 | 30.3 | 30.4 | 30.5.1 |

    30.6.2 | 30.7.1 | 32.2 | 32.3 | 32.4 | 32.7 |

    32.8 | 32.9 | | | | |

    --------------------------------------------------

    Top