Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0556

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

    ĠU L 229, 20.8.1997, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/556/oj

    31997D0556



    Official Journal L 229 , 20/08/1997 P. 0014 - 0016


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-14 ta’ Lulju 1997

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

    (Text b’relevanza ŻEE)

    (97/556/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/63/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tiċċertifika l-konformità ta’ prodott, "il-proċedura l-inqas oneruża possibli konsistenti mas-sigurta"; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal ċertu prodott jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-fabbrikant hija kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew, jekk għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat tal-attestazzjoni hijiex għalhekk meħtieġa;

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieħ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-mandati u l-speċifikazzjonijiet tekniċi; billi għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi iż-żewġ proċeduri li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (a) tikkorispondi għas-sistemi elenkati fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u tielet possibbiltajiet tas-sezzjoni 2 (ii) ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (b) tikkorispondi għas-sistemi elenkati fis-sezzjoni 2 (i) ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbilità, b’sorveljanza kontinwa, tas-sezzjoni 2(ii) ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom ċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fil-kalkolazzjoni u s-sorvelljanza tal-produzzjoni tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati tal-linji ta’ gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Is-sistemi komposti ta’ insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar, li jużaw prodotti kklassifikati fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar bħal A [1], B [2] jew ċ [3] u A (mingħajr ittestjar), D, E, jew F intiżi biex ikunu applikati fuq ħitan esterni soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar u s-sistemi kompost ta’ l-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-ilixxar, intiżi li jkunu applikati fuq ħitan esterni li mhumiex soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar.

    Is-sistemi komposti għall-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar, li jużaw prodotti kklassifikati fir-rigward tar-reazzjoni kontra nar bħal A [4], B [5] jew C [6] intiżi biex ikunu applikati fuq ħitan esterni soġġetti għar-regolamenti dwar in-nar.

    [1] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta’ l-imġieba tan-nar li mhumiex suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    [2] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta’ l-imġieba tan-nar li mhumiex suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    [3] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta’ l-imġieba tan-nar li mhumiex suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    [4] Materjali li għalihom ir-reazzjoni dwar l-imġieba tan-nar hija suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    [5] Materjali li għalihom ir-reazzjoni dwar l-imġieba tan-nar hija suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    [6] Materjali li għalihom ir-reazzjoni dwar l-imġieba tan-nar hija suxxettibli għal bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNEX II

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    SISTEMI KOMPOSTI TA’ L-INSULAZZJONI TERMALI ESTERNA/SETTIJIET GĦALL-ILLIXXAR (1/1)

    Sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu intiż tagħhom elenkat hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fil-Linji ta’ Gwida relevanti għall-approvazzjoni tekniċi Ewropej:

    Is-Sistema 1: Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (i) tad-Direttiva 89/106/KEE; mingħajr it-testijiet ta’ l-awditjar tal-kampjuni

    Is-Sistema 2+: Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibilità, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni inizzjali tal-fabbrika u l-kontrol tal-produzzjoni fil-fabbrika kif ukoll is-sorveljanza, studju u approvvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika

    Prodott(i) | Użu(i) intiż | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reazzjoni għan-nar) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

    Sistemi komposti ta’ insulazzjoni termika esterna/settijiet ta’ l-illixxar (ETICS) | F’ħitan esterni suġġetti għar-regolament dwar in-nar | A-B-C | 1 |

    A-B-C A (mingħajr ittestjar) D-E-F | 2+ |

    F’ħitan esterni li ma humiex suġġetti għar-regolament dwar in-nar | kwalunkwe | 2+ |

    L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddeterminata għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed m’għandux ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din [Ara l-Artikolu 2.1 tal-CPD u, fejn applikabli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interprettativi.] F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristiċi simili m’għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk huwa ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak l-aspett.

    --------------------------------------------------

    Top