Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0555

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi oħrajn

ĠU L 229, 20.8.1997, pp. 9–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/11/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/555/oj

31997D0555



Official Journal L 229 , 20/08/1997 P. 0009 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-14 ta’ Lulju 1997

dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi oħrajn

(Text b’relevanza ŻEE)

(97/555/KE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar l-approssimażżjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti għall-bini [1], kif emendat bid-Direttiva 93/63/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tiċċertifika l-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa neċessarju li tiddeċiedi jekk, għal ċertu prodott jew grupp ta’ prodotti, l-eżiżtenza ta’ sistema ta’ kontrol mill-fabbrika taħt ir-responsabilità tal-fabbrikant hiex kundizzjoni neċessarja u suffiċjenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità, jew, jekk għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-osservazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp taċ-ċertifikazzjoni hijiex għalhekk meħtieġa;

Billi l-Artikolu 13(4) jenħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-preskritti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-preskritti u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi iż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati kjarament il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (a) tikkorispondi għas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u tielet pssoibiltajiet tas-sezzjoni 2 (ii) ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3) (b) tikkorrispondi għas-sistemi stabbiliti fis-sezzjoni 2 (i) ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibilità, b’sorveljanza kontinwa, tas-sezzjoni 2 (ii) ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u familji tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom ċċertifikata bil-proċedura li biha l-fabbrikant ikollu taħt ir-responsabbilità unika tiegħu sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom ċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat taċ-ċertifikazzjoni jkun involut fil-kalkolazzjoni u s-sorvelljanza tal-produzzjoni tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-preskritti għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Ġir tal-bini, li jinkludi:

Ġir tal-kalċju,

Ġir dolomitiku, u

Ġir idrawliku.

--------------------------------------------------

ANNEX II

Siment komuni, li jinkludi:

Siment tat-tip Portland,

Siment kompost tat-tip Portland: (Siment tat-tip kagazza-Portland: A-S u B-S; siment iffumigat tat-tip Portland-silika: A-D; Siment tat-tip Portland-pozzolana: naturali A-P, naturali B-P, artifiċjali A-Q u artifiċjali B-Q; siment ta’ l-irmied tat-tip Portland-tajjari: siliċiku A-V, siċiliku B-V, tal-ġir A-W u tal-ġir B-W; siment tal-kagazza tat-tip Portland-maħruq: A-T u B-T; siment tat-tip Portland-tal-franka: A-L u B-L; siment tat-tip Portland-kompost: A-M u B-M),

siment blastfurnace A, B u C,

siment Pozzolaniku A u B, u

siment kompost: A u B.

Siment speċjali li jinkludi:

siment ta’ sħana baxxa,

siment reżiżtenti għall-kubrit,

Siment abjad,

Siment reżistenti għal ilma baħar, u

siment b’alkali baxxa.

Siment ta’ l-aluminate tal-kalċju

Siment għall-bini bil-ġebel

Bindersidrawliċi tat-toroq

--------------------------------------------------

ANNEX III

FAMILJA TA’ PRODOTTI

SIMENT, ĠIR TAL-BINI U BINDERS IDRAWLIĊI OĦRAJN

Sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-konformità.

Għal prodott(i) u l-użu(i) intiżi elenkat hawn taħt, CEN/CENELEC huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità fl-standards armonizzati relevanti:

Is-Sistema 1+:

Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (i) tad-Direttiva 89/106/KEE, b’eżaminazzjoni ta’ l-awditjar tal-kampjuni miġbura fil-fabbrika

Is-Sistema 2:

Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibilità, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni inizzjali tal-fabbrika u l-kontrol tal-produzzjoni fil-fabbrika (mingħajr sorveljanza, studju u approvvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika)

Is-Sistema 2+:

Ara l-Anness III, is-Sezzjoni 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibilità, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni inizzjali tal-fabbrika u l-kontrol tal-produzzjoni fil-fabbrika kif ukoll is-sorveljanza, studju u approvvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika

Prodott(i) | Użu(i) intiżi | Livell(i) jew klasi(jiet) | Ċertifikazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità |

Siment komuni, inklużi: Siment tat-tip PortlandSiment kompost tat-tipi Portland:Siment tal-kagazza PortlandSiment iffumigat tas-silika PortlandSiment Portand-pozzolanaSiment ta’ l-irmied tat-tip Portland-tajjariSiment tal-kagazza tat-tip Portland-maħruqSiment tat-tip Portland-tal- frankaSiment kompost tat-tip PortlandSiment tal-blastfurnaceSiment PozzolanikuSiment kompost | Preparazzjoni tal-konkrit, tajn, tikħil u taħlitiet oħrajn għall-bini u għall-manifattura ta’ prodotti għall-bini | -- | 1+ |

Siment speċjali, inklużi: Siment ta’ sħana baxxaSiment li jirreżisti għall-kubritSiment abjadli jirreżisti għall-ilma baħarSiment b’alkali baxxa | -- | 1+ |

Siment ta’ l-aluminate tal-kalċju | -- | 1+ |

Siment tal-bini bil-ġebel | -- | 1+ |

Ġir tal-bini, inklużi: Ġir tal-kalċjuĠir dolomitikuĠir idrawliku | -- | 2 |

Binders idrawliċi tat-toroq | Preparazzjoni tal-konkrit, tajn, tikħil u taħlitiet oħrajn għall-istabbilizzazzjoni tal-bażi tat-toroq | -- | 2+ |

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata anke meta t-twettieq ma jeħtieġx li jkun iddeterminat għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux ħtiġiet legali għal karattersitika bħal din [Ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokument Interprettattiva]. F’dawk il-każi il-verifika tal-karatteristiċi bħal dawn m’għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba ta’ dak il-prodott f’dak l-aspett.

--------------------------------------------------

Top