Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2402

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta' Diċembru tal-1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta' tariffi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku

ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2402/oj

31996R2402



Official Journal L 327 , 18/12/1996 P. 0014 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2402/96

tas-17 ta' Diċembru tal-1996

li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta' tariffi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju tal-1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżżla f'Skeda CXL magħmula wara l-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV. 6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju tal-1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati ta' konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skond GATT Artikolu XXIII [2],

Billi Deciżjoni 96/317/KE tat-13 ta' Mejju tal-1996 aġġustat l-arranġamenti tal-importazzjoni għal karboidrat manjoku ta' kodiċi 11081400 li hemm f'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3015/95 tad-19 ta' Diċembru 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' importazzjoni għal patata ħelwa u karboidrat manjoku maħsuba għal ċerti użi għal 1996 [3]; billi dak ir-Regolament kien għalhekk emendat b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/96 [4];

Billi l-Komunità obbligat ruħha fin-negozjati multilaterali ta' kummerċ ta'l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tiftaħ żewġ kwoti ta' tariffi ta' bla dazju għal prodotti ta' kodiċi NM 07142090 favur ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u pajjiżi oħra rispetivament, u żewġ kwoti ta' tariffi għal karboidrat manjoku ta' kodiċi NM 11081400 għal ċerti użu;

Billi għandha tittieħed azzjoni sabiex jinfetħu għall-1997 u snin ta' wara kwoti annwali ta' tariffa relattivi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku u biex jiġu stabbiliti regoli amministrattivi xierqa; billi d-disposizzjonijiet relevanti ta' Regolament (KE) Nru 30 15/95 kif emendat wara Deċiżjoni 96/317/KE għandhom jittieħdu;

Billi biex jiġi assigurat li l-kwoti huma maniġġjati tajjeb u b'mod partikolari li l-kwantitajiet stabbiliti għal kull sena ma jiġux maqbuża regoli speċifiċi fuq il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u ħruġ ta' liċenzi għandhom jiġu adottati; billi dawn jew iżidu jew iċedu d-disposizzjonijiet ta' Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [5], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 2350/96 [6];

Billi huwa meħtieġ li ssir differenza bejn patata ħelwa għal konsum uman u dawk għal użu ieħor; billi l-preżentazzjoni u l-ippakkjar ta' patata ħelwa ta' kodiċi NM 07142010 għal konsum uman għandhom jiġu speċifikati u prodotti li ma jissodisfawx dik il-preżentazzjoni u speċifikazzjoni ta' ippakkjar għandhom jitqiesu li jaqgħu f'kodiċi NM 07142090;

Billi r-regoli ta' ġestjoni u sorveljanza li hemm f'Regolament (KE) Nru 3015/95 għal importazzjonijiet bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1996 għandhom jinżammu, notevolment il-ħtieġa li dokument ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom għandu jiġi ppreżentat għal prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina;

Billi għal karboidrat manjoku għandha tittieħed konsiderazzjoni ta'l-impenn ġdid tal-Komunità b'Deċiżjoni 96/317KE biex tinfetaħ kwota annwali żejda u awtonoma ta' 10500 tunnellati li minnhom 10000 tunnellati huma riżervati għar-Renju tat-Tajlandja; billi taħt il-klawsoli miftehma mat-Tajlandja il-ħtiġiet ta'l-użu aħħari imposti qabel fuq kwoti ta' karboidrat manjoku huma ċeduti; billi għandu jkun meħtieġ li karboidrat manjoku impurtat mit-Tajlandja kontra l-kwantità riżervata tagħha għandu jkollu miegħu ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti Tajlandiża;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' ġestjoni għal Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma miftuħa mill-1 ta' Jannar 1997:

(1) kwota ta' tariffa annwali bla dazju għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 5000 tunnellata ta' patata ħelwa mhux għal konsum uman ta' kodiċi NM 07142090 li joriġinaw f'terzi pajjiżi minbarra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

(2) kwota ta' tariffa annwali bla dazju għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 600000 tunnellata ta' patata ħelwa mhux għal konsum uman ta' kodiċi NM 07142090 li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

(3) kwota ta' tariffa annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10000 tunnellata ta' karboidrat manjoku ta' kodiċi NM 11081400 b'rata ta' dazju daqs id-dazju MFN fis-seħħ inqas minn 100 EKU għal kull tunnelleta;

(4) kwota ta' tariffa annwali addizzjoniali u awtonoma għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10500 tunnellata ta'd karboidrat manjoku ta' kodiċi NM 11081400 b'rata ta' dazju daqs id-dazju MFN fis-seħħ inqas minn 100 EKU għal kull tunnelleta; 10000 tunnellata ta' din il-kwantità huma riżervati għar-Renju tat-Tajlandja.

TITOLU I

Patata ħelwa għal ċerti użi

Artikolu 2

1. Liċenzi ta' importazzjoni kontra l-kwoti murija fl-Artikolu 1(1) u (2) għandhom jinħarġu b'mod parallel mad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titlu.

2. Għall-għanijiet ta' kodiċi NM 07142010 patata ħelwa għall-konsum uman għandha tkun friska, patata ħelwa sħiħa imqegħda f'pakketti immedjati fiż-żmien tal-formalitajiet tad-dwana għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu m' għandhomx japplikaw biex tiġi mħarrġa f'ċirkolazzjoni ħielsa patata ħelwa għall-konsum uman kif imfisser hawn fuq.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal liċenzi jistgħu jiġu ppreżentati fl-awtorità kompetenti ta'l-Istat Membru it-Tlieta, jew jekk dak ma jkunx jum tax-xogħol fl-ewwel jum bħal dak ta' wara, sas-1 p.m. (ħin ta' Brussel).

Artikolu 4

1. Applikazzjonijiet għal liċenzi u liċenzi għandhom juru l-pajjiż ta' oriġini f'kaxxa 8. Il-liċenza għandha ġġorr magħha obbligu ta' importazzjoni minn dak il-pajjiż.

Applikazzjonijiet għal liċenzi għal prodotti li joriġinaw fir-Reppubblika Popolari taċ-Ċina m' ghandhomx ikunu ammissibbli jekk ma jkunx hemm mehmuż magħhom l-oriġinal (kulur blu) ta' dokument ta' esportazzjoni maħruġ mill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jew taħt ir-reponsabbiltà tagħha stess, magħmula skond il-mudell mogħti fl-Anness I.

2. Liċenzi għandhom iġorru waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin f'kaxxa 24:

- Exención del derecho de aduana [artículo 4 del Reglamento (CE) no 2402/96]

- Fritagelse for toldsatser (artikel 4 i forordning (EF) nr. 2402/96)

- Zollfrei (Artikel 4 der Verordnung (EG) Nr. 2402/96)

- Απαλλαγή από τον τελωνειακό δασμό [άρθρο 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2402/96]

- Exemption from customs duty (Article 4 of Regulation (EC) No 2402/96)

- Exemption du droit de douane [article 4 du règlement (CE) no 2402/96]

- Esenzione dal dazio doganale [articolo 4 del regolamento (CE) n. 2402/96]

- Vrijgesteld van douanerecht (artikel 4 van Verordening (EG) nr. 2402/96)

- Isenção de direito aduaneiro [artigo 4.o do Regulamento (CE) n.o 2402/96]

- Tullivapaa (asetuksen (EY) N:o 2402/96 4 artikla)

- Tullfri (artikel 4 förordning (EG) nr 2402/96).

Artikolu 5

1. Ir-raba' linja ta' l-Artikolu 5(1) ta' Regolament (KEE) Nru 3719/88 m' għandiex tapplika.

2. B'dak kollu li hemm fl-Artikolu 8(4) ta' Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità maħruġa għal ċirkolazzjoni ħielsa ma tistax tkun iżjed minn dik murija f'kaxxi 10 u 11 tal-liċenza. Għal dan il-għan il-figura "0' m' għandiex tiddaħħal f'kaxxa 22."

3. L-Artikolu 33(5) ta' Regolament (KEE) Nru għandu japplika.

Artikolu 6

It-titolu dwar liċenzi ta' importazzjoni għandu jkun 20 ECU għal kull tunnellata.

Artikolu 7

Sal-5 p.m. (ħin ta' Brussel) fil-jum tax-xogħol wara dak stabbilit minn l-Artikolu 3 għal preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet l-Istati Membri għandhom jgħaddu d-dettalji ta' l-applikazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni:

- isem l-applikant,

- kwantitajiet li għalihom ġie applikat,

- oriġini ta' prodotti,

- għal prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, in-numru tad-dokument ta' esportazzjoni u l-isem tal-bastiment.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bit-teleks jew fax safejn applikazzjonijiet jistgħu jiġu sodisfatti. Jekk il-kwantitajiet li għalihom ġew applikati jeċċedu dawk disponibbli l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tinnotifika tnaqqis uniformi ta' persentaġġ.

Liċenzi għandhom jinħarġu fil-limitu tal-kwoti murija fl-Artikolu 1(1) u (2).

2. Malli jirċievu n-notifika mill-Kummissjoni l-Istati Membri jistgħu joħorġu liċenzi.

Liċenzi għandhom ikunu validi f'kull parti tal-Komunità mill-jum attwali ta' ħruġ sa l-aħħar tar-raba' xahar ta' wara.

TITOLU II

Karboidrat manjoku

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni kontra l-kwoti murija fl-Artikolu 1(3) u (4)jistgħu jiġu preżentati fl-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru it-Tlieta, jew jekk dak ma jkunx jum tax-xogħol fl-ewwel jum bħal dak ta' wara, sas-1 p.m. (ħin Brussel).

Applikazzjonijiet ma jistgħux ikunu għal iktar minn 1000 tunnellata għal kull applikant li jaġixxi f'ismu stess.

Artikolu 10

1. Applikazzjonijiet għal liċenzi u liċenzi għandhom iġorru l-annotazzjoni li ġejja f'kaxxa 24:

"Dazju ta' importazzjoni mnaqqas b'100 ECU għal kull tunnellata (KE) Nru 2402/96)'."

2. Jekk l-applikazzjoni hija għal karboidrat li joriġina fit-Tajlandja esportat kontra l-kwantità riżervata ta' 10000 tunnellata murija fl-Artikolu 1(4) hija għandha jkollha mehmuża magħha ċertifkat ta' esportazzjoni magħmul skond il-mudell mogħti fl-Anness II bl-Ingliż u kkunsinnat mill-awtorità kompetenti Tajlandiża, jiġifieri l-Ministeru tal-Kummerċ, Dipartiment ta' Kummerċ Barrani.

Applikazzjonijiet u liċenzi għandhom iġorru l-annotazzjoni "Oriġini: Tajlandja' f'kaxxa 8."

Artikolu 11

L-Artikoli 5 u 6 ta' hawn fuq għandhom japplikaw.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom sas-1 p.m. (ħin ta' Brussel) fil-jum wara dak stabbilit minn l-Artikolu 9 għal preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet jgħaddu lill-Kummissjoni d-dettalji ta'l-applikazzjoni li ġejjin:

- isem l-applikant,

- kwantitajiet li għalihom ġie applikat,

- pajjiż ta' oriġini fil-każ ta' karboidrat li joriġina fit-Tajlandja kopert b'ċertifkat Tajlandiż ta' esportazzjoni.

Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tinnotifka lill-Istati Membri b'teleks jew fax safejn applikazzjonijiet jistgħu jiġu sodisfatti. Jekk il-kwantitajiet li għalihom ġew applikati jeċċedu dawk disponibbli l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tinnotifika tnaqqis uniformi ta' persentaġġ.

2. L-Istati Membri jistgħu joħorġu liċenzi malli jirċievu n-notifika tal-Kummissjoni.

Liċenzi għandhom ikunu validi f'kull parti tal-Komunità mill-jum attwali ta' ħruġ sa l-aħħar tat-tielet xahar ta' wara.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħal fis-seħħ fl- l ta' Jannar 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146 ta' l-20.6.1996, p. 1.

[2] ĠU L 122 tat-22.5.1996, p. 15.

[3] ĠU L 314 tat-28.12.1985, p. 29.

[4] ĠU L 137 tat-8.6.1996, p. 4.

[5] ĠU L 331 tat-2.12.1988, p. 1.

[6] ĠU L 320 tal-11.12.1986, p. 4

--------------------------------------------------

ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I

People's Republic of China

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙANNEX IIANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top