EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2058

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 10064000 għal produzzjoni ta' tħejjijiet ta' l-ikel ta' kodiċi NM 190110

ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2012; Imħassar b' 32012R0480

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2058/oj

31996R2058



Official Journal L 276 , 29/10/1996 P. 0007 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96

tat-28 ta' Ottubru 1996

li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 10064000 għal produzzjoni ta' tħejjijiet ta' l-ikel ta' kodiċi NM 190110

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet kif imniżżla fi Skeda CXL li tfasslet wara l-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 [1] tiegħu,

Billi fost il-konċessjonijiet mogħtija hemm kwota annwali ta' 1000 tunnellati metriċi bla dazju ta' ross miksur ta' kodiċi NM 10064000 għal produzzjoni ta' tħejjijiet ta' l-ikel ta' kodiċi NM 190110;

Billi biex ikun assigurat li l-kwota tkun immexxija sew, regoli speċifiċi dwar sottomissjoni ta' applikazzjonijiet u ħruġ ta' liċenzi huma meħtieġa; billi dawn ir-regoli jew iżidu ma’ jew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2137/95 [3];

Billi dispożizzjonijiet speċifiċi huma meħtieġa biex ikun assigurat li ross miksur impurtat ma jitbiegħedx mill-użu preskritt; billi eżenzjoni mid-dazju għandha għalhekk tkun taħt kondizzjoni ta' sottomissjoni ta' dikjarazzjoni mill-importatur rigward l-użu tar-ross u depożitu ta' sigurtà ugwali għad-dazju li mhux mitlub ħlas tiegħu; billi tmexxija sew tal-kwota teħtieġilha li jkun hemm żmien raġonevoli għal ipproċessar; billi l-kunsinna tal-prodotti teħtieġ kopja tal-kontroll T5 li trid issir fl-Istat Membru fejn tkun dieħla l-kunsinna għal ċirkolazzjoni ħielsa skond Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li telenka provvedimenti għall-implimentazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4], kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KE) Nru 1676/96 [5], bħala l-mezz xieraq biex tingħata prova ta' ipproċessar; billi meta jsir ipproċessar fl-Istat Membru fejn tkun dieħla l-kunsinna għal ċirkolazzjoni libera, prova ta' ipproċessar tista’ tingħata permezz ta' dokument ekwivalenti nazzjonali;

Billi, għalkemm l-għan tas-sigurtà huwa li jkun assigurat pagament għal dejn ġdid li qed jidher fl-importazzjoni, għandu jkun hemm flessibilità fit-tħollija tas-sigurtà;

Billi għandu jingħad li Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jelenka regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għal ċereali u ross [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1527/96 [7], japplika għal prodotti impurtati skond dan ir-Regolament; Billi sigurtà ma’ liċenzi ta' importazzjoni ta' ECU 25 kull tunnellata metriċi għandha tkun biżżejjed għal tmexxija xierqa tal-kwota;

Billi s-sigurtà kontra l-importazzjoni tal-liċenzji ta' ECU 25 għol kull tunnellata għandha tkun biżżejjed għal-kwota;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati tat-Tmexxija għal Ċereali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota ta' tariffa annwali ta' bla dazju ta'1000 tunnellati metriċi ta' ross miksur ta' kodiċi NM 100640 għal użu fil-produzzjoni ta' tħejjijiet ta' l-ikel ta' kodiċi NM 190110 bis-saħħa ta' dan qed tinfetaħ skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni jkunu għall-kwantità ta' mill-inqas 5 tunnellati metriċi u mhux aktar minn 500 tunnellati metriċi ta' ross miksur.

2. Applikazzjonijiet għall-liċenzi enzi ta' importazzjoni jkunu akkumpanjati minn:

- prova li l-applikant huwa persuna naturali jew legali li tkun żvolġiet attività kummerċjali fis-settur tar-ross għal mill-inqas 12-il xahar u li tkun reġistrata fl-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni,

- dikjarazzjoni bil-miktub mill-applikant li tgħid li huwa ssottometta applikazzjoni waħda biss. Fejn applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenza ta' importazzjoni, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu ma jkunux aċċettati.

3. Kaxxa 7 ta' l-applikazzjoni għal importazzjoni u l-liċenza ta' importazzjoni turi l-pajjiż ta' l-oriġini u l-kelma "iva" tkun immarkata b'salib.

4. Applikazzjonijiet għal liċenza u liċenzi enzi għandu jkun fihom:

(a) f'kaxxa 20, waħda mill-affarijiet imdaħħla li ġejjin:

- Partidos de arroz, del código NC 10064000, destinados a la producción de preparaciones alimenticias del código NC 190110

- Brudris, henhørende under KN-kode 10064000, bestemt til fremstilling af tilberedte næringsmidler, henhørende under KN-kode 190110

- Bruchreis des KN-Codes 10064000, bestimmt zur Herstellung von Lebensmittelzubereitungen des KN-Codes 190110

- Θραύσματα ρυζιού υπαγόμενα στον κωδικό ΣΟ 10064000, που προορίζονται για την παραγωγή παρασκευασμάτων διατροφής του κωδικού ΣΟ 190110

- Broken rice of CN code 10064000 for production of food preparations of CN code 190110

- Brisures de riz, relevant du code NC 10064000, destinées à la production de préparations alimentaires du code NC 190110

- Rotture di riso, di cui al codice NC 10064000, destinate alla produzione di preparazioni alimentari del codice NC 190110

- Breukrijst van GN-code 10064000, voor de produktie van voor voeding bestemde bereidingen van GN-code 190110

- Trincas de arroz do código NC 10064000, destinadas á produção de preparações alimentares do código NC 190110

- CN-koodiin 10064000 kuuluvat rikkoutuneet riisinjyvät CN-koodiin 190110 kuuluvien elintarvikevalmisteiden valmistamiseksi

- Brutet ris som omfattas av KN-nummer 10064000, avsett för produktion av livsmedelsberedningar som omfattas av KN-nummer 190110;

(b) fil-kaxxa 24, waħda mill-affarijiet imdaħħla li ġejjin:

- Exención del derecho de aduana [Reglamento (CE) no 2058/96]

- Toldfri (Forordning (EF) nr. 2058/96)

- Zollfrei (Verordnung (EG) Nr. 2058/96)

- Απαλλαγή δασμού [κανονισμός (EK) αριθ 2058/96]

- Free of customs duty (Regulation (EC) No 2058/96)

- Exemption du droit de douane [Règlement (CE) no 2058/96]

- Esenzione dal dazio doganale [Regolamento (CE) n. 2058/96]

- Vrijgesteld van douanerecht (Verordening (EG) nr. 2058/96)

- Isenção de direito aduaneiro [Regulamento (CE) n.o 2058/96]

- Tullivapaa (asetuksen (EY) N:o 2058/96)

- Tulifri (Förordning (EG) nr 2058/96).

5. Minkejja l-Artikolu 10 ta' Regolament (KE) Nru 1162/95, is-sigurtà għal liċenzi enzi ta' importazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament tkun ta' ECU 25 kull tunnellata metrika.

Artikolu 3

1. Fil-jum li fih isiru applikazzjonijiet għall-liċenzi, l-Istati Membri jinformaw lid-dipartimenti tal-Kummissjoni b'telex jew fax dwar il-kwantitajiet skond il-pajjiż ta' oriġini li għalihom saret applikazzjoni għal liċenzi għal importazzjoni u l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-applikanti.

2. Liċenzi għall-importazzjoni jinħarġu fil-11-il jum tax-xogħol wara dak li fih l-applikazzjoni tkun saret sakemm il-kwantità speċifikata fl-Artikolu 1 ma tkunx intlaħqet.

3. Fil-jum li fih il-kwantitajiet li għalihom saret applikazzjoni jaqbżu dawk speċifikati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni tiffissa tnaqqis ta' perċentwali wieħed fil-kwantitajiet mitluba u tinnotifika lill-Istati Membri fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol fuq liema applikazzjonijiet dan tkun għamlitu.

4. Jekk it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi kwantità waħda jew aktar ta' inqas minn 20 tunnellati metriċi kull applikazzjoni, allokazzjoni ta' dawn il-kwantitajiet kollha fost l-importaturi ssir mill-Istat Membru billi jsiru lotteriji għall-lottijiet ta' 20 tunnellati metriċi u, jekk applikabbli, lott li jkollu l-kwantità li jkun fadal.

5. Jekk il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenza għal importazzjoni tkun inqas mill-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni, l-ammont tas-sigurtà msemmi fl-Artikolu 2(5) jitnaqqas proporzjonalment.

6. Minkejja l-Artikolu 9 ta' Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzi ta' importazzjoni ma jkunux trasferibbli.

Artikolu 4

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'telex jew fax

(a) fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-ħruġ, il-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzi, billi jispeċifikaw data, pajjiż ta' l-orġini u isem u l-indirizz ta' min ikollu l-liċenza,

(b) jekk liċenza tiġi mneħħija, fi żmien jumejn tax-xogħol wara t-tneħħija, il-kwantitajiet li għalihom ikunu mneħħija liċenzi u l-ismijiet u l-indirizzi ta' min ikollu liċenzi mneħħija;

(ċ) fl-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar ta' wara, il-kwantitajiet skond il-pajjiż ta' oriġini li jkunu ddaħħlu għal ċirkolazzjoni ħielsa matul kull xahar.

L-informazzjoni ta' hawn fuq trid tkun notifikata bl-istess mod imma separatament minn informazzjoni fuq applikazzjonijiet oħra għal liċenza ta' importazzjoni fis-settur tar-ross.

Artikolu 5

1. Eżenzjoni minn dazju tad-dwana jkun soġġett għal:

(a) sottomissjoni mad-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' dikjarazzjoni bil-miktub mill-importatur li l-prodotti kollha mdaħħla jkunu proċessati kif indikat fl-kaxxa 20 tal-liċenza fi żmien sitt xhur tad-data min meta kien aċċettat id-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa;

(b) depożitu mill-importatur, mad-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa, ta' sigurtà għal ammont ugwali għad-dazju tad-dwana għal ross miksur kif iffissat fin-nomenklatura magħquda.

2. Mad-dħul fiċ- ċirkolazzjoni ħielsa, l-importatur irid juri bħala l-lok għall-ipproċessar jew l-isem ta' kumpannija ta' l-ipproċessar u Stat Membru jew mhux aktar minn ħames impjanti differenti ta' ipproċessar. Kunsinna tar-ross tkun teħtieġ kopja ta' kontroll T5 li ssir fl-Istat Membru minn fejn tkun telqet li, skond Regolament (KEE) Nru 2454/93, tkun ukoll tikkostitwixxi prova ta' ipproċessar.

Iżda, fejn isir ipproċessar fl-Istat Membru li fih isir id-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa, prova ta' ipproċessar tista’ tkun dokument nazzjonali ekwivalenti.

3. Il-kopja ta' kontroll T5 irid jkun fiha:

(a) fl-kaxxa 104, waħda mill-affarijiet imdaħħla li ġejjin:

- Destinadas a la producción de preparaciones alimenticias del código NC 190110

- Bestemt til fremstilling af tilberedte næringsmiler, henhørende under KN-kode 190110

- Bestimmt zur Herstellung von Lebensmittelzube reitungen des KN-Codes 190110

- Προρίζονται για την παραγωγή παρασκευασμάτων διατροφής του κωδικού ΣΟ 190110

- For production of food preparations of CN code 190110

- Destinées à la production de préparations alimentaires du code NC 190110

- Destinate alla produzione di preparazioni alimentari del codice NC 190110

- Bestemd voor de produktie van voor voeding bestemde bereidingen van GN-code 190110

- Destinadas á produção de preparações alimentares do código NC 190110

- Tarkoitettu CN-koodiin 190110 kuuluvien elintarvikevalmisteiden valmistukseen

- Avsett för produktion av livsmedelsberedningar som omfattas av KN-nummer 190110;

(b) fl-kaxxa 107, waħda mill-affarijiet imdaħħla li ġejjin:

- Reglamento (CE) no 2058/96 — artículo 4

- Forordning (EF) nr. 2058/96 — artikel 4

- Verordnung (EG) Nr. 2058/96 — Artikel 4

- Κανονισμός (EK) αριθ 2058/96 — άρθρο 4

- Article 4 of Regulation (EC) No 2058/96

- Règlement (CE) no 2058/96 — article 4

- Regolamento (CE) n. 2058/96 — articolo 4

- Verordening (EG) nr. 2058/96, artikel 4

- Regulamento (CE) n.o 2058/96 — artigo 4.o

- Asetuksen (EY) N:o 2058/96 — 4 artikla

- Förordning (EG) nr 2058/96 — artikel 4.

4. Ħlief f'każijiet ta' force majeure s-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 (b) tkun mħollija meta l-importatur jagħti prova lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih isir id-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa li r-ross kollu li ddaħħal kien proċessat għall-prodott muri fil-liċenza ta' l-importazzjoni. L-ipproċessar jitqies li jkun sar meta l-prodott ikun manifatturat jew f'fabbrika waħda jew aktar tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 5(2) li tkun fl-Istat Membru hemmhekk msemmi, jew fil-fabbrika jew waħda mill-fabbriki msemmija fl-istess provvediment, fil-limitu ta' żmien indikat fl-fil-paragrafu 1 (a).

Fejn ross imdaħħal għal ċirkolazzjoni ħielsa ma jkunx ġie pproċessat fiż-żmien speċifikat, is-sigurtà mħollija titnaqqas bi 2 % għal kull jum li bih ikun inqabeż il-limitu taż-żmien.

5. Prova ta' l-ipproċessar tingħata lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur wara l-limitu ta' żmien għall-ipproċessar.

Jekk ma tingħatax prova fil-limitu ta' żmien imniżżel f'dan il-paragrafu, is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 (b), fejn applikabbli mingħajr il-perċentwali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, titnaqqas bi 2 % għal kull jum li bih jinqabeż il-limitu taż-żmien.

L-ammont tas-sigurtà li ma jkunx imħolli ikun konfiskat bħala dazji tad-dwana.

Artikolu 6

1. Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 37 19/88, il-kwantità mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa ma tistax taqbeż dik imdaħħla fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenza ta' importazzjoni. Iċ-ċifra "0" tiddaħħal mela fil-kaxxa 19 tal-liċenza.

2. L-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ikun japplika.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fit-28 ta' Ottubru 1996.

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[2] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[3] ĠU L 214, tat-8.9.1995, p. 21.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[5] ĠU L 218, tat-28.8.1996, p. 1.

[6] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

[7] ĠU L 190, tal-31.7.1996, p. 23.

--------------------------------------------------

Top