EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1259

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta' l-interventi mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji

ĠU L 163, 2.7.1996, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/02/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R0072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1259/oj

31996R1259



Official Journal L 163 , 02/07/1996 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/96

tal-25 ta' Ġunju 1996

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta' l-interventi mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanziji

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-kumitat tal-Fond (FAEGG),

Billi, għall-ħidmiet ta' intervent li għalihom ma ġietx stabbilita unità ta' l-ammont bir-regoli ta' l-organizazzjoni tas-suq, ir-regoli bażiċi li japplikaw għall-finanzjament Komunitarju huma dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 [2], b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodu li bih jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati, il-finanzjament tan-nefqa li jirriżulta mill-mobilizzazzjoni tal-fondi meħtieġa għax-xiri bl-intervent, il-valwazzjoni tal-ħażniet li jridu jinġarru minn sena għall-oħra u l-finanzjament tan-nefqa li jirriżulta mill-ħidmiet fiżiċi tal-magazzinaġġ;

Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 jipprovdi illi l-imposti fuq l-imgħaxijiet miġrura mill-Istati Membri sabiex jimmobilizzaw il-fondi użati għax-xiri b'intervent pubbliku jridu jiġu ffinanzjati mill-Komunità b'rata uniformi ta' mgħax;

Billi jista' jidher fi Stat Membru illi x-xiri f'intervent pubbliku tal-prodotti agrikoli jista' jiġi ffinanzjat biss b'rati ta' imgħax li huma ogħla sostanzjalment mir-rata uniformi ta' l-imgħax;

Billi għandha ssir dispożizzjoni, f'dawn il-każijiet, rigward mekkaniżmu ta' korrezzjoni sabiex jikkumpensa għal parti mid-differenza bejn ir-rata partikolarment għolja ta' imgħax imħallsa mill-Istat Membru u rata uniformi ta' l-imgħax, filwaqt li titħalla r-resposabbiltà għal parti mid-differenza f'idejn l-Istat Membru sabiex tinkoraġġieh ifittex il-metodu ta' finanzjament l-inqas li jqum;

Billi l-mekkaniżmu introdott għal dan l-għan fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1571/93 [3] għal perjodu taż-żmien ta' tliet snin qiegħed jaħdem b'mod sodisfaċenti, iżda billi din id-dispożizzjoni skadiet fl-aħħar tas-sena finanzjarja 1995;

Billi d-differenzi sostanzjali bejn l-ispejjez tal-finanzjament li kienu nnotati fis-sena 1993 kienu r-raġunijiet għalbiex l-introduzzjoni ta' dan il-mekkaniżmu jissokta jeżisti; billi għalhekk ikun utili illi jiġi estiż il-perjodu taż-żmien sabiex jiġi applikat il-mekkaniżmu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 jiġi hawnhekk mibdul b’li ġej:

"Minkejja l-ewwel subparagrafu, jekk ir-rata ta’ l-imgħax miġrura minn Stat Membru tkun iktar mid-doppju tar-rata uniformi ta’ l-imgħax, il-Kummissjoni tista’, għas-sena finanzjarja 1996, hija u tiffinanzja l-ispejjes fuq l-imgħax miġrura minn dan l-Istat Membru, tapplika r-rata uniformi ta’ l-imgħax miżjuda bid-differenza bejn id-doppju ta’ din ir-rata u r-rata attwali miġrura mill-Istat Membru."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għan-nefqa miġrura mill-1 ta' Ottubru 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Pinto

[1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, pġ. 13. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, pġ. 1).

[2] ĠU L 216, tal-5.8.1978, pġ. 1. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1571/93 (ĠU L 154, tal-25.6.1993, pġ. 46).

[3] ĠU L 154, tal-25.6.1993, pġ. 46.

--------------------------------------------------

Top