Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0137

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 1996 li temenda d-Deċiżjoni 94/86/KE li tfassal lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-kaċċa feraliTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 31, 9.2.1996, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006D0696

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/137/oj

31996D0137



Official Journal L 031 , 09/02/1996 P. 0031 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Jannar 1996

li temenda d-Deċiżjoni 94/86/KE li tfassal lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-kaċċa ferali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(96/137/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u dawk tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-qtil tas-selvaġġina u t-tpoġġija fis-suq ta’ laħam tas-selvaġġina [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 16(2) u (3) tiegħu,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/86/KE [2] stabbiliet lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni tal-laħam tal-kaċċa ferali hija awtorizzata;

Billi huwa neċessarju li tadotta d-Deċiżjoni Nru 94/86/KE sabiex tikkonsidra l-emendi fil-leġislazzjoni tal-Komunità riferuti minnha;

Billi ġew riċevuti aktar assigurazzjonijiet bil-miktub mit-Tuneżija; billi eżami ta’ dawn l-assigurazzjonijiet urew li dan il-pajjiż jissodisfa t-talbiet tal-Komunità;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

"PARTI I Lista ta’ pajjiżi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-kaċċa ferali tat-tjur:

- il-lista tal-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tiġieġ li tidher fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 94/85/KE [3],

- Greenland,

- It-Tuneżija."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35.

[2] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 33.

[3] ĠU L 44, tas-17.2 1994, p. 31.

--------------------------------------------------

Top