This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R1565
Commission Regulation (EC) No 1565/95 of 30 June 1995 amending Regulation (EC) No 2248/94 introducing retrospective Community surveillance of imports of certain steel cables originating in non-member countries
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/95 tat-30 Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/94 li jdaħħal sorveljanza retrospettiva tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti ħbula ħoxnin ta' l-azzar li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/95 tat-30 Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/94 li jdaħħal sorveljanza retrospettiva tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti ħbula ħoxnin ta' l-azzar li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri
ĠU L 150, 1.7.1995, p. 23–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 150 , 01/07/1995 P. 0023 - 0023
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/95 tat-30 Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/94 li jdaħħal sorveljanza retrospettiva tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti ħbula ħoxnin ta' l-azzar li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 5184/94 [1], u partikolarment l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [2], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 839/95 [3], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2248/94 [4] introduċa sorveljanza retrospettiva tal-Komunità fuq l-importazzjopni lejn il-Komunità ta' wire tas-swiegel, ħbula, ħbula ħoxnin, ċineg tar-trizza, taljoli u dik ix-xorta, tal-ħadid jew ta' l-azzar, mhux iżolati mill-elettriku, li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 73121091, 73121095 u 73121099; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94 [5] bidel il-kodiċi tan-NM 73121091 bil-kodiċi 73121082 u l-kodiċi tan-NM 73121095 bil-kodiċi 73121084, 73121086 u 73121088; Billi l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda li jirreferu għall-prodotti suġġetti għas-sorveljanza retrospettiva tal-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 2248/94 għandhom ikunu emendati skond dan, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2248/94, il-frażi "kodiċi tan-NM 73121091, 73121095 u 73121099" għandha tinbidel bi "kodiċi tan-NM 73121082, 73121084, 73121086, 73121088 u 73121099". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Ġunju 1995. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Viċi-President [1] ĠU L 349, 31. 12, 1994, p. 53. [2] ĠU L 67, 10. 3, 1994, p. 89. [3] ĠU L 85, 19. 4, 1995, p. 9. [4] ĠU L 242, 17. 9, 1994, p. 5. [5] ĠU L 345, 31. 12, 1994, p. 1. --------------------------------------------------