Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0215

    Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-akkwisti li jsiru mill-Gvern

    ĠU L 134, 20.6.1995, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/215/oj

    Related international agreement

    31995D0215



    Official Journal L 134 , 20/06/1995 P. 0025 - 0025


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta’ Mejju 1995

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-akkwisti li jsiru mill-Gvern

    (95/215/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-aħħar sentenza ta’ Artikolu 57(2) u Artikoli 66, 100 a, 113 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 228(2) u Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi, għall-Komunità, il-poteri biex tikkonkludi ftehim internazzjonali mhumiex biss mogħtija espliċitament mit-Trattat imma joħorġu wkoll minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat u minn azzjonijiet meħuda skond dawk id-dispożizzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-Komunità;

    Billi, meta r-regoli tal-Komunità ġew adottati sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, l-Istati Membri, barra l-qafas ta’ l-istituzzjonijiet komuni, ma jistgħux jidħlu f’obbligi li setgħu jkollhom effett fuq dawk ir-regoli jew jibdlu l-intenzjoni tagħhom;

    Billi parti mill-obbligi fil-Ftehim innegozjat mill-Komunità Ewropea ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar akkwisti li jsiru mill-gvern taqa taħt il-ġurisdizzjoni esklussiva tal-Komunità permezz ta’ Artikolu 113 tat-Trattat;

    Billi, aktar minn hekk, xi wħud mill-impenji l-oħra għandhom effett fuq ir-regoli tal-Komunità adottati fuq il-bazi ta’ Artikoli 57(2), 66 u 100 a tat-Trattat;

    Billi, fl-aħħar mill-aħħar, Artikolu 37 tad-Direttiva 93/38/KEE [3] jikkonferixxi espressament fuq l-istituzzjonijiet tal-Komunità setgħat biex imexxu n-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar l-arranġamenti legali applikabbli għall-kuntratti tal-gvern mogħtija minn entitajiet fl-Istati Membri fis-setturi ta’ l-eletriċità u tal-portijiet, inter alia;

    Billi il-Ftehim innegozjat mill-Komunità Ewropea mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar kuntratti tal-gvern għandu jkun konkluż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kuntratti tal-gvern huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar persuna bis-setgħa li jiffirma l-Ftehim biex jorbot lill-Komunità Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 1995.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    H. de Charette

    [1] ĠU C 291, tad-19.10.1994, p. 4.

    [2] Il-Kunsens mogħti fid-19 ta’ Mejju 1995 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri tal-kuntratti ta’ l-entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-Trasport u t-Telekomunikazzjonijiet (ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 84).

    --------------------------------------------------

    Top