This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1771
Commission Regulation (EC) No 1771/94 of 19 July 1994 laying down provisions on the introduction into the Community of pelts and manufactured goods of certain wild animal species
Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1771/94 tad-19 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet rigward l-introduzzjoni fil-Komunità tal-ġlud u l-oġġetti manifatturati ta' ċerti speċje ta' annimali ferjali
Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1771/94 tad-19 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet rigward l-introduzzjoni fil-Komunità tal-ġlud u l-oġġetti manifatturati ta' ċerti speċje ta' annimali ferjali
ĠU L 184, 20.7.1994, pp. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 184 , 20/07/1994 P. 0003 - 0004
Finnish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0209
Swedish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0209
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1771/94 tad-19 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet rigward l-introduzzjoni fil-Komunità tal-ġlud u l-oġġetti manifatturati ta' ċerti speċje ta' annimali ferjali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tal-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi fil-Komunità l-użu ta' nases li jaqbdu mis-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud u oġġetti manifatturati minn ċerti speċje ta' annimali ferjali li joriġinaw minn pajjiżi li fihom dawn jinqabdu b'nases mis-saqajn jew b'metodi oħrajn ta' nsib li ma jilħqux in-normi umani internazzjonali [1], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu, Billi reċentament kien sar evidenti li l-iżvilupp ta' standards umani fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardazzjoni (ISO) pjuttost li ma jkunx lest qabel in-nofs tas-sena 1995. Billi dan jimplika li waħda mill-għażliet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 dwar pajjiżi terzi, li jew jadottaw disposizzjonijiet amministrattivi jew leġislattivi adekwati ħalli jipprojbixxu l-użu tan-nasses li jaqbdu mis-saqajn, jew li jasiguraw li l-metodi tal-insib użati għall-ispeċje elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament ikunu jilħqu n-normi umani internazzjoni kif mifthiema, li bħal issa ma humiex disponibbli; billi dan għandu impatt negattiv mhux mistenni fuq il-possibbilità tal-pajjiżi terzi kkonċernati biex ikunu konformi mal-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91; billi ż-żmien sa l-1 ta' Jannar 1995 mhux biżejjed għall-maġġoranza tagħhom biex jadottaw l-istrateġija tagħhom għal din is-sitwazzjoni; Billi numru mportanti ta' pajjiżi li jesportaw il-ġlud bil-pil kienu wrew li progress suffiċjenti qiegħed isir lejn l-abolizzjoni tan-nasses li jaqbdu mis-saqajn u/jew fl-iżvilupp ta' metodi umani tal-insib; Billi, skond dawn iċ-ċirkostanzi, l-implementazzjoni tal-projbizzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 fl-1 ta' Jannar 1995 mhux biss li jaffettwa b'mod negattiv ix-xogħol ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-istandardazzjoni bil-għan li tiżviluppa normi umani internazzjonali għall-insib, imma wkoll li serjament tnaqqas l-inċentiv għal pajjiżi terzi li jagħmlu aktar progress fir-rigward ta' nsib uman; Billi, għalhekk, huwa xieraq, bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91, li jissospendu l-projbizzjoni kkonċernata għal sena waħda, li teskadi fil-31 ta' Diċembru 1995; Billi, bħala riżultat, il-Kummissjoni għandha issa tiddetermina liema pajjiżi jilħqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 u l-għamliet xierqa għaċ-ċertifikazzjoni riferuti fl-Artikolu 4 tiegħu fi żmien tajjeb qabel l-1 ta' Jannar 1996; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1534/93 [3], ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-projbizzjoni dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud tal-ispeċje ta' l-annimali elenakti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 u ta' l-oġġetti l-oħrajn elenkati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1996. 2. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91, tiddettermina qabel l-1 ta' Settembu 1995: (a) liema pajjiżi jilħqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament u (b) l-għamliet xierqa għaċ-ċertifikazjoni riferuta fl-Artikolu 4 tiegħu. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1994. Għall-Kummissjoni Yannis Paleokrassas Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1. [2] ĠU L 348, tal-31.12.1982, p. 1. [3] ĠU L 151, tat-23.6.1993, p. 22. --------------------------------------------------