Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0012

Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 marbuta ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-gassijiet li joħorġu mill-vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/220/KEE

ĠU L 100, 19.4.1994, pp. 42–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/12/oj

31994L0012



Official Journal L 100 , 19/04/1994 P. 0042 - 0052
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0044


Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-23 ta’ Marzu 1994

marbuta ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-gassijiet li joħorġu mill-vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/220/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a ta’ dan;

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu in konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat,

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri fil-kuntest tas-suq intern; billi s-suq intern għandu jkollu fih żona fejn ma jkun hemm l-ebda fruntieri interni, u li fih jkun garantit il-moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

Billi l-ewwel programm ta’ azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent [3], approvat mill-Kunsill fit-22 ta’ Novembru 1973, sejjaħ għal kunsiderazzjoni ta’ l-aktar avvanzi xjentifiċi reċenti biex jiġi miġġieled it-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur u għal direttivi li kienu adottati qabel biex jiġu emendati kif xieraq; billi il-ħames programm ta’ azzjoni, li fil-qafas ġenerali tiegħu kien approvat mill-Kunsill fir-risoluzzjoni tiegħu nhar l-1 ta’ Frar 1983 [4], jipprovdi għal sforz akbar biex jitnaqqas b’mod sostanzjali l-livell preżenti ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur;

Billi l-għanijiet biex jitnaqqas il-livell ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur, kif ukoll it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern għal vetturi ma jistax jinkiseb biżżejjed minn Stati Membri individwali, u li għalhekk ikun jista’ jinkiseb aħjar bl-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jittrattaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għal kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn vetturi bil-mutur;

Billi huwa magħruf illi l-iżvilupp tat-trasport fil-Komunità wassal għal pressjoni akbar fuq l-ambjent; billi ċertu numru ta’ estimi uffiċjali taż-żieda fid-densità tat-traffiku kien inqas mill-figuri uffiċjali; billi għal din ir-raġuni għandhom jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità aktar stretti għal vetturi kollha bil-mutur;

Billi l-Kummissjoni adottat il-programm Ewropew dwar l-emissjonijiet, karburanti u teknoloġiji tal-magni (EPEFE); billi dak il-programm twaqqaf biex jiżgura li dawk il-proposti għal direttivi li jsiru fil-futur li jittrattaw il-ħruġ ta’ tniġġis isibu l-aħjar soluzzjonijiet kemm għal konsumatur kif ukoll għall-ekonomija; billi dak il-programm jifforma parti mill-kontribuzzjonijiet li jistgħu jsiru kemm minn vetturi kif ukoll mill-karburanti li jmexxuhom;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [5], li tittratta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, hija waħda mid-Direttivi separati li taqa’ taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip, stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [6];

Billi d-Direttiva 70/220/KEE tistabbilixxi l-valuri ta’ limitu għal ħruġ ta’ carbon monoxide u hydrocarbon mhux maħruq minn magni ta’ vetturi bħal dawn; billi dawn il-valuri ta’ limitu kienu tnaqqsu l-ewwel bid-Direttiva 74/290/KEE [7] u miżjuda, f’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 77/102/KEE [8], b’valuri ta’ limitu għal ħruġ awtorizzat ta’ nitrogen oxides; billi l-valuri ta’ limitu għal dawn it-tliet tipi ta’ tniġġis kienu mnaqqsa aktar tard bid-Direttivi tal-Kummissjoni 78/665/KEE [9], 83/351/KEE [10] u 88/76/KEE [11]; billi l-valuri ta’ limitu għal ħruġ ta’ tniġġis particulate minn magni li jaħdmu bid-diesel kienu ġew introdotti bid-Direttiva 88/436/KEE [12]; billi standards ta’ kwalità Ewropej aktar stretti għal ħruġ ta’ tniġġis fil-forma ta’ gassijiet minn vetturi bil-mutur ta’ taħt l-1400 cm3 kienu ġew introdotti bid-Direttiva 89/458/KEE [13]; billi dawn il-standards ta’ kwalità kienu ġew estiżi għat-tipi kollha ta’ vetturi tal-passiġġieri, indipendentement mill-kapaċità tal-magna tagħhom fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ test Ewropew aktar avvanzata li tinkludi sewqan f’ambjent estra-urban u, billi l-kriterji dwar il-ħruġ ta’ evaporazzjoni u r-reżistenza ta’ komponenti tal-vettura marbuta ma’ ħruġ ta’ tniġġis, kif ukoll standards ta’ kwalità aktar stretti għal ħruġ ta’ tniġġis particulate minn vetturi bil-mutur li jaħdmu b’magna diesel kienu ġew introdotti bid-Direttiva 91/441/KEE [14]; billi karozzi tal-passiġġieri ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt passiġġieri jew li jkollhom massa massima ta’ mhux aktar min 2500 kg, vetturi kummerċjali ħfief, u vetturi għal off-road, kienu koperti mill-iskop tad-Direttiva 70/220/KEE, li s’issa kienet ikkaratterizzata minn standards ta’ kwalità anqas stretti, u issa, bid-Direttiva 93/59/KEE, hija suġġetta għal standards ta’ kwalità stretti bħal dawk ta’ karozzi tal-passiġġieri, waqt li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn il-vetturi;

Billi x-xogħol mwettaq mill-Kummissjoni f’dan il-qasam wera li l-aħjar teknoloġija li hija disponibbli bħalissa għall-industrija tal-Komunità tista’ tkun mtejba biex karozzi tal-passiġġieri jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta’ emissjonijiet mnaqqsa b’mod konsiderevoli; billi l-standards ta’ kwalità proposti japplikaw kemm għall-approvazzjoni ta’ tipi ta’ vetturi ġodda u għall-verifika fuq il-konformità ta’ produzzjoni, peress li l-metodu emendat dwar kif jittieħdu l-kampjuni u kif tiġi valutata l-istatistika ineħħi t-tolleranzi awtorizzati għal valuri ta’ limitu stabbiliti fl-istadji ta’ qabel tad-Direttiva 70/220/KEE;

Billi, fid-dawl tat-tħassib dwar il-livell ta’ tniġġis kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi u l-parti tagħhom fil-formazzjoni ta’ gassijiet responsabbli għall-effett tas-serra, huwa neċessarju li jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet, b’mod partikolari l-ħruġ ta’ CO2, f’konformità mal-ftehim milħuq fil-Konvenzjoni dwar il-Bidla fil-Klima ffirmat f’Rio f’Ġunju 1992; billi l-CO2 jirriżulta direttament mill-ħruq ta’ karburanti li fihom il-karbonju; billi l-ħruġ ta’ CO2 jista’ jitnaqqas primarjament billi jitnaqqas il-konsum tal-karburant; billi dan jeħtieġ progress fit-tfassil ta’ magni u vetturi kif ukoll fil-kwalità ta’ karburant; billi dawn l-elementi kollha għandhom jiġu kkunsidrati f’proposta sussegwenti mill-Kummissjoni;

Billi l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa, permezz ta’ inċentiv ta’ taxxi, biex jintroduċu vetturi li jilħqu l-kriterji adotatti fuq livell ta’ Komunità; billi dawn l-inċentivi ta’ taxxa jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jridu jilħqu ċertu kondizzjonijiet maħsuba biex jevitaw abbuż tas-suq intern; billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jaffettwawx id-dritt ta’ l-Istati Membri biex jinkludu ħruġ ta’ tniġġis u sustanzi oħra, li permezz tagħhom jiġu kkalkulati t-taxxi tat-toroq fuq vetturi bil-mutur;

Billi l-kriterju ta’ avviż minn qabel ta’ din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għal kriterji ta’ avviż taħt disposizzjoniet oħra tal-liġi tal-Komunità, partikolarment l-Artikolu 93(3) tat-Trattat;

Billi l-Kunsill għandu, sat-30 ta’ Ġunju 1996, jadotta l-kriterji għall-istadju mis-sena 2000 fuq il-bażi ta’ proposta li għandha tingħata mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 1994, u billi dik il-proposta għandha jkollha l-għan li tnaqqas b’mod sostanzjali l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur;

Billi l-Kummissjoni kellha konsultazzjonijiet wesgħin mal-partijiet ikkonċernati, li laħqu l-qofol tagħhom fis-Simposju ‘Emissjonijiet minn Vetturi 2000’ tal-21 u t-22 ta’ Settembru 1992, li wera kemm il-metodu preżenti, li jiffoka fuq ħruġ ta’ exhaust, għandu jkun element wieħed fl-istadju li jmur lil hinn mill-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ din id-Direttiva, bħala parti minn approċċ li jieħu kont ta’ diversi oqsma li jinkludi l-miżuri kollha biex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja kkawżat mit-traffiku fit-toroq; billi l-parametri kollha li ġew identifikati bħala li għandhom impatt fuq dan it-tniġġis attwalment jista’ jiġi ppreżentat biss fil-forma ta’ lista; billi l-Kummissjoni se tivvaluta l-analiżi neċessarja tal-effettività ta’ aspetti marbuta ma’ l-ambjent, it-teknoloġija u n-nefqa biex tipprovdi qabel l-aħħar ta’ Diċembru 1994 għanijiet kwantifikati għall-miżuri tal-Komunità għas-sena 2000;

Billi l-għanijiet biex jitnaqqas il-livell ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur jippresupponi li, meta l-Kummissjoni tagħmel il-proposti tagħha għal miżuri biex ikunu japplikaw wara s-sena 2000 u fid-dawl, fost oħrajn, ta’ preparazzjoni ta’ miżuri tekniċi kumplimentari kif hemm provdut fl-Artikolu 4, tressaq ’l quddiem, jekk hemm bżonn, valuri li biex jintlaħqu jkunu jinvolvu tnaqqis sostanzjali ieħor ta’ l-emissjonijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE huwa emendat f’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 1994 jew, jekk din id-Direttiva tonqos milli tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993, sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw li jikkonformaw mal-kriterji tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 4(1) u 7 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE.

2. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996, l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu aktar:

- l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew

- l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, kemm-il darba d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE ikunu invokati,

għal tip ta’ vettura minħabba raġunijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet, jekk din tkun tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

3. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1997, l-Istati Membri għandhom:

- jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità biex jakkumpanjaw vetturi ġodda skond kif stabbilit fid-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għal finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, u

- jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati b’attestat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, kemm-il darba id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE ikunu infurzati,

minħabba raġunijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet, jekk il-vetturi jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membriu jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi ta’ taxxa fejn jidħlu biss vetturi bil-mutur li jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Dawn l-inċentivi jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u, barra minn hekk, għandhom jħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjien:

- huma għandhom ikunu japplikaw għal vetturi ġodda kollha li jkunu għall-bejgħ fis-suq ta’ xi Stat Membru li jikkonformaw bil-quddiem mal-kriterji tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- huma għandhom jintemmu b’effett mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri ta’ emissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) għal vetturi ġodda bil-magna.

- għal kull tip ta’ vettura bil-magna, huma għandhom ikunu ta’ ammont inqas min-nefqa addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi li jkunu ġew introdotti biex jiżguraw konformità mal-valuri stabbiliti u ta’ l-istallazzjoni tagħhom fuq il-vettura.

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien tajjeb dwar kull pjan li jkollu l-ħsieb jintroduċi jew jemenda l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel paragrafu, biex din tkun tista’ tagħti l-kummenti tagħha.

Artikolu 4

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, għandu jiddeċiedi qabel it-30 ta’ Ġunju 1996, dwar proposti għal stadju ieħor ta’ miżuri tal-Komunità li għandhom jittieħdu għal kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi, li l-Kummissjoni għandha tagħti sal-31 ta’ Diċembru 1994. Il-miżuri għandhom japplikaw mis-sena 2000 ’il quddiem.

F’dawn il-proposti il-Kummissjoni għandha ssegwi dan il-metodu:

- il-miżuri għandhom ikunu mfassla biex jipproduċu effetti biex jilħqu l-kriterji tal-Komunità dwar il-kwalità ta’ l-arja u għanijiet oħra relatati,

- għandha tingħata stima ta’ l-effettività tan-nefqa fit-teħid ta’ kull miżura; f’din l-istima globali għandha tittieħed kunsiderazzjoni sħiħa, fost oħrajn, tal-kontribuzzjonijiet li:

- l-immaniġġjar tat-traffiku, per eżempju billi tferrex in-nefqiet ambjentali b’mod xieraq,

- trasport pubbliku urban imtejjeb,

- tekonoloġiji ġodda ta’ propulsjoni (per eżempju, trasmissjoni elettrika),

- l-użu ta’ karburanti alternattivi (per eżempju biokarburanti),

jkunu jistgħu jagħmlu biex itejbu l-kwalità ta’ l-arja,

- il-miżuri għandhom ikunu proporzjonali u raġonevoli fid-dawl tal-għanijiet maħsuba.

Il-proposti, waqt li jikkunsidraw il-metodoloġija mfissra fuq u li għandhom l-għan li jnaqqsu b’mod sostanzjali il-ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi koperti minn din id-Direttiva, għandhom jinkludu b’mod partikolari dawn l-elementi li ġejjen:

1. Titjib aktar fil-kriterji ta’ din id-Direttiva:

ibbażat fuq l-istima

- tal-potenzjal tal-magna tradizzjonali u t-tekonoġija magħrufa bħala post-combustion,

- titjib possibbli fil-proċedura tat-test, per eżempju waqt startjar kiesaħ, fi startjar f’temperaturi baxxi u xitwin, ir-reżistenza (per eżempju, fit-testijiet ta’ konformità), ħruġ ta’ evaporazzjoni,

- miżuri fuq livell ta’ approvazzjoni tat-tip li jappoġġjaw kriterji msaħħa ta’ spezzjonar u manteniment, li jinkludu, per eżempju, sistemi diagnostiċi on-board,

- il-possibbilità li tiġi verifikata l-konformità tal-vetturi fiċ-ċirkulazzjoni,

- il-bżonn proporzjonali għal:

(i) limiti speċifiċi għal HC u NOx biex jiżdiedu ma’ valur ta’ limitu kumulattiv, u

(ii) miżuri li jkopru tniġġis li s’issa għadu mhux ikkontrollat.

2. Miżuri tekniċi kumplimentari fil-qafas ta’ Direttivi speċifiċi, li jinkludu:

- titjib fil-kwalità ta’ karburanti sa fejn il-ħruġ ta’ sustanżi perikolużi minn vetturi (speċjalment benzene) huma kkonċernati,

- tisħiħ tal-kriterji tal-programm ta’ spezzjoni u manteniment.

Il-valuri ta’ limitu mnaqqsa, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva l-ġdida, m’għandhomx ikunu japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2000 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-kondizzjonijiet li jwasslu għal inċentivi tat-taxxa fuq il-bażi ta’ dawn il-valuri ta’ limitu.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjoniet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1994 jew, jekk din id-Direttiva tonqos milli tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 1993, sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

E. Klepsch

Għall-Kunsill

Il-President

TH. Pangalos

[1] ĠU Ċ 56, 26.2.1993, p. 34.

[2] ĠU Ċ 201, 26.7.1993, p. 9.

[3] ĠU Ċ 112, 20.12.1973, p. 1.

[4] ĠU Ċ 138, 17.5.1993, p. 1.

[5] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.Direttiva kif emendata bid-Direttiva 93/59/KEE (ĠU L 186. 28.7.1993, p. 21).

[6] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE (ĠU Ċ 264, 23.10.1993, p. 49).

[7] ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61.

[8] ĠU L 32, 3.2.1977, p. 32.

[9] ĠU L 223, 14.8.1978, p. 48.

[10] ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1.

[11] ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1.

[12] ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1.

[13] ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1.

[14] ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESS GĦAD-DIRETTIVA 70/220/KEE KIF EMENDATA BID-DIRETTIVA 93/59/KEE

ANNESS I

1.Is-Sezzjoni 3.1 tinqara kif ġej:

"3.1. Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/156/KEE, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, partikolarment fejn tidħol informazzjoni dwar emissjonijiet mit-tailpipe tagħha, emissjonijiet ta’ evaporazzjoni u r-resistenza ta’ tagħmir għal kontra t-tniġġis, għandu tingħata mill-fabbrikant tal-vettura."

2.Is-Sezzjoni 4 tinqara kif ġej:

"4. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

4.1. Jekk il-kriterji relevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip għandha tingħata skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Mudell ta’ l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip li jrid ikun attestat jidher fl-Anness IX."

3.Sezzjoni 5.3.1.4. It-titolu tal-kolonna u l-ewwel linja tat-tabella li tikkonċerna l-vetturi tal-kategorija M jinbidlu b’dan li ġej:

"Kategorija tal-vettura | Massa tar-referenza RM (kg) | Valuri ta’ limitu |

Massa ta’ carbon monoxide L1 (g/km) | Massa magħquda ta’ hydrocarbons u nitrogen oxides L2 (g/km) | Massa ta’ partikuli L3 (g/km) |

Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Diesel |

M | Kollha | 2,2 | 1,0 | 0,5 | 0,7 | 0,08 |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi 1

1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li għandha tintuża biex tivverifika l-konfomità tal-produzzjoni għat-test tat-tip I, meta l-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni tal-fabbrikant ikun sodisfaċenti.

2. B’kampjun b’qies minimu ta’ 3, il-proċedura ta’ kif jittieħdu l-kampjuni għandha titlesta biex il-probabilità ta’ lott li jgħaddi minn test b’40 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabilità ta’ lott li jkun aċċettat b’65 % tal-produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 %).

3. Għal kull wieħed mill-tniġġis msemmija fis-Sezzjoni 5.3.1.4 ta’ l-Anness I, għandha tintuża l-proċedura li ġejja (ara l-Figura I.7).

Tieħu:

L = il-logaritmu naturali tal-valur ta’ limitu għat-tniġġis,

xi = il-logaritmu naturali tal-kejl għall-vettura i-th tal-kampjun,

s = estimu tal-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni (wara li jkun ittieħed il-logaritmu naturali tal-qisien),

n = in-numru kurrenti tal-kampjun.

4. Għall-kampjun aħdem l-istatistika tat-test li tikkwantifika s-somma tal-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni mil-limitu u definiti hekk:

5. Imbagħad:

- jekk l-istatistika tat-test tkun akbar min-numru tad-deċiżjoni posittiva għall-qies tal-kampjun mogħti fit-Tabella (I.1.5), it-tniġġis ikun għadda,

- jekk l-istatistika tat-test tkun inqas min-numru tad-deċiżjoni posittiva għall-qies tal-kampjun mogħti fit-Tabella (I.1.5), it-tniġġis ikun weħel; alternattivament, tiġi ttestjata vettura addizzjonali skond is-Sezzjoni 7.1.1.1 ta’ l-Anness I, u l-kalkolu jkun applikat mill-ġdid għall-kampjun b’qies ta’ kampjun li jkun akbar b’unità wieħed.

TABELLA I.1.5

Numru kumulattiv ta’ vetturi ttestjati (il-qies kurrenti tal-kampjun) | Limitu għal deċiżjoni posittiva | Limitu għal deċiżjoni negattiva |

3 | 3,327 | -4,724 |

4 | 3,261 | -4,790 |

5 | 3,195 | -4,856 |

6 | 3,129 | -4,922 |

7 | 3,063 | -4,988 |

8 | 2,997 | -5,054 |

9 | 2,931 | -5,120 |

10 | 2,865 | -5,185 |

11 | 2,799 | -5,251 |

12 | 2,733 | -5,317 |

13 | 2,667 | -5,383 |

14 | 2,601 | -5,449 |

15 | 2,535 | -5,515 |

16 | 2,469 | -5,581 |

17 | 2,403 | -5,647 |

18 | 2,337 | -5,713 |

19 | 2,271 | -5,779 |

20 | 2,205 | -5,845 |

21 | 2,139 | -5,911 |

22 | 2,073 | -5,977 |

23 | 2,007 | -6,043 |

24 | 1,941 | -6,109 |

25 | 1,875 | -6,175 |

26 | 1,809 | -6,241 |

27 | 1,743 | -6,307 |

28 | 1,677 | -6,373 |

29 | 1,611 | -6,439 |

30 | 1,545 | -6,505 |

31 | 1,479 | -6,571 |

32 | -2,112 | -2,112 |

--------------------------------------------------

Appendiċi 2

1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li għandha tintuża biex tivverifika l-kriterji tal-konfomità tal-produzzjoni għat-test tat-tip I, meta l-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni tal-fabbrikant tkun jew mhux sodisfaċenti jew mhux disponibbli.

2. B’kampjun b’qies minimu ta’ 3, il-proċedura ta’ kif jittieħdu l-kampjuni għandha titlesta biex il-probabilità ta’ lott li jgħaddi minn test b’40 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabilità ta’ lott li jkun aċċettat b’65 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 %).

3. Il-qisien tal-tniġġis murija fis-Sezzjoni 5.3.1.4 ta’ l-Anness I huma kkunsidrati li huma mqassma b’mod normali u l-ewwel għandhom ikunu mibdula billi jittieħdu l-logaritmi naturali tagħhom. Ħalli m0 u m juru l-qisien minimi u massimi rispettivament (m0 = 3 u m = 32) u ħalli n turi n-numru tal-kampjun kurrenti.

4. Jekk il-logaritmi naturali tal-qisien fis-serje jkunu x1, x2,…, xi u L ikun il-logaritmu naturali tal-valur ta’ limitu għat-tniġġis, imbagħad iddefinixxi:

d

= x

− L

d

=

d

v

=

5. It-Tabella I.2.5 turi l-valuri tan-numri tad-deċiżjoni posittiva (An) u (Bn) kontra n-numru kurrenti tal-kampjun. L-istatistika tat-test ikun il-proporzjon

d

/vn, u dan għandu jintuża biex jistabbilixxi jekk is-serje tkunx għaddiet jew le kif ġej:

Għal m0 ≤ n ≤ m:

- is-serje tgħaddi jekk

d

/vn ≤ An

- d

-n/vn ≥ Bn

- ħu kejl ieħor jekk An <

d

/vn < Bn

6. Rimarki.

Il-formuli li ġejjien huma bżonnjużi biex jinħadmu valuri suċċessivi ta’ l-istatistika tat-test:

d

=

1

n

d

+

d

v

=

1

n

v

+

d

− d

n = 2, 3,…; d

= d

; v

= 0

TABELLA I.2.5

Kampjun ta’ qies minimu = 3

Il-qies tal-kampjun n | Limitu għal deċiżjoni posittiva An | Limitu għal deċiżjoni negattiva Bn |

3 | -0,80381 | 16,64743 |

4 | -0,76339 | 7,68627 |

5 | -0,72982 | 4,67136 |

6 | -0,69962 | 3,25573 |

7 | -0,67129 | 2,45431 |

8 | -0,64406 | 1,94369 |

9 | -0,61750 | 1,59105 |

10 | -0,59135 | 1,33295 |

11 | -0,56542 | 1,13566 |

12 | -0,53960 | 0,97970 |

13 | -0,51379 | 0,85307 |

14 | -0,48791 | 0,74801 |

15 | -0,46191 | 0,65928 |

16 | -0,43573 | 0,58321 |

17 | -0,40933 | 0,51718 |

18 | -0,38266 | 0,45922 |

19 | -0,35570 | 0,40788 |

20 | -0,32840 | 0,36203 |

21 | -0,30072 | 0,32078 |

22 | -0,27263 | 0,28343 |

23 | -0,24410 | 0,24943 |

24 | -0,21509 | 0,21831 |

25 | -0,18557 | 0,18970 |

26 | -0,15550 | 0,16328 |

27 | -0,12483 | 0,13880 |

28 | -0,09354 | 0,11603 |

29 | -0,06159 | 0,09480 |

30 | -0,02892 | 0,07493 |

31 | 0,00449 | 0,05629 |

32 | 0,03876 | 0,03876 |

--------------------------------------------------

Top