This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0652
94/652/EC: Commission Decision of 20 September 1994 establishing the inventory and distribution of tasks to be undertaken within the framework of cooperation by Member States in the scientific examination of questions relating to food
Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 1994 li tistabilixxi l-inventarju u d-distribuzzjoni tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel
Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 1994 li tistabilixxi l-inventarju u d-distribuzzjoni tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel
ĠU L 253, 29.9.1994, p. 29–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/11/2002
Official Journal L 253 , 29/09/1994 P. 0029 - 0031
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0215
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 1994 li tistabilixxi l-inventarju u d-distribuzzjoni tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel (94/652/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva 93/5/KEE tipprovdi għal assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel; filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/458/KE [2] stabbilixxiet regoli dwar l-amministrazzjoni ta’ koperazzjoni fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel; Filwaqt li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/5/KEE jipprovdi għall-istabilizzazzjoni u l-aġġornar mill-inqas kull sitt xhur ta’ l-inventarju tal-kompiti li għandhom jitwettqu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni xjentifika u l-prijoritajiet assoċjati tagħhom, u għad-distribuzzjoni ta’ dawn il-kompiti bejn l-Istati Membri; Billi l-inventarju tal-kompiti għandu jiġi stabbilit u aġġornat skond il-bżonnijiet għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fi ħdan il-Komunità u l-ħtiġijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-settur ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel; Filwaqt li l-kompiti għandhom jiġu distribwiti b’qies lejn l-esperjenza xjentifika u r-riżorsi disponibbli fi ħdan l-Istati Membri u b’mod partikolari, fi ħdan l-istituti li jkunu qed jipparteċipaw fil-koperazzjoni xjentifika; Filwaqt li l-miżuri li jinsabu f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Ikel, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-inventarju tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel flimkien mad-distribuzzjoni ta’ dawn il-kompiti bejn l-Istati Membri hu mqiegħed fl-Anness ma’ din id-Deċizjoni. Artikolu 2 Kull awtorità jew korp li ġie nominat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE għandu mbagħad jinforma lill-Kummissjoni bl-ismijiet ta’ l-istitut jew l-istituti li jwettqu l-kompiti msemmija fl-Anness li ġew distribwiti lilha. Għandha mbagħad tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdiliet. Artikolu 3 Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995, u kull sitt xhur wara, kull awtorità jew korp li ġie nominat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport ta’ progress dwar it-tlestija tal-kompiti li ġew distribwiti lilu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Settembru 1994. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 52, ta’ l-4.3.1993, pġ. 18. [2] ĠU L 189, tat-23.7.1994, pġ. 84. -------------------------------------------------- ANNESS Inventarju tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel In-natura tas-suġġett u d-daqs tal-kompitu | L-Istati Membri li lilhom ġie ddistribwit il-kompitu | Il-limitu ta' żmien għat-tlestija | 1.Sustanzi li jagħtu t-togħma | | | 1.1.Sustanzi li jagħtu t-togħma definiti b'mod kimiku | Id-Danimarka (Il-Kordinatur) | fit-30 ta' Ġunju 1997. | Għall-preparazzjoni ta' rapporti għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' sustanzi li jagħtu t-togħma definiti b'mod kimiku. | Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit | | Għat-twaqqif u l-manteniment ta' arkivju fiżiku u elettroniku tad-data disponibbli tossikoloġika u ta' esposizzjoni għas-sustanzi konċernati. | | | 2.Il-Mikrobijoloġija | | | 2.1.Il-kriterji tal-Mikrobijoloġija | Franza (L-Kordinatriċi) | fit-30 ta' Settembru 1995. | Ġabra ta' informazzjoni xjentifika u metodoloġika bil-għan ta' l-istima ta' riskji mikrobijoloġiċi għal xi affarijiet ta' l-ikel. | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit | | 2.2Studji li għandhom x' jaqsmu mal-kontroll tat-temperatura | Ir-Renju Unit (Il-Koordinatur) | fit-30 ta' Ġunju 1995. | L-istudju ta' l-ateġġament ta' mikro-organiżmi patoġeniċi matul iż-żmien u f'temperaturi varji għal varjetà ta' ikel li x'aktarx iħeġġeġ it-trobbija ta' dawn l-organiżmi | Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda | | 3.Kontaminanti | | | 3.1.Mistoqsijiet ġenerali | L-Italja, ir-Renju Unit (Il-Kordinaturi globali) | fit-30 ta' Ġunju 1997. | 3.1.1.Mistoqsijiet urġenti mhux fl-iskeda | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall | | Għall-kordinazzjoni tal-ġabra ta' data fl-Istati Membri meħtieġa għall-istima tar-riskju mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel b'risposta għall-mistoqsijiet urġenti li mhumiex fl-iskeda li għandhom x'jaqsmu mal-kontaminazzjoni ta' l-ikel. | | | 3.2.Mistoqsijiet speċifiċi | | | Għall-preparazzjoni ta' rapporti għall-evalwazzjoni tar-riskju SCF ta' kontaminanti speċifiċi b'referenza partikolari għall-espożizzjoni fid-dieta f'kull Stat Membru. | | | 3.2.1.Aflatossiċi | Ir-Renju Unit (Il-Kordinatur) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall | fil-31 ta' Diċembru 1995. | 3.2.2.Ochratoxin A | Id-Danimarka (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Diċembru 1995. | 3.2.3.Nitrate | Spanja (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Lulju 1995. | 3.2.4.Cadmium | L-Italja (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Lulju 1995. | 4.Studju adatt | | | 4.1L-istudju u r-riċierka tal-konsum ta' l-ikel fl-UE | L-Irlanda (KO-ordinatriċi) | 31 ta'Lulju 1996 | It-titjib fl-għarfien tal-konsum ta' l-ikel bil-ħsieb li titjieb il-kollaborazzjoni bejn l-Istati membri ugħadaqstant jit jieb il —livell ta' l-għajxiem ta' l-Ewropej. | Il-Belġju, id-Danimarka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju unit | | --------------------------------------------------