Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0467

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 1994 li tistabilixxi garanziji ta' saħħa għat-trasport ta' żwiemel minn pajjiż terz għal-ieħor skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/11/2008; Imħassar b' 32008D0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/467/oj

    31994D0467



    Official Journal L 190 , 26/07/1994 P. 0028 - 0028
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0159
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0159


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-13 ta' Lulju 1994

    li tistabilixxi garanziji ta' saħħa għat-trasport ta' żwiemel minn pajjiż terz għal-ieħor skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (94/467/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

    Billi skond l-Artikolu 9(1) (c) tad-Direttiva 91/496/KEE, garanziji tas-saħħa jridu jkunu stabbiliti għat-trasport ta' annimali minn pajjiż terz għal ieħor; billi ċerti problemi nqalgħu fir-rigward ta' movimenti ta' ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor;

    Billi l-Kummissjoni stabbilixxiet, fid-Deċiżjoni 92/260/KEE [3], emendata bid-Deċiżjoni 93/344/KEE [4], il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati; billi dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu l-garanziji neċessarji kollha fir-rigward ta' l-istat ta' saħħa tal-Komunità; billi għall-garanziji ta' saħħa applikabbli għall-movimenti ta' ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bid-Deċiżjoni 92/260/KEE;

    Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Ekwidi fi triqithom minn pajjiż terz għal ieħor iridu jiġu minn pajjiż terz imsemmi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.

    2. L-ekwidi riferiti fil-paragrafu 1 iridu jkunu akkumpanjati b'ċertifikat intitolat "Ċertifikat ta' tranżitu għat-trasport ta' ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor" Dan iċ-ċertifikat irid jinkludi Sezzjonijiet I, II u III taċ-ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi mal-pajjiż terz ta' provenjenza elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.Hu jrid jinkludi wkoll is-sezzjonijiet li ġejjin.

    +++++ TIFF +++++

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56.1991, pġ. 56.

    [2] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.1992, pġ. 27.

    [3] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.1992, pġ. 67.

    [4] ĠU L 138, tad-9.6.1993, p. 11.1993, pġ. 11.

    --------------------------------------------------

    Top