Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0458

    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 1994 dwar l-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

    ĠU L 189, 23.7.1994, p. 84–85 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/458/oj

    31994D0458



    Official Journal L 189 , 23/07/1994 P. 0084 - 0085
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0201
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0201


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta’ Ġunju 1994

    dwar l-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

    (94/458/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar l-assistenza lill-Kummissjoni u kooperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/5/KEE jipprovdi għall-istabbiliment ta’ regoli għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni;

    Billi dawk ir-regoli huma ddisinjati sabiex jintlaħqu diversi skopijiet;

    Billi għandhom jiġu stabbiliti regoli aktar dettaljati sabiex jirregolaw il-proċeduri għall-istadji diversi ta’ kooperazzjoni;

    Billi għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-arranġamenti dettaljati għall-kooperazzjoni bejn il-korpi u awtoritajiet nominati mill-Istati Membri;

    Billi hu meħtieġ li tiġi assigurata aktar trasparenza fir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel;

    Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni tistabilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel skond id-Direttiva 93/5/KEE.

    Artikolu 2

    1. B’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet jew korpi nominati mill-Istati Membri skond l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE, il-Kummissjoni għandha, mill-inqas kull sitt xhur, tipprepara l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jiġi stabbilit u aġġornat l-inventarju ta’ kompiti u l-prijoritajiet assoċjati magħhom skond it-tifsira tat-tieni inċiża tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/5/KEE.

    2. L-abbozz għandu jiddistingwi bejn materji li jaqgħu taħt l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 93/5/KEE u materji li jaqgħu taħt l-Artikolu 1(2)(b).

    Artikolu 3

    1. Meta jiġu nominati l-awtorità jew il-korp skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-isem ta’ awtorità jew korp wieħed, flimkien mal-isem u l-indirizz ta’ punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

    2. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 4

    Meta awtorità jew korp nazzjonali nominati jipproponu li jipparteċipaw fl-operat ta’ kompitu speċifiku, dawn għandhom jipprovdu l-lista ta’ istituzzjonijiet li jistgħu jipparteċipaw fil-kooperazzjoni, flimkiem ma:

    - l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom kif ukoll l-isem tal-persuna responsabbli minn dak ix-xogħol,

    - informazzjoni dwar ir-riżorsi u kompetenza f’ dak il-qasam.

    Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, flimkien ma’ rijassunt tar-raġunijiet għal dawk l-opinjonijiet, ikunu pprovduti kemm jista’ jkun malajr lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet u l-korpi nominati.

    2. Meta persuna naturali jew ġuridika, istitut parteċipanti, awtorità jew korp nominat jew inkella l-Kummissjoni jindikaw illi l-informazzjoni jew dokumenti li għandhom jiġu skambjati fil-qafas ta’ kooperazzjoni xjentifika huma ta’ natura kunfidenzjali, il-Kummissjoni għandha tassigura li l-informazzjoni jew dokumenti in kwistjoni jkunu mmarkati b’mod ċar.

    Il-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni jew dokumenti għandha tiġi rrispettata minn min jirċeviha.

    Fuq talba ta’ awtorità jew korp nominat, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-istatus kunfidenzjali tal-informazzjoni jew dokumenti, b’konsultazzjoni mal-partijiet li stabbilixxewhom.

    Artikolu 6

    Id-deċiżjoni dwar l-inventarju tal-kompiti u l-prijoritajiet assoċjati magħhom taħt it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/5/KEE għandha tinkludi dettalji preċiżi dwar l-aspetti li ġejjin b’mod partikolari:

    - is-suġġett tax-xogħol li jrid isir,

    - in-natura u d-daqs tax-xogħol,

    - il-perijodu taż-żmien li fih irid jitlesta x-xogħol.

    Artikolu 7

    1. B’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet jew korpi nominati mill-Istati Membri skond l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE, il-Kummissjoni għandha tipprepara mill-inqas kull sitt xhur l-abbozz tad-deċiżjoni għad-distribuzzjoni ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet u korpi nominati.

    Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni, kull awtorità jew korp nominat għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-isem tal-istitut jew istituti li jkunu ser jwettqu l-kompiti speċifiċi. Dan għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni b’kull tibdil.

    2. Arranġamenti xierqa jistgħu jiġu stabbiliti sabiex jippermettu kuntatti diretti bejn il-Kummissjoni u l-istituti dwar materji tekniċi, suġġetti għal xi kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet jew korpi nominati.

    3. Meta kompitu wieħed jiġi mgħoti lill-awtoritajiet jew korpi nominati ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, arranġamenti xierqa jistgħu jiġu stabbiliti sabiex jippremettu kuntatti diretti dwar materji tekniċi bejn l-istituti li jkunu ġew mitluba li jagħmlu dawk il-kompiti, suġġetti għal xi kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet jew korpi nominati.

    Artikolu 8

    1. Mill-inqas kull sitt xhur, kull awtorità jew korp nominat għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilu. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola r-rapport lill-awtoritajiet jew korpi nominati oħrajn.

    2. Il-kompiti għandhom ikunu riveduti perjodikament mill-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet jew korpi nominati.

    Artikolu 9

    1. Il-Kummissjoni għandha tikoopera mill-qrib ma’ l-awtoritajiet jew korpi nominati fuq l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 93/5/KEE.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-komunikazzjoni u l-bdil ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-awtoritajiet jew korpi nominati dwar materji li jinsabu taħt l-iskop tad-Direttiva 93/5/KEE.

    3. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħmel konsultazzjonijiet addizzjonali oħra li tħoss li jkunu meħtieġa u għandha tinforma lill-awtoritajiet jew korpi nominati b’dawn.

    Artikolu 10

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul ġewwa Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 52, ta’ l-4.3.1993, p. 18.

    --------------------------------------------------

    Top