Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0140

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 1993 li tippreskrivi regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżiva għall-iskop tas-sejbien ta’ parassiti fil-prodotti tas-sajd

ĠU L 56, 9.3.1993, p. 42–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/140/oj

31993D0140



Official Journal L 056 , 09/03/1993 P. 0042 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0163
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0163


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Jannar 1993

li tippreskrivi regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżiva għall-iskop tas-sejbien ta’ parassiti fil-prodotti tas-sajd

(93/140/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u partikolarment il-Kapitolu IV, taqsima V, punt 1 ta’ l-Anness tagħha,

Billi d-Direttiva 91/493/KEE tipprovdi l-ħtiġiet li jikkontrollaw verifiki tal-parassiti matul it-tqandil ta’ prodotti tas-sajd l-art jew abbord bastimenti fabbrika;

Billi jiddipendi fuq dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd li jagħmlu l-verifki tagħhom fl-istadji kollha ta’ produzzjoni tal-prodotti tas-sajd skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/493/KEE biex ħut li huwa ovjament infestat bil-parassiti ma jkunx rilaxxat għall-konsum tal-bniedem;

Billi bis-saħħa tal-Kapitolu I, taqsima II, punt 5 ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE l-istess regoli għandhom japplikaw għal stabbilimenti l-art u bastimenti fabbrika;

Billi l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati rigward l-ispezzjonijiet viżivi timplika li l-kunċetti ta’ parassiti visibbli u spezzjoni viżiva għandhom jitfissru, u li n-natura u l-frekwenza ta’ l-osservazzjonijiet li għandhom isiru għandhom ikunu determinati;

Billi il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1. parassita viżibbli tfisser parassita jew grupp ta’ parassiti li jkollhom dimensjoni, kulur jew nisġa li tintgħaraf b’mod ċar mit-tessuti tal-ħut;

2. spezzjoni viżiva tfisser eżami mhux distruttiv ta’ ħut jew prodotti tas-sajd mingħajr mezzi ta’ tkabbir ottiku u taħt kondizzjonijiet ta’ dawl tajba għall-viżjoni tal-bniedem, inkluż jekk meħtieġ, eżami kontra dawl.

Artikolu 2

1. L-ispezzjoni viżiva għandha ssir fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni.

2. Il-persuni responsabbli ta’ stabbilimenti fuq l-art u persuni kwalifikati abord bastimenti fabbrika għandhom jiddeterminaw l-iskala u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 b’riferenza għan-natura tal-prodotti tas-sajd, l-oriġin ġeografika u l-użu tagħhom.

Artikolu 3

Matul il-produzzjoni għandha ssir minn persuni kwalifikati l-ispezzjoni viżiva ta’ ħut svixxerat fil-kavità abdominali u l-ifwda u l-bajd maħsuba għall-konsum tal-bniedem Skond is-sistema ta’ svixxerament użat, l-ispezzjoni viżiva għandha ssir:

1. fil-każ ta’ l-isvixxerament manwali, b’mod kontinwu mill-operatur fil-ħin ta’ l-isvixxerament u l-ħasil;

2. fil-każ ta’ svixxerament mekkaniku, billi jittieħed kampjun ta’ numru rappreżentattiv ta’ kampjuni li ma jkunux anqas minn 10 ħutiet kull lott.

Artikolu 4

L-ispezzjoni viżiva ta’ filetti tal-ħut jew biċċiet tal-ħut għandha issir minn persuni kwalifikati matul t-tindif waqt l-iffilettjar jew tqattigħ. Meta eżami individwali mhux possibbli, minħabba d-daqs tal-filetti jew l-operazzjonijiet ta’ l-iffilettjar, pjan tal-kampjunatura għandu jsir u jiżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti skond id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/493/KEE. Meta jkun possibbli mil-lat tekniku l-eżami kontra d-dawl tal-filetti, għandu jkun inkluż fil-pjan tal-kampjunatura.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, fid-19 ta’ Jannar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

Top