Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R2399

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2399/91 tas-6 ta' Awissu 1991 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 220, 8.8.1991, pp. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/2399/oj

31991R2399



Official Journal L 220 , 08/08/1991 P. 0005 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0085


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2399/91

tas-6 ta' Awissu 1991

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2242/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessi mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta'Awissu 1991.

Għall-Kummissjoni.

Jean Dondelinger

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

| |

(1) | (2) | (3) |

1. | Preparazzjoni f'forma ta' trab għall-manifattura tal-konfettura. Komposizzjoni: 84,4 % bħala piż ta' l-abjad tal-bajd bl–ilma mneħħi (kontenut totali ta' proteini: 69,1 % bħala piż), 14,6 % bħala piż ta' maltodextrin (espress bħala lamtu: 9,3 % bħala piż), 1 % bħala piż ta' ġelatina. | 21069099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota addizzjonali 1 tal-kapitolu 21 u mit-testi tal-kodiċi tan-NM 2106, 210690 u 21069099. Il-prodott m'huwiex konċentrat tal-proteini tal-kodiċi 21061090. |

2. | Ossidu artifiċjali tal-ħadid li fih madwar 95 % Fe2O3 u 4 % alumina u silica, li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura | 28211000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 1 a) tal-Kapitolu 28 u mit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 2821 u 28211000 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, l-intestatura 28.21, parti A). |

--------------------------------------------------

Top