Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1768

    Ir- Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1768/91 tal-21 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-regolament (KEE) nru 2921/90 dwar għajnuna għall-produzzjoni ta’ kaseina u prodotti tal-kaseina minn ħalib xkumat.

    ĠU L 158, 22.6.1991, p. 49–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1768/oj

    31991R1768



    Official Journal L 158 , 22/06/1991 P. 0049 - 0050
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0023
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0023


    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1768/91

    tal-21 ta’ Ġunju 1991

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2921/90 dwar għajnuna għall-produzzjoni ta’ kaseina u prodotti tal-kaseina minn ħalib xkumat.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1630/91 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 756/70 ta’ l-24 ta’ April 1970 dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat fkaseina u prodotti tal-kaseina [3] ġie revokat bir-Regolament (KEE) Nru 2921/90 [4]; billi, fil-waqt li ġie revokat, ġew adottati ċerti miżuri speċjali biex jiffaċilitaw ir-rilaxx tal-garanziji li ngħataw skond l-artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 756/70; billi ġie muri li, rigward kwantitajiet li jilħqu d-destinazzjoni tagħhom sa’ l-14 ta’ Ottubru 1990, il-miżuri msemmija ma jipproduċux ir-riżultat maħsub mingħajr ebda ħtija ta’ l-operaturi kkonċernati; billi, għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri ġodda biex jippermettu li dawk li huma kkonċernati jiksbu r-rilaxx tal-garanziji billi jippreżentaw dokumenti ta’ sostenn minbarra dawk li huma bħalissa meħtieġa;

    Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru. 2921/90 hu b’dan emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 6:

    (a) it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu hija mħassra;

    (b) għandhom jiżdiedu dawn it-tielet, ir-raba u l-ħames paragrafi li ġejjin:

    "Meta d-destinazzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu ntlaħqu sa l-14 ta’ Ottubru 1990, dawk ikkonċernati għandhom jiksbu r-rilaxx tal-garanziji billi jissottomettu lill-awtorità kompetenti applikazzjoni flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin, li għandhom juru l-kwantitatjiet eżatti ta’ kaseina u prodotti tal-kaseina involuti u jagħtu in-numru tal-grupp ta’ produzzjoni rilevanti:

    - għall-esportazzjonijiet: prova li l-kaseina u l-prodotti tal-kaseina kkonċernati telqu mit-territorju doganali tal-Komunità,

    - għall-konsenji lil stabbilment marbut bil-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KEE) Nru 756/70: kopja tad-dokumenti ta’ konsenja bil-baħar u/jew nota ta’ konsenja u kopja ta’ l-irċevuta.

    L-awtorità kompetenti taċċetta biss l-applikazzjoni msemmija fit-tielet paragrafu sakemm din tinkludi wegħda mill-persuna kkonċernata li tħallas lill-awtorità kompetenti somma ekwivalenti tal-garanziji rilaxxati jekk, f’xi kontroll illi l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jwettqu matul 12-il xahar wara d-data tal-iffirmar tal-wegħda, jinstab illi l-kaseina jew il-prodotti tal-kaseina in kwistjoni kellhom destinazzjoni differenti minn dik indikata fid-dokumenti ta’ sostenn sottomessi skond it-tielet paragrafu.

    Biex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tar-rilaxx tal-garanziji, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jassistu fl-identifikazzjoni ta’ l-istabbilimenti marbuta bil-wegħda msemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KEE) Nru 756/70 li jinsabu fit-territorju tagħhom."

    2. Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "Għandu jgħodd għal kaseina u prodotti tal-kaseina li ġew prodotti mill-15 ta’ Ottubru 1990, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6."

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jibda jseħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 1 (1) (b) jgħodd għal kasina u prodotti tal-kaseina li ġew prodotti qabel il-15 ta’ Ottubru 1990. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Ġunju 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [2] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 19.

    [3] ĠU L 91, tal-25.4.1970, p. 28.

    [4] ĠU L 279, tal-11.10.1990, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top