Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R0294

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 294/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 dwar l-operazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru bejn l-Istati Membri

ĠU L 36, 8.2.1991, pp. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/294/oj

31991R0294



Official Journal L 036 , 08/02/1991 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 294/91

ta' l-4 ta' Frar 1991

dwar l-operazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru bejn l-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jkunu adottati miżuri bil-għan li progressivament ikun stabbilit is-suq intern matul perjodu li jeskadi fil-31 ta' Diċembru 1992, bħal ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 8a tat-Trattat; billi s-suq intern intern għandu jinkludi territorju mingħajr fruntieri interni li fihom il-moviment liberu ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital huma assigurati;

Billi arranġamenti għal kooperazzjoni akbar dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà kienu ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta mill Ministri ta' l-Affarijiet Baranin taż-żewġ pajjiżi u li dawn l-arranġamenti għad iridu jidħlu fis-seħħ;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2343/90 [4] jipprovdi għal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru operati flimkien mas-servizzi tal-passiġġieri;

Billi huwa xieraq li s-servizzi kollha tal-merkanzija bl-ajru għandhom ukoll ikunu liberalizzati;

Billi dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat;

Billi l-industrija tal-merkanzija bl-ajru għadha tiffaċċja intoppi nazzjonali li jfixklu l-moviment liberu ta' merkanzija bl-ajru; Billi żieda ta' possibilitajiet ta' aċċess għas-suq għandhom iħeġġu l-iżvilupp tas-settur tat-trasport bl-ajru tal-Komunità u jagħti bidu għal servizzi mtejba għall-utenti;

Billi ċerti Stati Membri jiddependu ħafna fuq is-servizzi tal-merkanzija bl-ajru għar-rabtiet tagħhom mal-kumplament tal-Komunità; billi l-moviment ta' merkanzija bl-ajru huwa element essenzjali għall-kummerċ;

Billi, bħala riżultat, huwa importanti li l-barrieri li preżentament ifixklu l-aċċess tas-suq għas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru;

Billi huwa mixtieq bħala l-ewwel stadju li jiżdiedu l-possibilitajiet tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru bejn l-Istati Membri;

Billi regoli komuni għall-għoti ta' liċenzji għall-operazzjonijiet għandhom ikunu mħejjija u adottati mill-Kunsill mhux aktar tard mill-1 Lulju 1992;

Billi, wara li jittieħed kont ta' l-infrastruttura u l-għajnuniet navigazzjonali ta' l-ajruport, huwa meħtieġ li jkunu nklużi ċerti limitazzjonijiet li jikkonċernaw l-eżerċitar tad-drittijiet tat-traffiku;

Billi l-komunikazzjonijiet tar-rati normali kollha tal-merkanzija joħolqu aktar trasparenza fis-suq;

Billi, sabiex ikunu aktar jistgħu jikkompetu, il-burdnara tal-merkanzija bl-ajru tinħtieġ aktar flessibilità fl-iffissar tar-rati tat-tagħbija,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjoni

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jikkonċerna:

(a) l-aċċess għas-suq ta' l-operazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru bejn l-Istati Membri mit-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru tal-Komunità;

(b) ir-rati tal-merkanzija bl-ajru bejn l-Istati Membri.

2. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà huwa mifhum li huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit f'dak li jirrigwardja l-kwistjoni dwar is-sovranità dwar it-teritorju li fih jinstab l-ajruport.

3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal Ġibiltà għandu jkun sospiżsa kemm l-arranġamenti tad-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 ikunu sar operabbli. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom hekk jinfurmaw lill-Kunsill f'dik id-data.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "trasportatur tal-merkanzija bl-ajru" għandha tfisser l-impriża tat-trasport bl-ajru li jkollha l-pussess ta' liċenzja valida tal-operazzjoni maħruġa minn Stat Membru u li tawtorizzaha li topera, ta' l-anqas servizzi ta' merkanzija bl-ajru;

(b) "trasportatur tal-merkanzija bl-ajru tal-Komunità" għandha tfisser:

(i) trasportatur ta' merkanzija bl-ajru li għandu, u jżomm, fiċ-ċentru amministrattiv u fil-post ewlieni tan-negozju fil-Komunità, u li l-maġġorita ta' l-ishma tiegħu huma, u jibqgħu li jkunu, miżmuma minn Stati Membri u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri u li hu, u li jibqa jkun, effettivament ikkontrollat minn dawk l-Istati jew persuni; jew

(ii) trasportatur tal-merkanzija bl-ajru li jilħaq id-definizzjoni fl-Artikolu 2(e)(ii) tar-Regolament (KEE) Nru 2343/90 u li huwa inkluż fl-Anness t'hawn;

(ċ) "rati tal-merkanzija (tat-tagħbija)" għandha tfisser il-prezzijiet li għandhom jitħallsu fil-munita nazzjonali għall-ġarr tal-merkanzija u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom dawn ir-rati jkunu applikati, inkluża r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lejn aġenzija jew servizzi oħrajn anċillari;

(d) "rati normali tat-tagħbija" għandha tfisser il-prezzijiet li t-trasportatur bl-ajru normalment ikun jikkwota għat-trasport tal-merkanzija u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom dawn ir-rati japplikaw mingħajr ma jittieħed kont ta' xi skonti speċjali;

(e) "servizzi ta' merkanzija bl-ajru" għandha tfisser is-servizzi bl-ajru li jġorru biss merkanzija u posta;

(f) "id-dritt tat-traffiku tat-tielet libertà" għandha tfisser id-dritt ta' trasportatur bl-ajru liċenzjat fi Stat wieħed li jħott, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, passiġġieri, merkanzija u posta miġbura fi Stat li fih il-liċenzja kienet ġiet maħruġa;

"id-dritt tat-traffiku tar-raba'libertà" għandha tfisser id-dritt ta' trasportatur bl-ajru liċenzjat fi Stat wieħed li jgħabbi, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, passiġġieri, merkanzija u posta biex tkun maħtuta fi Stat li fih il-liċenzja kienet ġiet maħruġa;

"id-dritt tat-traffiku tal-ħames libertà" għandha tfisser id-dritt ta' trasportatur li jinvolvi ruħu fit-trasport bl-ajru ta', passiġġieri, merkanzija u posta bejn żewġ Stati apparti milli dak l-Istat li fih il-liċenzja kienet ġiet maħruġa;

(g) "sistema ta' l-ajuport" għandha tfisser tnejn jew aktar ta' ajruporti miġbura flimkien bħala li jservu l-istess belt;

(h) "l-Istati konċernati" għandha tfisser l-Istati Membri li bejniethom is-servizz tal-merkanzija bl-ajru jkun operat;

(i) "l-Istat tar-reġistrazzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-liċenzja msemmija fi (a) tkun maħruġa.

Liċenzji ta' l-operat

L-Artikolu 3

1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa r-relazzjoni bejn Stat Membru u t-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru li huma liċenzjati min dak l-Istat rigward l-aċċess tas-suq u l-kapaċità ta' l-implementazzjoni.

2. Il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' proposta li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet u l-kriterja komuni li għandha tkun ippreżentata mill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 1991, jadotta regoli li jirregolaw il-liċenzjar tat-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru u r-rotta linċenzjata li tiddaħħal b'effett mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1992.

Market access

L-Artikolu 4

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, it-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru tal-Komunità għandhom ikollhom il-permess li joperaw it-tielet u r-raba' libertajiet tar-servizzi tal-merkanzija bl-ajru bejn ajruporti jew sistemi ta' ajruporti fi Stat Membru wieħed u ajruporti jew sistemi ta' ajruporti fi Stat Membru ieħor meta dawn l-ajruporti jew sistemi ta' ajruporti jkunu miftuħa għat-traffiku tal-merkanzija bl-ajru bejn Stati Membri jew għal traffiku internazzjonali.

L-Artikolu 5

1. Stat Membru għandu jawtorizza lit-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru li jeżerċitaw it-tielet, ir-raba' u l-ħames libertà tad-drittijiet tat-traffiku meta dawk it-trasportaturi jkunu liċenzjati fi Stat Membru ieħor, u li jkunu ġew awtorizzati minn dak l-Istat biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet; il-ħames libertà tad-drittijiet tat-traffiku tista' tkun eżerċitata fuq servizz li jikkostitwixxi estensjoni ta' servizz minn, jew bħala servizz preliminari lejn, l-Istat tagħhom tar-reġistrazzjoni.

2. Fl-operazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru lejn jew minn tnejn jew aktar punti fi Stat Membru ieħor jew bejn l-Istati Membri apparti milli l-Istat tiegħu tar-reġistrazzjoni, it-trasportatur tal-merkanzija bl-ajru tal-Komunità għandu jkollu l-permess mill-Istat Membru konċernat li jgħaqqad is-servizzi u li juża l-istess numru tat-titjira.

Flessibilità ta' l-operazzjonijiet

L-Artikolu 6

1. It-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru tal-Komunità jistgħu fi kwalunkwe punt matul rotta li jwettqu tagħbija mill-ġdid intermedjarja meta din tinvolvi tibdila waħda biss ta' l-ajruplan.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 8, m'għandu jkun hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar il-frekwenza tas-servizz, it-tip ta' l-ajruplan u/jew l-ammont ta' merkanzija u posta li tista' tinġarr.

Kondizzjonijiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tat-traffiku

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-dritt ta' Stat Membru li jirregola, mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità, id-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti f'sistema ta' ajruporti.

L-Artikolu 8

1. L-eżerċitar tar-drittijiet tat-traffiku għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tal-Komunità, nazzjonali jew lokali li għandhom ikunu ppubblikati rigward is-sigurtà, il-protezzjoni ta' l-ambjent jew dwar l-allokazzjoni ta' slots u dwar il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ajruport jew is-sistema ta' l-ajruporti konċernati għandu jkollu faċilitajiet suffiċjenti biex jakkomodaw is-servizz;

(b) għajnuniet navigazzjonali għandhom ikunu suffiċjenti biex jakkomodaw is-servizzi.

2. Meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma jkunux milħuqa, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni dwar in-nazzjonalità, jimponi kondizzjonijiet fuq, jillimita jew jirrifjuta l-eżerċitar ta' dwak id-drittijiet tat-traffiku. Qabel ma jieħu miżura bħal dik, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u jipprovdiha bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

3. Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 fi kwalunkwe każ partikolari u fi żmien xahar tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jkunx jista' jkompli li japplika l-miżura.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lejn il-Kunsill u lejn l-Istati Membri. Kwalunkwe mill-Istati Membri jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lejn il-Kunsill fil-limitu ta' żmien ta' xahar. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perjodu ta' xahar.

Prezzijiet

L-Artikolu 9

1. Ir-rati tal-merkanzija mitluba mit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti skond ftehim liberu bejn il-partijiet tal-kuntratt tal-ġarr.

2. It-trasportaturi bl-ajru li joperaw fi ħdan il-Komunità għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba, ir-rati normali kolha tal-merkanzija, lejn il-pubbliku ġenerali.

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 10

1. Dan ir-Regolament m'għandux ifixkel lill-Istati Membri milli jikkonkludu bejniethom stess l-arranġamenti li huma aktar flessibli milli min dawk tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4, 5 u 6 jew milli jkomplu jżommu eżistenti l-arranġamenti bħal dawk.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jintużaw biex jagħmlu d-drittijiet l-arranġamenti eżistenti f'dak li jirrigwardja l-aċċes għas-suq, il-kapaċità ta' l-implementazzjoni u l-flessibilità operattiva, aktar restrittiva.

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 Frar 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J. F. Poos

[1] ĠU C 88, tas-6.4.1990, p. 7 u ĠU C 9, tal-15.1.1991, p. 4.

[2] ĠU C 295, tas-26.11.1990, p. 694.

[3] ĠU C 182, tat-23.7.1990, p. 8.

[4] ĠU L 217, tal-11.8.1990, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(b)(ii)

- Scandinavian Airlines System,

- Britannia Airways,

- Monarch Airlines.

--------------------------------------------------

Top