This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990R3301
Commission Regulation (EEC) No 3301/90 of 15 November 1990 amending Regulation (EEC) No 429/90 on the granting by invitation to tender of an aid for concentrated butter intended for direct consumption in the Community
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3301/90 tal-15 ta’ Novembru 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3301/90 tal-15 ta’ Novembru 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità
ĠU L 317, 16.11.1990, p. 24–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898
Official Journal L 317 , 16/11/1990 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0132
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0132
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3301/90 tal-15 ta’ Novembru 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3117/90 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7a (3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2617/90 [4], jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna għall-butir konċentrat magħmul jew mill-krema jew mill-butir iffabbrikat fil-Komunità, sakemm il-butir ma kienx is-suġġett ta’ xiri minn aġenziji ta’ intervent jew ta’ għajnuna privata ta’ ħażna; billi l-Artikolu 7a (2) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 jipprovdi, wara l-emenda l-aktar reċenti għal dak ir-Regolament, li jistgħu jittieħdu miżuri speċjali mill-Kummissjoni sabiex jiżdiedu, b’mod partikolari, il-possibilitajiet ta’ disponiment mill-butir, irrispettivament minn jekk il-prodott ikkonċernat kienx jew ma kienx suġġett ta’ għajnuna privata ta’ ħżin; billi l-konsegwenzi ta’ dan għandhom jitfasslu għall-iskopijiet tar-Regolament (KEE) Nru 429/90; Billi l-miżuri previsti fir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 429/90 huwa hawnhekk emendat b’dan li ġej: 1. Fl-Artikolu 1(1), "jew ta’ għajnuna privata għall-ħżin" hija mħassra. 2. Fl-Artikolu 4(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: "Jekk il-butir ikkonċentrat jiġi ffabrikat mill-butir, dak li jagħmel l-offerta għandu wkoll jagħti kelma bil-miktub li juża butir li ma kienx is-suġġett ta’ xiri minn aġenziji ta’ intervent". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Novembru 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 5. [3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [4] ĠU L 249, tat-12.9.1990, p. 5. --------------------------------------------------