This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0681
Council Directive 89/681/EEC of 21 December 1989 amending directive 87/402/EEC on roll-over protection structures mounted in front of the driver's seat on narrow-track wheeled agricultural and forestry tractors
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 87/402/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi bir-roti għall-agrikultura u għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 87/402/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi bir-roti għall-agrikultura u għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa
ĠU L 398, 30.12.1989, p. 27–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167
Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0125
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0125
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 87/402/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi bir-roti għall-agrikultura u għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa (89/681/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri bl-għan li jistabbilixxu progressivament is-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa assigurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital; Billi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 87/402/KEE [4] jistabbilixxi li d-Direttiva msemmija għandha tkun issupplimentata b’dispożizzjonijiet li jintroduċu testijiet addizzjonali ta’ impatt fil-proċedura tat-test dinamiku; Billi, minħabba li diġà hemm dispożizzjoni għal test addizzjonali fil-każ tal-proċedura tat-test statiku, jeħtieġ li anki fil-proċedura tat-test dinamiku jkun hemm il-ħsieb għal test addizzjonali - li b’mod iktar preċiż jirrifletti s-sitwazzjoni fil-każ li jinqaleb xi tractor - sabiex dawn iż-żewġ proċeduri ta’ test isiru ekwivalenti u l-iżbilanċ preżenti li hemm bejniethom ikun eliminat; Billi, biex wieħed iserraħ rasu fuq il-parametri u l-kalkoli, ir-riżultati ta’ l-esperimenti prattiċi magħmula fuq strutturi mmuntati fuq in-naħa ta’ wara jistgħu jiġu trasposti għall-istess tip ta’ struttura, iżda mmuntati fuq quddiem, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 87/402/KEE hija b’dan emendata kif ġej: 1. Fl-Anness IV-A, il-punt 1.6 huwa ssostitwit b’dan li ġej: "1.6. Testijiet addizzjonali 1.6.1. Jekk xquq jew tiċrit li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli jidhru waqt it-test ta’ impatt, test ieħor, simili, iżda b’għoli ta’ waqgħa ta’: H′ = H 10 irid isir immedjatament wara t-testijiet ta’ impatt li ħolqu dawn ix-xquq jew tiċrit, "a"; tkun il-proporzjon tad-diformazzjoni permanenti għad-diformazzjoni elastika (a = Dp/De) hija mkejla fil-punt ta’ l-impatt. Id-diformazzjoni permanenti addizzjonali dovuta minħabba t-tieni impatt ma tridx taqbeż it-30 % tad-diformazzjoni permanenti dovuta minħabba l-ewwel impatt. Sabiex ikun jista’ jsir it-test addizzjonali, jeħtieġ li titkejjel id-diformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha ta’ impatt. 1.6.2. Jekk, matul it-test tat-tgħaffiġ, jidhru ammont sew ta’ xquq u tiċrit, test ta’ tgħaffiġ simili iżda b’saħħa ekwivalenti għal 1,2 Fv, irid isir immedjatament wara t-test ta’ tgħaffiġ li kkaġuna dawn ix-xquq jew tiċrit."; 2. Fl-Anness VI, il-punt li ġej huwa miżjud: "7.3. Indikazzjoni u riżultati ta’ kull test dinamiku addizzjonali". L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mit-3 ta’ Jannar 1990. Għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU C 305, tat-30.11.1988, p. 7. [2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 70, uĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 76. [3] ĠU C 102, 24.4.1989, p. 6. [4] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 1. --------------------------------------------------