Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0195

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Marzu 1988 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU L 92, 9.4.1988, p. 50–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32009R0595

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/195/oj

    31988L0195

    Official Journal L 092 , 09/04/1988 P. 0050 - 0059
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0048
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0048

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    ta’ l-24 ta’ Marzu 1988

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur

    (88/195/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur [1], u b’mod partikolari Artikolu 3 tagħha,

    Billi, in vista ta’ l-esperjenza miksuba u l-istat l-aktar avvanzat, huwa issa xieraq li l-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fid-Direttiva 80/1269/KEE isiru iktar preċiżi, u b’mod partikolari li jiġu allineati ma’ l-aħħar żviluppi magħmula mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Istandardizzazzjoni (ISO);

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kienu skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva dwar il-Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Annessi 1 u II tad-Direttiva 80/1269/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta’ April 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li jirrelataw għall-qawwa tal-magna:

    - jirrifjuta, fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħroġ il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [2], jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

    - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

    meta l-qawwa tal-magna ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi ġie determinata skond id-Direttiva 80/1269/KEE kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-Istati Membri:

    - m’għandhomx iktar joħorġu l-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-qawwa tal-magna tagħha ma ġietx determinata skond id-Direttiva 80/1269/KEE kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura li l-qawwa tal-magna tagħha ma ġietx determinata skond id-Direttiva 80/1269/KEE kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

    3. Mill-1 ta’ Ottubru 1992 Stati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-qawwa tal-magna tagħhom ma ġietx determinata skond id-Direttiva 80/1269/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Qabel l-1 ta’April 1988, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Marzu 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 46.

    [2] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Anness I għad-Direttiva 80/1269/KEE hu sostitwit b’dan li ġej:

    "

    ANNESS 1

    ID-DETERMINAZZJONI TAL-QAWWA TAL-MAGNA

    1. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

    1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-qawwa tal-magna hija sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    1.1.1. Magħha għandu jkun hemm tliet kopji tad-dokument imsemmi hawn taħt u ta’ dawn li ġejjin:

    1.1.1.1. Karta ta’ informazzjoni kompluta kif suppost,

    1.1.1.2. L-informazzjoni mitluba f’Appendiċi 1 jew 2.

    1.1.2. Jekk is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip jagħmel it-testijiet hu stess, għandha tkun fornuta vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

    1.2. Dokumenti

    Meta applikazzjoni fis-sens ta’ 1.1 hi aċċettata, l-awtorità kompetenti għandha tipprepara d-dokument, li l-mudell tiegħu jinsab f’Anness II. Sabiex jitfassal dan id-dokument, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jikkonduċi testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE tista’ tuża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    2. IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    2.1. Dan il-metodu japplika għal magni b’ kombustjoni interna użati għall-propulsjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M u N kif definit f’Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE, li jappartjenu għal wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin.

    2.1.1. Magni b’pistun ta’ kombustjoni interna (injezzjoni pożittiva jew injezzjoni ta’ kompressjoni), esklużi magni b’ piston liberu.

    2.1.2 Ingenji b’pistuni li jduru.

    2.2. Dan il-metodu japplika għal magni aspirati b’mod naturali jew sovvrakarikati.

    3. DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva,

    3.1. ′Qawwa netta’ tfisser il-qawwa miksuba fejn isir it-test lejn it-tarf tal-crankshaft jew l-ekwivalenti tiegħu bil-veloċità korrispondenti tal-magna ma’ l-awżiljari elenkati fit-Tabella 1. Jekk il-kejl tal-qawwa jista’ jsir permezz ta’ gearbox immuntat biss, l-effiċjenza tal-gearbox għandha tiġi kunsidrata.

    3.2. ′Qawwa netta massima’ tfisser il-valur massimu tal-qawwa netta mkejjla b’tagħbija intiera fuq il-magna

    3.3. ′Tgħamir ta’ produzzjoni standard’ jfisser tagħmir provdut mill-manifattur għal applikazzjoni partikolari.

    4. L-EŻATTEZZA TAL-KEJL TAL-QAWWA TAĦT TAGĦBIJA INTIERA

    4.1. Torque: ± 1 % tat-torque imkejjel [1].

    4.2. Il-Veloċità tal-magna

    Dan il-kejl għandu jkun eżatt sa ± 0,5 %. Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel preferibbilment b’rev counter awtomatikament sinkronizzat u b’kronometru (jew counter-timer)

    4.3. Konsum tal-karburant: ± 1 % tal-konsum imkejjel.

    4.4. Temperatura tal-karburant: ± 2 K.

    4.5. Temperatura ta’ l-arja li tidħol fil-magna: ± 2 K.

    4.6. Pressjoni barometrika: ± 100 Pa.

    4.7. Pressjoni fit-tubatura ta’ dħul: ± 50 Pa (ara nota 1 a mat-Tabella 1).

    4.8. Pressjoni fil-pajp ta’ l-exhaust tal-vettura: ± 200 Pa (ara nota 1b mat-Tabella 1).

    5. TEST SABIEX TITKEJJEL IL-QAWWA NETTA TAL-MAGNA

    5.1. Awżiljari

    5.1.1. Tagħmir awżiljari li għandu jitwaħħal

    Matul it-test it-tagħmir awżiljari neċessarju għall-operazzjoni tal-magna fl-applikazzjoni intiża (kif elenkat fit-Tabella 1) għandu jiġi installat fuq il-bank tat-test sa fejn possibbli fl-istess pożizzjoni bħall-applikazzjoni intiża.

    5.1.2. Tagħmir awżiljari li għandu jitneħħa

    Ċerti aċċessorji tal-vettura neċessarji biss għall-operazzjoni tal-vettura u li jistgħu jiġu mmuntatu fuq li-magna għandhom jitneħħew ghat-test.

    Din il-lista, mhix eżawrijenti, qiegħda tingħata bħala eżempju:

    - kumpressur ta’ l-arja għall-brejkijiet,

    - kumpressur tal-power steering,

    - kumpressur tas-suspension

    - sistema ta’ l-arja kundizzjonata.

    Meta l-aċċessorji ma jistgħux jinqalgħu, il-qawwa assorbita minnhom waqt li l-magna ma tkunx mogħbbija tista’ tiġi determinata u tiżdied mal-qawwa mkejjla tal-magna.

    TABELLA 1

    Tagħmir awżiljari li għandu jiġi inkluż għat-test li jiddetermina lqawwa netta tal-magna

    Nru | Tagħmir Awżiljari | Armat għat-test tas-qawwa netta |

    1 | Sistema ta’ dħul | |

    Tubatura ta’ ammissjoni | Filtru ta’ l-arja |

    Silencer li jiġbed |

    Sistema ta’ kontroll ta’ emissjoni mill-kaxxa ta’ l-ingranaġġi |

    Mezz li jillimita l-veloċità |

    Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    2 | Mezz li jsaħħan tat-tubatura ta’ ammissjoni | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard (jekk possibbli għandu jiġi stabbilit fil-pożizzjoni l-iktar favorevoli) |

    3 | Sistema ta’ l-exhaust | |

    Purifikatur ta’ l-exhaust | Tubatura ta’ l-exhaust |

    Pajpijiet ta’ konnessjoni |

    Silencer |

    Il-pajp mat-tarf |

    Il-brejk ta’ l-iexhaust |

    Mezz ta’ sovvrakarika |

    Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    4 | Pompa għall-fornitura tal-karburant | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    5 | Il-Karburatur | |

    Sistema ta’ kontroll elettronika, meter tal-passaġġ ta’ l-arja eċċ. (jekk armati) | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    Apparat għat-tnaqqis tal-pressjoni | Tagħmir għal magni bil-gass |

    Evaporatur |

    Mixer |

    6 | Tagħmir ta’ injezzjoni tal-karburant (petrol u diżil) | |

    Il-Prefiltru | Il-Filtru |

    Il-Pompa |

    Pajp ta’ pressjoni għolja |

    L-Injettur |

    Valvola għall-assorbiment ta’ l-arja, jekk armata |

    Sistema ta’ kontroll elettronika, meter tal-passaġġ ta’ l-arja eċċ. (jekk armati) |

    Sistema ta’ regolatur/kontroll |

    Waqfa awtomatika b’tagħbija intiera għall-control rack li tiddependi fuq il-kondizzjonijiet atmosferiċi |

    Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    7 | Tagħmir għat-tkessiħ tal-likwidu | |

    Il-bonnet tal-magna | Le |

    Passaġġ minn fejn tohrog l-arja mill-bonnet |

    Radiator | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    Fann |

    Apparat li jaqbad l-arja mill-ventilatur |

    Pompa ta’ l-ilma |

    Termostat |

    8 | Tkessieħ ta’ l-arja | |

    Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard | Cowl |

    Blower |

    Apparat li jirregola t-temperatura |

    9 | Tagħmir elettriku | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    10 | Tagħmir ta’ sovvrakarika (jekk armat) | |

    Kompressur irregolat jew direttament mill-magna u/jew mill-gassijiet ta’ l-exhaust | Apparat li jkessaħ |

    Pompa jew fann għat-tkessieħ (ikkontrollat mill-magna) |

    Apparat li jikkontrolla l-passaġġ tal-likwidu tat-tkessieħ |

    Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    11 | Fann awżiljari għall-bank tat-test | Iva, jekk neċessarju |

    12 | Mezz kontra t-tniġgiż | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

    1 | L-issettjartal-karburatur(i) | Issettjati skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-manifattur u wżati mingħajr alteazzjonijiet ulterjuri għall-applikazzjoni partikolari |

    2 | L-issettjar tas-sistema ta’ fornitura tal-pompa ta’ injezzjoni |

    3 | L-injezzjoni jew it-timing ta’ l-injezzjoni (timing curve) |

    4 | L-issettjar tar-regolatur |

    5 | Mezzi kontra t-tniġġiż |

    5.3. Kundizzjonijiet ta’ test

    5.3.1. It-test ta’ qawwa netta għandu jikkonsisti fi tħaddim ‘gas down’ għal magni b’injezzjoni pożittiva u bi ssettjar ta’ pompa ta’ injezzjoni ta’ karburant b’tagħbija sħiħa fissa għal magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni, u l-magna jiġi mgħammar kif speċifikat fit-Tabella 1.

    5.3.2. Data dwar il-pretazzjoni għandha tiġi miksuba taħt kondizzjonijiet stabilizzati ta’ operazzjoni, b’fornitura adegwata ta’ arja friska lejn il-magna. Il-magna għandu jkollha ‘run-in’ skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. Kmamar ta’ kombustjoni jistgħu jikkontjenu xi depożiti, imma fi kwantità limitata.

    Kondizzjonijiet tat-test bħal temperatura ta’ arja li dieħla għandhom jintagħżlu viċin kemm jista’ jkun għal kondizzjonijiet ta’ referenza (ara 6.2) sabiex jiġi minimizzat il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni.

    5.3.3. It-temperatura ta’ l-arja li dieħla fil-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel sa 0,15 m ‘il fuq mill-punt tad-dħul ta’ l-apparat li jnaddaf l-arja, jew, jekk dan l-apparat mhuwiex użat, sa 0,15 m tal-pajp li minnhu tidħol l-arja. It-termometru jew it-thermocouple għandhom jiġu protetti minn sħana qawwija u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ ta’ l-arja. Għandu wkoll jiġi protett minn spray back tal-karburant. Numru suffiċjenti ta’ postijiet għandu jintuża sabiex jagħti temperatura medja rappreżentattiva ta’ dħul.

    5.3.4. L-ebda data m’għandha tittieħed qabel ma t-torque (forza li ddur), il-veloċità u t-temperaturi jkun nżammu sostanzjalment kostanti għal mill-anqas minuta.

    5.3.5. Il-veloċità tal-magna waqt li tkun qiegħda titħaddem jew tinqara m’għandiex tvarja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 % jew ± 10 min-1, skond liem hu l-akbar.

    5.3.6. It-tagħbija tal-brejkijiet, il-konsum tal-karburant u d-data dwar it-temperatura ta’ l-arja mad-dħul osservati għandhom jittieħdu simultanjament u għandhom ikunu l-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabilizzati li ma jvarjawx b’aktar minn 2 % għat-tagħbija tal-brejkijiet u konsum tal-karburant.

    5.3.7. It-temperatura tal-likwidu li jkessaħ fil-fetħa mill-magna għandha tinżamm sa ± 5 K mit-temperatura ta’ fuq ikkontrollata termostatikament speċifikata mill-manifattur. Jekk l-ebda temperatura ma hi speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun 353 K ± 5 K.

    Għal magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm bejn + 0/-20 K tal-valur massimu speċifikat mill-manifattur fil-kondizzjonijiet ta’ referenza.

    5.3.8. It-temperatura tal-karburant għandha titkejjel fid-dħul għall-karburatur jew fis-sistema ta’ injezzjoni ta’ karburant u tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.

    5.3.9. It-temperatura taż-żejt lubrifikant imkejjel fit-tank taż-żejt jew mill-fetħa ta’ l-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk armat, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.

    5.3.10. Sistema awżiljari oħra ta’ regolament tista’ tintuża sabiex tinżamm it-temperatura neċessarja fil-limiti speċifikati f’ 5.3.7, 5.3.8 u 5.3.9.

    5.3.11. Karburant

    Il-karburant għandu jkun dak disponibbli fis-suq mingħajr kwalunkwe adittivi supplimentari li jwaqqfu d-duħħan. Fi kwalunkwe każ ta’ disputazzjoni, il-karburant ta’ referenza għandu jkun:

    (a) Għal magni b’injezzjoni pożittiva kif definit b’Anness VI, paragrafu 1 u

    (b) Għal magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni, kif definit b’Anness VI, paragrafu 2

    tad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur [13], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/351/KEE [14].

    Bħala alternattiva, minflok il-karburanti ta’ referenza msemmija fuq, karburanti ta’ referenza kif definit mill- CEC [15] bħal CEC-RF-08-A-85 (magni ta’ injezzjoni pożittiva għall-operazzjoni b’karburant mingħajr ċomb) jew CEC-RF-03-A-84 (magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni) jistgħu ukoll jintużaw skond kif jagħżel il-manifattur.

    5.4. Il-Proċedura tat-Test

    Il-kejl għandu jittieħed f’numru suffiċjenti ta’ veloċitajiet tal-magna sabiex tiġi definita b’mod korrett il-kurva tal-qawwa kompleta bejn il-veloċità tal-magna l-iktar baxx u l-iktar għoli rakkomandat mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċità ta’ revoluzzjoni li biha l-magna tipproduċi l-qawwa massima tiegħu. Għal kull veloċità, il-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabilizzati għandha tiġi determinata.

    5.5. Kejl ta’ indiċi ta’ duħħan

    Fil-każ ta’ magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni, il-gassijiet ta’ exhaust għandhom jiġu eżaminati tul it-test għal konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’Anness VI mad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE [16].

    5.6. Data li għandha tiġi rreġistrata

    Data li għandha tiġi rreġistrata hija dik indikata f’Appendiċi I.

    6. FATTURI TA’ KORREZZJONI TAL-QAWWA

    6.1. Definizzjoni

    Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-qawwa hu l-koeffiċjent li għandu jiddetermina l-qawwa tal-magni taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza atmosferiċi speċifikati f’6.2:

    Po = α ·P

    fejn

    Po hi l-qawwa korretta (jiġifieri l-qawwa taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza atmosferiċi);

    α hu l-fattur korrettiv (α a jew α d);

    P hi l-qawwa mkejjla (qawwa tat-test)

    6.2. Kondizzjonijiet ta’ referenza atmosferiċi

    6.2.1. Temperatura (To): 298 K (25 °C)

    6.2.2. Pressjoni xotta (pso): 99 kPa

    Nota:

    Il-pressjoni xotta hi bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u l-pressjoni tal-fwar ta’ 1 kPa.

    6.3. Kundizzjonijiet ta’ test atmosferiċi

    Il-kundizzjonijiet atmosferiċi matul it-test għandhom ikunu kif ġej:

    6.3.1. Temperatura (T)

    Għal magni b’injezzjoni pożittiva 288 K< T < 308K

    Għal magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni 283 K < T < 313 K

    6.3.2. Pressjoni (ps)

    80 kPa < ps< 110 kPa

    6.4. Determinazzjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni α2 u αd [17]

    6.4.1. αa =

    .

    T2980,6 [18]

    fejn

    T hi t-temperatura assoluta mkejla f Kelvins (K) ta’ l-arja li tidħol fil-magna;

    ps hi l-pressjoni atmosferika niexfa totali f’kilopascals (kPa), jiġifieri, il-pressjoni barometrika totali inqas il-pressjoni tal-fwar.

    Kondizzjonijiet li għandu jkun hemm konformità magħhom fil-laboratorju.

    Sabiex test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αa għandu jkun b’tali mod li

    0,93 ≤ αa ≤ 1,07

    Jekk dawn il-limiti jinqabżu, il-valur korrett miksub għandu jingħata u l-kondizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu dikjarati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.

    6.4.2. Inġenji b’injezzjoni ta’ kompressjoni – Fattur αd

    Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-qawwa (αd) għal magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni b’rata kostanti ta’ karburant hi miksuba bl-applikazzjoni tal-formola:

    αd = (fa) fm

    fejn

    fa hu l-fattur atmosferiku;

    fm hu l-parametru karatteristiku għal kull tip ta’ magna u aġġustament.

    6.4.2.1. Fattur atmosferiku fa

    Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kundizzjonijiet ambjentali (pressjoni, temperatura u umdità) fuq l-arja li tidħol fil-magna.

    Il-formula ta’ fattur atmosferiku tinbidel skond it-tip ta’ magna.

    6.4.2.1.1. Magni aspirati b’mod naturali u magni sovvrakarikati b’mod mekkaniku.

    f

    =

    .

    T2980,7

    6.4.2.1.2. Magni turbokarikati bi tkessiħ ta’ l-arja jew mingħajr tkessieħ ta’ l-arja.

    f

    =

    .

    T2981,5

    6.4.2.2. Fattur tal-magna fm

    fm hi funzjoni ta’ qc (korrezzjoni ta’ ċirkolazzjoni ta’ karburant) kif ġej:

    fm = 0,036 · qc - 1,14

    fejn

    qc = q/r

    fejn

    q hi ċ-ċirkolazzjoni tal-karburant f’milligrammi għal kull ċiklu għal kull litru tal-volum totali (mg/(litru · ċiklu)).

    r hu r-relattività tal-pressjoni tal-fetħa tal-kompressur u tad-dħul tal-kompressur (r = 1 għal magni aspirati b’mod naturali)

    Din il-formola hi valida għal intervall tal-valur ta’ qc inkluż bejn 40 mg/(litru · ċiklu) u 65 mg/(litru · ċiklu).

    Għal valuri qc taħt l-40 mg/(litru · ċiklu), jittieħed valur kostanti ta’ fm ugwali għall- 0,3 (fm = 0,3).

    Għal valuri qc ogħla minn 65 mg/(litru · ċiklu), jittieħed valur kostanti ta’ fm ugwali għal 1,2 (fm = 1,2) (ara l-figura):

    +++++ TIFF +++++

    6.4.2.3. Kondizzjonijiet li ghandu jkun hemm konformità magħhom fil-laboratorju.

    Sabiex test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αd għandu jkun b’tali mod li

    0,9 ≤ αd ≤ 1,1

    Jekk dawn il-limiti huma maqbuża, il-valur korrett miksub għandu jingħata u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) jiġu dikjarati b’mod ċar fir-rapport tat-test.

    7. RAPPORT TAT-TEST

    Ir-rapport tat-test għandu jikkontjeni r-riżultati u l-kalkoli kollha meħtieġa sabiex tinstab il-qawwa netta, hekk kif elenkat f’Anness II, flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati f’Appendiċi I jew Appendiċi II ta’ dan l-Anness

    8. MODIFIKI TAT-TIP TA’ MAGNA

    Kull modifika tal-magna fir-rigward tal-karatteristiċi elenkati f’Appendiċi I jew Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness għandha tiġi rapportata lill-awtorità kompetenti. Din l-awtorità tista’ mbagħad jew:

    8.1 tikkunsidra li l-modifiki magħmulha mhux se jkollhom xi effett sostanzjali fuq il-qawwa tal-magna, jew

    8.2 titlob determinazzjoni ulterjuri tal-qawwa tal-magna permezz tat-twettieq ta’ dawn it-testijiet kif meqjus neċessarji.

    9. TOLLERANZI GĦALL-KEJL TAL-QAWWA NETTA

    9.1. Il-qawwa netta tal-magna mkejjla bis-servizz tekniku tista’ tvarja b’± 2 % mill-qawwa netta speċifikata mill-manifattur, b’tolleranza ta’ 1,5 % għall-veloċità tal-magna.

    9.2. Il-qawwa netta ta’ magna f’test ta’ konformità ta’ produzzjoni tista’ tvarja b’ ± 5 % mill-qawwa netta b’test ta’ approvazzjoni tat-tip’

    "

    Appendiċi 1 mad-Direttiva 80/1269/KEE hu emendat kif ġej:

    Is-sub-intestatura "′(Magni tad-Diżil)’" hi sostitwita b’ "′(Magni b’injezzjoni ta’ kompressjoni)’".

    Fil-punti 3.2.2.1.3, 3.2.2.4.3, 3.2.2.4.4 u 3.2.2.4.5, "′r/min’" hi sostitwita b’ "′min-1’".

    Fil-punt 3.2.2.3.3, "′bar’" hi sostitwita b’ "′kPa’".

    Appendiċi 2 tad-Direttiva 80/1269/KEE hu emendat kif ġej:

    Fil-punt 3.2.2.4, "′bar’" hi sostitwita b’ "′kPa’".

    Anness II mad-Direttiva 80/1269/KEE hu emendat kif ġej:

    Fil-punti 5.1.1, 5.1.2 and 5.1.3, "′mbar’" hu sostitwit b’ "′kPa’".

    Fil-punti 5.3, 6.1, 6.2, 6.3 u 6.4, "‘r/min’" hu sostitwit b’ "′min-1’".

    Fil-punti 5.6.3, 5.6.4, 6.1 u 6.2, "′diżil’" hu sostitwit b’ "′injezzjoni tal-kompressjoni’".

    [1] Is-sistema ta’ kejl tat-torque għandha tiġi kkalibrata sabiex tiehu kont tat-telf tal-frizzjoni. L-eżattezza fin-nofs tan-naħa ta’ taħt tal-medda ta’ kejl tal-bank dinamometru tista’ tkun + 2 % tat-torque imkejjel.

    [13] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

    [14] ĠU L 197, ta’ l-20.7.1983, p. 1.

    [15] Kunsill Ewropew ta’ Koordinazzjoni għall-Iżvilupp tat-Tests ta’ Prestazzjoni għall-Lubrifikanti u l-Karburanti tal-Magni.

    [16] ĠU L 190, ta’ l-20.8.1972, p. 1.

    [17] It-testijiet jistgħu jsiru fi kmamar b’arja kundizzjonata fejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jkunu kkontrollati.

    [18] Fil-każ ta’ makni bil-kontroll tat-temperatura awtomatika, jekk l-apparat ikun mgħobbi b’25C, ma hemmx bżonn sħana, it-test irid ikun bl-apparat magħluq. Jekk l-apparta ikun għadu qed jopera b’25C, imbagħad it-test irid isir bl-aparta jaħdem normali u l-espożizzjoni tat-temperatura fil-fattur korrezzjonali irid jitqies bħala żero (mhemm ħtieġa ta’ korrezzjoni)

    Top